Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat KAI Dowling - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'dawn l-aħħar snin u li fil-ġimgħat li għaddew ingħaqad b'self ma' San Ġiljan ASC mingħand Sliema ASC. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Peressli kont parti mill- familja tal-waterpolo, l-imħabba għal din il-logħba bdiet f 'età ferm żgħira. Meta nara x'irnexxielhom jirbħu missieri, iz-zijiet u n-nannu tiegħi f 'dan l-isport, kienet xi ħaġa naturali li nħobb din il-logħba. B'hekk kelli d-dmir li nkompli t-tradizzjoni tal-familja bl-aħjar mod possibbli. Il-fatt li jien imdawwar b'nies daqshekk dedikati għall-waterpolo hi xi ħaġa verament sabiħa. Smajt u qrajt dwar diversi stejjer sbieħ dwarhom u ninsab kuntent li qed nipprattika dan l-isport. Kemm għenek il-papa Kurt biex timbarka fuq karriera fil-waterpolo? Missieri kien u għadu jilgħab parti importanti fil- karriera tiegħi tal-waterpolo. Fl-età ta' disa' snin hu beda jgħallimni l-affarijiet bażiċi tal-waterpolo. Kien prattikament il-kowċ tiegħi meta bdejt nilgħab ma' Exiles. Hu għeni sabiex niżviluppa t-talenti tiegħi u ta' dan kollu nirringrazzjah immens. Biex inkun għedtlek kollox, għall- bidu kien idejjaqni minħabba li kellu dixxiplina kbira fuqi iżda mbagħad indunajt li dak li kien jagħmilli kien kollu għal ġid tiegħi. B'mod partikolari kien iħarriġni fit-teknika difensiva hekk kif kien jgħidli li dik kienet l-aqwa parti fil- waterpolo. Jien nikkonferma dan kollu għax illum il- ġurnata nilgħab u nuża ħafna mit-tattiċi li tgħallimt dak iż-żmien. Ma nixbax nirringrazzja lil missieri li barra li għallimni, tani wkoll il-kunfidenza neċessarja sabiex sirt dak li jien illum. Il-pariri tiegħu nibqa' ngħożżhom għal dejjem. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi (pixxina) li fihom tittrenjaw u tilagħbu f 'Malta? M'hemmx dubju li r-riżorsi li jeżistu għall-klabbs tal- waterpolo huma ferm limitati. Naħseb li hemm bżonn ta' aktar investiment sabiex jiżdiedu l-pixxini f 'Malta minħabba li mhux biżżejjed li titħarreġ għal siegħa u nofs biss. Kieku jkun hawn iktar pixxini, il-klabbs ikunu jistgħu jitrenjaw fi xħin iridu mhux ikollhom ħin limitat. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? Il-waterpolo huwa sport li fih jinvolvi ħafna dixxiplina. Jekk xi ħadd mhux dixxiplinat ser ikun diffiċli għalih li jkompli u jlaħħaq ma' dak li t-taħriġ tiegħu jirrikjedi. Fil-fatt il-waterpolo jinvolvi li tqum kmieni filgħodu qabel ix-xogħol jew l-iskola u tmur tgħum jew inkella tmur il-gym. Wara ġurnata xogħol jew skola, trid terġa' tmur titħarreħ filgħaxijiet fejn xi kultant trid toqgħod lura milli toħroġ ma' sħabek. Xi kultant fis-sajf ikollok tissagrifika l-fatt li ssiefer għax ikollok il-logħob. Madankollu jekk tkun determinat tasal fejn tixtieq. Kif jirnexxielek tlaħħaq mat- taħrig, l-istudju / ix-xogħol u mal-waterpolo? Huwa importanti li tqassam ħinek sew meta jkollok dawn l-affarijiet kollha. Ilni nistudja u nipprattika l-waterpolo għal ħafna snin issa u meta tibda tikber tidra tlaħħaq ma' dawn iż-żewġ affarijiet. Issa li dalwaqt nasal fl-aħħar sena tiegħi tal-kors universitarju li qed nieħu, irrid inlaħħaq aktar u nqassamħini ferm aħjar. Kif nafu l-aħħar sena hija determinanti u waqt il-perjodu tal-eżamijiet hemm ħafna stress involut. B'hekk inħobb nuża t-taħriġ bħala mod kif innaqqas dan l-istress u nderri ftit mill-istudju u l-iskola. Jien nemmen li jekk wieħed iqassam ħinu sew, jista' jkollok ġurnata mimlija bl- affarijiet tal-iskola u t-taħriġ tal-waterpolo. Fl-aħħar mill- aħħar int tista' tmur tajjeb fiż-żewġ affarijiet. Kif tiddeskrivi l-aħħarstaġuntiegħek ma' Sliema kemm għalik personali u anki bħala tim? Jekk nikkomparaw ma' snin oħra, naħseb li għamilna titjib għax Sliema kienu hemm sal-aħħar parti tal- kampjonat. Meta ġejna fis- semifinali tal-play-offs, tlifna kontra Neptunes 2-1. Fl-istess waqt inħoss li personalment lgħabt aktar taħt il-kowċ Afric u nemmen li ma kienx staġun diżappuntanti għalija. Bħala tim sħabi tħarrġu ferm matul is-sena kollha u kienet veru ħasra li ma wasalniex sal-finali. Qbilt mas-sistema tal-play- offs? Naħseb li l-play-offs huma xi ftit kontroversjali. Jekk it-tim tiegħek ikun fl-ewwel post b'marġni qawwi ta' punti żgur li ma tistax taqbel magħha iżda fuq in-naħa l-oħra jekk it-tim tiegħek jinsab fit-tieni jew fit-tielet post huwa ċar li jkunu jridu l-play-offs minkejja li forsi r-riżultati matul l-istaġun ma jkunux dawk pożittivi. Fil-fatt xorta għandek iċ-ċans tirbaħ il-kampjonat għax logħba KO tista' tbiddel kollox. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fejn għadek kemm ingħaqadt ma' San Ġiljan? Qed inħares lejn il-futur tiegħi b'lenti pożittiva. Nixtieq ngħin lit-tim tiegħi mill-aħjar possibbli u nkompli f 'din it-triq li qbadt. F'dawn l-aħħar snin San Ġiljan tjiebu ferm bħala tim u nixtieq inkompli ngħinhom itejbu l-wirjiet tagħhom. Dan it-tim għadu ġej minn serje ta' rebħiet u m'ilux rebħu wkoll il- kampjonat. Fit-tim tagħna hemm rispett kbir bejnietna b'mentalità li naħdmu bħala tim u li fl-istess ħin trid tiġġieled għal postok għax xejn mhu garantit. X'taħseb li se tkun qed tħossmeta se tkun qed taffronta lil Sliema meta int tkun tifforma parti mit- tim ta' San Ġiljan matul l-istaġun li ġej? Jien nitratta kull logħba bl- istess mod. Meta ser inkun qed nilgħab kontra Sliema narani li qisni ser inkun qed nilgħab kontra Sirens jew Neptunes. Tixtieq u tqis li fil-futur tissejjaħ mill-kowċ Karl Izzo biex imbagħad tifforma parti mit- timnazzjonali Malti? Bħalissa l-istudju qed joħodli ħafna ħin u għalhekk fil-mument huwa diffiċli. Madankollu fil-futur kollox jista' jiġri. Min jaf? Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u/jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. Għal dawk il-plejers żgħażagħ li ser jibdew dan l-isport, ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom. Importanti li jkomplu jitħarrġu ferm u kollox jiġi waħdu. Il-waterpolo huwa sport sabiħ immens iżda ħadd ma jsir perfett kif ġieb u laħaq. Anke jien fl-età ta' 23 sena għadni s'issa qed nitgħallem jiġifieri jekk qed tagħmel xi żbalji, tinkwetax għax tkun għadek qed tidra ċerti mossi u tattiċi. Fl-aħħar u mhux l-inqas, il-waterpolo fih ħafna dixxiplina u apparti minn hekk trid tieħu t-taħriġ u anke l-istudju bis-serjetà. 'Nixtieq ngħin lil San Ġiljan bl-aħjar mod possibbli u nkompli f 'din it-triq li qbadt' - Kai Dowling

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019