Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum Mill-futbol għal suċċess -atletika minn Cristian Antony Muscat DARRAN Agius - fost l-aqwa atleti f 'pajjiżna u li beda jipprattika l-isport permezz tal-futbol iżda mbagħad għażel li jibda avventura ġdida fl-atletika fejn kiseb bosta suċċessi kemm individwali kif ukoll bħala tim. Huwa tana d-dettalji kollha. "Jiena bdejt il-karrriera tiegħi tal-ġiri f 'Diċembru tal-2014. Kien għal xi Frar tal-2014 meta l-kowċ tiegħi, Has Kesra kien rani f 'attività soċjali tal-klabb ta' Mellieha AC u bdejt ngħidlu li nilgħab il-futsal u anke kont nilgħab il-futbol mas-Sliema u mal- Melita fil-passat wara li kien avviċinani u qalli li għandi l-istruttura tiegħi ta' atleta. Xi nies oħra mill-klabb ukoll kienu ħeġġuni biex nibda u wara li ddeċidejt li ma nibdiex l-istaġun tal- futsal, bdejt il-programm ta' taħriġ f 'Diċembru. L-ewwel tellieqa li għamilt kienet dik ta' Fleur-De-Lys 10K f 'Diċembru stess fejn il-kowċ qalli nipprova nagħmilha f 'ħin ta' 45 minuta biex imbagħad nibnu fuq skont kif ħassni waqt it-tellieqa. Fl-ewwel nofs tat- tellieqa qgħadt mal-pass li tani l-kowċ però ħassejtni komdu u żidt ftit il-pass fit-tieni parti u rnexxieli nispiċċa t-tellieqa f 'ħin ta' 41:51. Ftit tal-ġimgħat wara kien hemm tiġrija tal-MAAA league u mill- ewwel irnexxieli ninżel taħt l-40 minuta li hija 'milestone' tajba. Minn hemm bdejna nibnu u ili għal dawn l-aħħar erba' snin intejjeb il-ħinijiet tiegħi ftit ftit u nitla' fir- rankings tal-ġiri lokali. L-ispeċjalità tiegħi hija n-nofs maratona fejn għandi ħin ta' 1:14:00 li għadni kif ksibt ġo Valencia fi Spanja. Jien nikkompeti ukoll fit-3K (PB 9:36), 5K (16:09) u 10K (34:14). Din is-sena qed nimmira li ninżel taħt it-33:30 fit-10K, taħt is-16 fil-5K u taħt il 1:13:00 fin nofs maratona. Nixtieq ukoll li fil-futur qrib ikolli l-opportunità li nerġa' nirrappreżenta lil Malta wara li kont għamilt dan fil-youth football u fil- futsal. Bħala 'highlights' individwali tal-karriera tiegħi kienu li spiċċajt fit top 10 u t-tieni fl-age category tar-road running league 2017/2018, it-tielet post fil-Half Marathon ta' Almere ġewwa l-Olanda tal-2017 u fit-tieni post fl-2018. Irnexxieli wkoll nirbaħ diversi unuri tal-age category fi tlielaq lokali. Dan jien kburi minnu għall-fatt li bdejt niġri ta' 33 sena u qiegħed nikkompeti ma' atleti li ilhom jiġru minn mindu kienu żgħar. Huma dawk l-unuri li ħadna bħala klabb l-iktar li għandi għal qalbi fejn kont wieħed minn dawk li tajt kontribut strumentali biex irbaħna r-road running league kif ukoll ir- relay tal-istaġun 2017/18, l-aqwa tim fin- nofs maratona ta' Malta kull sena f 'dawn l-aħħar tliet snin u unuri oħrajn bħala klabb fi tlielaq oħrajn lokali. L-isbaħ esperjenzi tiegħi kienu fin-nofs maratona ta' Malta tal- 2016 u l-2018 fejn kont għamilt ħin ħafna aħjar milli kien tani l-kowċ u anke fin-nofs maratona ta' Valencia, tellieqa fejn inkiser ir-rekord mondjali u barra li tejjibt il-PB tiegħi personali, spiċċajt fil-169 post minn 13,000 atleta f 'din it-tiġrija li hija IAAF Gold rated. L-istil ta' ħajja tiegħi kien diġà wieħed sportiv ferm qabel bdejt il-ġiri u ma sibthiex daqshekk diffiċli biex nidra l-bżonnijiet li wieħed għandu jkollu biex jirnexxi f 'dan l-isport inkluż il-fatt li trid tkun dixxiplinat kemm fit- trejning kif ukoll fit-tip ta' ikel li tiekol. L-ikbar sfida tiegħi kienet li nqum ħafna iktar kmieni kemm matul il-ġimgħa u anke fi tmiem il-ġimgħa li wkoll kien ifisser li kelli nidra norqod ħafna iktar kmieni u nissoċjalizza inqas sakemm mhux ma' atleti oħrajn li llum huma ħbieb viċin tiegħi u li għandna l-istess stil ta' ħajja. Riċentament, għamilt għall-ewwel darba t-tiġrija Mdina sa Spinola fejn irnexxieli nagħmilha f 'ħin ta' 58:27 u b'hekk dħalt fil-'Hall of Fame' ta' din it tellieqa l-iktar antika f 'Malta fejn jien wieħed minn madwar 60 atleta li għamilnieha taħt is-siegħa minn meta bdiet fl-1979. Jien temmejt it-tellieqa fil-ħames post u l-ewwel fil kategorija tal-età tiegħi minn 1500 parteċipant."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019