Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet ĠIMAGĦTEJN ilu din il-gazzetta rrapportat kif skont studju ġdid tal-Unjoni Ewropea aktar minn kwart tal- adulti Maltin huma obeżi. Apparti minn dan, l-ILLUM għamlet referenza wkoll għal rapporti addizzjonali li kkonkludew kif it-tfajliet Maltin huma l-aktar obeżi fl-UE u r-rata ta' tfal Maltin b'piż żejjed tlaħħaq l-40%. Fid-dawl ta' dawn ir- rapporti allarmanti, din il-gazzetta tkellmet mas- supretendent tas-saħħa pubblika u d-direttriċi ġenerali tas-saħħa pubblika, il-Professur Charmaine Gauci. L-ILLUM staqsiet lil Gauci dwar il-fatturi li qed iwasslu għal dawn ir-rati katastrofiċi, il-piż li din il-problema qed titfa' fuq l-ekonomija tal-pajjiż, kif ukoll dwar il-pjan tal-Gvern u l-Ministeru tas-Saħħa biex jindirizza din il-problema. Gauci mal-ILLUM tibda biex tispjega, "in-numru ta' persuni li għandhom piż żejjed u li huma obeżi ilu jikber f 'dawn l-aħħar snin u ħafna nies qed isibuha dejjem iktar diffiċli biex iżommu piż 'normali'." "L-ambjent tal-lum qed jipproduċi aktar obeżità," irrimarkat Gauci. Hi tkompli tgħid kif skontha, "dan l-ambjent qiegħed jirriżulta minħabba fost l-oħrajn: rati baxxi ta' traddigħ, prezzijiet għolja ta' ingredjenti ta' dieta sana bħal, ħaxix, frott u ħut, nuqqas ta' ħiliet tat-tisjir, abbundanza u kummerċjalizzazzjoni ta' ikel b'ħafna enerġija, zokkor, melħ u xaħam, in- nuqqas ta' spazji miftuħa, nuqqas ta' opportunità għal attività fiżika kemm fuq ix-xogħol kif ukoll bħala divertiment," saħqet Gauci. Il-Professur żiedet tgħid li, "filwaqt li fil-passat l-obeżità kienet meqjusa bħala problema għal pajjiżi bi dħul għoli, illum hemm żieda konsiderevoli fil- proporzjon ta' nies minn żoni bi dħul baxx jew medju li huma kkunsidrati li għandhom piż żejjed jew obeżi," sostniet il-Professur. L-obeżità hi stmata li tiswa mas-€70 biljun fis-sena lill-UE Intant, studju separat mid-ditta tal-awdituri Pricewaterhouse Coopers, ippubblikat f 'Ġunju tal- 2016, kien ikkonkluda li l-obeżità qed tiswa lil Malta mas-€36 miljun fis-sena. Staqsejt lil Gauci biex tispjegalna kif l-obeżità qiegħda taffettwa l-ekonomija u l-operat taċ- ċentri tas-saħħa pubbliċi. "L-obeżità għandha effetti konsiderevoli fuq il-mortalità u fuq il- morbidità. Din ġiet stmata li tiswa €70 biljun fis- sena lill-Unjoni Ewropea permezz tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u l-produttività mitlufa," qalet Gauci. Skontha, "l-obeżità tikkawża piż ekonomiku konsiderevoli fuq is-soċjetà permezz ta' spejjeż akbar għat-trattament ta' mard assoċjat, bi spejjeż diretti kif ukoll spejjeż assoċjati mal-produttività mitlufa minħabba assenteiżmu mix- xogħol u mewt prematur li jwasslu għal dawn l-ispejjeż indiretti." X'inhu l-pjan tal-Gvern fuq l-obeżità? U l-Gvern x'qiegħed jagħmel biex jirranġa s-sitwazzjoni? Gauci tisħaq li, "il-Ministeru tas-Saħħa għaddej bl- implementazzjoni ta l-istrateġija, 'Piż tajjeb għas-Saħħa Tul il-Ħajja'. "L-għan ta' din l-istrateġija huwa li titnaqqas il- prevalenza tal-obeżità u tal-piż żejjed fost il- popolazzjoni Maltija, u li jinkiseb piż tajjeb għas- saħħa tul il-ħajja." Madankollu, hi kienet ċara fi kliemha, "jeħtieġ ħidma inter-ministerjali u multi-settorjali, sabiex isiru bidliet fl-ambjent li ngħixu fih bl-għan li dan jinbidel minn wieħed li jippromovi ż-żieda fil-piż għal wieħed li jippromovi għażliet għaqlin u piż tajjeb għas- saħħa ta' kulħadd." Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum 'Rati baxxi ta' traddigħ' fost il- fatturi li qed iżidu l-obeżità f 'Malta' lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Is-supretendent tas-saħħa pubblika Charmaine Gauci tgħid li 'qed ngħixu f 'ambjent li qed jipproduċi aktar obeżità. L-azzjonijiet li qed jipproponi l-Ministeru tas-saħħa Ħidma permezz ta' kampanji edukattivi u inizjattivi fil-komunità dwar dieta tajba u l-moderazzjoni bħala prinċipji fundamentali ta' dieta tajba fl-iskejjel u fil-postijiet tax-xogħol. Il-promozzjoni tat-traddigħ b'mod esklussiv tul l-ewwel sitt xhur tal-ħajja tat-trabi u implementazzjoni tal-politika dwar it-traddigħ. Għajnuna lil nisa tqal u lil ommijiet ġodda biex dawn jadottaw dieta bilanċjata li huwa ta' ġid kemm għalihom kif ukoll għall-familji tagħhom, permezz tal-edukazzjoni u ta' inizjattivi komunitarji. L-għoti ta' appoġġ lill-iskejjel u lill-familji sabiex ikel u snacks, inkluż xorb, li jiġi offrut mill-iskejjel lit-tfal li jmorru l-iskola jkun sustanzjuż u bnin, mingħajr ħafna kaloriji u/jew ammonti żejda ta' xaħmijiet, aċidi grassi, melħ u zokkor.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019