Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 minn Cristian Antony Muscat BRENDA Borg - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li b'resposabbiltà ġġorr il-faxxa ta' captain ta' Mġarr United. Hi stess tatna d-dettalji kollha rigward il-karriera tagħa sa issa. "Nemmen li meta nitwieldu, kull individwu jitwieled b'ġibda intrinsika u naturali lejn xi ħaġa. Il-ġibda tiegħi, sa minn ċkuniti, minn dejjem kienet lejn l-isport. Ma niftakar f 'ebda mument f 'ħajti fejn ma kontx nipprattika xi tip ta' sport - għawm, basketball, ġinnastika, atletika - il-ħin liberu tiegħi hekk kont inqattgħu. U filgħaxija dejjem il-bandli, niġri u nilgħab ma' sħabi. Ommi kienet ukoll għalliema tal-edukazzjoni fiżika, jiġifieri m'hemm l-ebda dubju minn fejn akkwistajt l-imħabba tiegħi lejn l-isport u l-eżercizzju. Fil-primarja tista' tgħid kont daqsxejn ta' 'tomboy' – filwaqt li l-bniet kienu jpoġġu fuq iċ-ċint jitkellmu, jien dejjem niġri u nilgħab mas-subien. Nemmen li minn hawnhekk bdiet tfeġġ l-imħabba tieghi lejn il- futbol. Ta' 11-il sena bdejt il-karriera tiegħi tal-futbol ma' Lija/Iklin. Sa dak iż- żmien il-futbol tan-nisa xorta ma kienx daqstant magħruf. L-ewwel sena tiegħi kont għamiltha mas-subien – kont nieħu gost għax kont l-unika tifla fit-tim u s-subien kienu jarawni bħala sfida għalihom. Is-sena ta' wara kienu ffurmaw tim tan- nisa taż-żgħar. Ta' 13-il sena kont iddebuttajt mat-tim tal-kbar. Fl- istess waqt kont bdejt nipprattika l-atletika wara li kien ħajjarni nibdieha l-għalliem tal- iskola li kien jorganizza l-'houses' – dawn kienu kompetizzjonijiet sportivi bejn il-klassijiet. Kont tajba ħafna fil-'middle distance'. Niftakarni kull nhar ta' Ħadd preċett – filgħodu kont immur niġri tellieqa ta' tliet kilometri u wara nibqa' sejra dritt nilgħab logħba tal-kampjonat. Domt sentejn sħaħ nippratika dawn iż-żewġ sport flimkien. Qatt ma ninsa l-ġurnata meta l-kowċ tal-futbol ġiet tgħidli li ntagħżilt għal trial mat- tim nazzjonali tan-nisa. Biex inkun onesta qatt ma kont ħsibt fuq nazzjonal għax il-futbol kont bdejtu sempliċiment għax kont nieħu gost nilagħbu. Fejn kont nobsor li dan kien ser isir parti mir-rutina ta' ħajti? Wara dawk is- sentejn, il-kowċ tat-tim nazzjonali kien saqsieni biex nagħżel bejn futbol u atletika, minħabba l-fatt li kont qed nittrenja żżejjed u dan ma kienx tajjeb għal ġismi. Naħseb li din kienet l-aktar deċiżjoni faċli ta' ħajti. Il-fatt li l-futbol huwa team sport minn dejjem ġegħelni nħobbu aktar. Barra minnhekk kont inħoss li l-futbol huwa dik il-ħaġa li tiddefinixxini f 'ħajti. Tifla tilgħab il- futbol dak iż-żmien kienet qisha xi ħaġa stramba u differenti. U jien hekk ridt - li nkun differenti minn ħaddieħor. Huwa jagħmilni dak li jien. Wara tliet snin nilgħab ma' Lija/Iklin, ħassejt li ridt sfida akbar u b'hekk ingħaqadt mal-klabb tal- Imġarr. U minn dakinhar 'l hawn, qatt ma ħarist lura. Hawnhekk ma sibtx sempliċiment tim tal-futbol – sibt familja u ħbieb. Issa ilni seba' snin magħhom. Bħal kwalunkwe esperjenza oħra, kellna t-tlajja u l-inżul. Iżda m'hemm xejn isbaħ u akbar mis- sodisfazzjon li nieħu meta nħares lura u nikkumpara minn fejn bdejna sa fejn spiċċajna s'issa. Hawnhekk kien iż-żmien fejn verament tgħallimt rigward il-logħba tal- futbol – kollox bis-saħħa tal-kowċ Raymond Vella li kien u jibqa' l-akbar pilastru fuq xiex jien bnejt is-suċċessi tiegħi fil-karriera tal-futbol. Ma kienx biss il-kowċ, iżda wkoll l-ispirazzjoni tiegħi. L-umiltà u d-dedikazzjoni li għandu kienet taffaxxinani. Kien hemm mumenti fejn kien jemmen fija aktar milli jien stess nemmen fija nnifsi! L-ewwel staġun tiegħi mal-Imġarr jibqa' wieħed memorabbli. Konna ġejna promossi għall-ewwel diviżjoni bħala champions u mingħajr ebda telfa. Barra minnhekk, spiċċajt l-istaġun bħala top scorer meta kelli biss 15-il sena. Fis-snin ta wara, bqajna ntejbu l-logħob tagħna, bil-mira li niġġieldu għat- titlu. L-aħjar post li ksibna kien it-tielet post f 'bosta snin differenti. Ta' 16-il sena rbaħt għall-ewwel darba l-unur tal-plejer tax-xahar. L-istaġun li għadda reġa' irnexxieli nikseb dan l-unur għal xaharejn konsekuttivi. Barra minn hekk, fl-aħħar staġun irnexxielna naslu għall-ewwel darba fl- istorja tal-klabb fil-finali tan-knock-out. Għalkemm tlifna bil-penalties, kienet logħba li żgur li ser tibqa' stampata ġo moħħi minħabba l-perseveranza u d-determinazzjoni li urejna fiha. Matul dawn is-snin, bqajt naħdem u nistinka biex inżomm posti fit- tim nazzjonali. Grazzi għall-fiducja tal-kowċ Mark Gatt, kont ġejt mogħtija r-responsabbiltà ta' captain tal-under 16 u under 19. Ta' 16- il sena, iddebuttajt mat-tim nazzjonali tal- kbar. Kienet esperjenza indimentikabbli, għaliex fl-istess waqt irnexxielna għall-ewwel darba fl-istorja tat-tim nikkwalifikaw għall-fażi preliminari tat-Tazza tad- Dinja tan-nisa. Hawnhekk nieħu l-opportunità biex nuri l-apprezzament tiegħi lejn il-kowċ Mark Gatt u d-direttur Pierre Brincat, li emmnu fija u fl-abbiltajiet tiegħi sa mill- ewwel darba li ngħaqadt mat-tim nazzjonali. Huwa unur kbir għalija li nifforma parti minn din l-iskwadra u li għandi ċ-ċans li nirrappreżenta lil pajjiżi. Għalkemm il- livell huwa ferm differenti u diffiċli, is-sodisfazzjon li nħoss meta nilgħab ma' timijiet akbar huwa kbir. Issa ilni mat-tim nazzjonali tmien snin. Lgħabt f 'bosta logħob u kompetizzjonijiet, li minnhom ħadt varjetà ta' esperjenzi differenti." illum Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 'Il-futbol jagħmilni dak li jien' - Brenda Borg kien u jibqa' l-akbar pilastru fuq xiex jien bnejt is-suċċessi tiegħi tax-xahar. L-istaġun li għadda reġa' irnexxieli irnexxielna għall-ewwel - Brenda Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019