Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 S orsi dierenti li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi s-sitwazzjoni l-Partit Nazzjonalista bħalissa hija waħda ħażina ħafna b'żewġ sorsi minn tlieta li kellmu lill-ILLUM jikkonfermaw illi qed isiru laqgħat 'sigrieti' illi hom Deputati u uċjali tal- partit qed jippjanaw kif Delia se jkun imġiegħel jitneħħa. Is-sors l-ieħor m'eskludiex li qed isiru dawn il-laqgħat iżda sostna li hu ma jafx bihom. Is-sors viċin Adrian Delia filwaqt li kkonferma li għaddejjin dawn il-laqgħat żied jgħid li dawn qed isiru "mill-istess nies tas- soltu". Imma hu qal li Delia "se jibqa' Kap tal-Partit Nazzjonalista żgur." Waħda mill-persuni li kellmet lil din il-gazzetta u li qiegħda fil-Parlament f 'isem il-PN sostniet illi d-diskussjoni f 'dawn il- laqgħat hija biex Delia jitneħħa jew jingħata triq onorabbli biex jitlaq qabel u mhux wara l-elezzjoni tal- MEPs li se ssir f 'Mejju. Hu indika li jista' jkun hemm xi żviluppi, saħansitra fil-ġranet li ġejjin. "Is-sitwazzjoni hija kkumplikata ħafna. Ma naħsibx li l-partit jista' jistenna aktar għax is- sitwazzjoni hija urġenti. Sejrin lura flok 'il quddiem bħalissa." Id-deputat l-ieħor li tkellem mal-ILLUM qal illi d-deċiżjoni biex jitneħħa Delia tista' tagħmel ħafna ħsara u taqsam lill-partit. "Ovvjament soluzzjoni trid tinstab żgur. Taqta' fejn taqta' se joħroġ id-demm. Trid tinstab dik is-soluzzjoni li tfisser l-inqas dejjem. Tinsiex, Adrian Delia għandu l-appoġġ ta' ħafna wkoll," fakkar. 'Din il-biċċa tefgħet kollox il-baħar' L-ewwel deputat iżda sostna li "fil-PN bħalissa hemm taħwid enormi u dan mhux sempliċiment għax separazzjoni. M'hemm xejn ta' barra minn hawn li xi ħadd jissepara. Imma l-allegazzjonijiet hawnhekk huma gravi," sostna filwaqt li fakkar illi dak li qalet De Fremaux mhix sempliċiment allegazzjoni, iżda stqarrija ġuramentata. Spjega kif f 'punt minnhom iktar kmieni din is-sena kien instab kompromess fil-PN li minkejja li ma kinux qed jaqblu mal-mod kif qed imexxi l-partit Delia, diversi deputati u uffiċjali tal-PN xorta jimbuttaw il-partit sal- elezzjoni tal-MEPs. Dan biex il-partit jidher magħqud kif ukoll biex dawn id-Deputati nfushom ma jispiċċawx jeħlu huma għal telfa f 'Mejju ta' din is-sena. "Din il-biċċa xogħol iżda tefgħet kollox il-baħar." Dan is-sors sostna illi waħda mill-għażliet hija li Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni hekk kif il-maġġoranza tad- Deputati Nazzjonalisti juru li m'għandhomx fiduċja fih. "Din tista' taqsam lill- partit," ammetta, qabel kompla jgħid illi l-ideal huwa li Delia jirriżenja minn jeddu. "Hemm minn dawk li huma madwaru li qed jibdew iżerżquhielu illi aħjar iwarrab." Huwa sostna li apparti l-filmati li diġà ħarġu u daru u li skontu għamlu ħsara kbira lil Delia u lill-PN, hemm diċċeriji u anke biża' fil-PN illi se joħorġu aktar dettalji u filmati, dwar aspetti differenti ta' ħajjet Delia, li din id-darba mhumiex relatati mal-familja. "Is-sitwazzjoni fil-partit hija fluwida ħafna u jista' jkun li persuna, uffiċjal jew deputat jew eks uffiċjal, jitkellem fuq is-sitwazzjoni u x-xenarju jinbidel kompletament." 'Ħadd ma jaf x'fiha l-borma...noqogħdu attenti' Id-deputat l-ieħor iżda kien aktar kawt hekk kif fakkar li ħadd ma jaf eżatt x'ġara bejn it-tnejn. "Ħadd ma jaf x'hemm fil-borma ħlief Adrian Delia stess. Wieħed għad irid jara kif se jirreaġixxi għaliha. Ma tantx għadu rreaġixxa wisq. Jekk jitlaqx jekk le, id-deċiżjoni hija f 'idejh. Trid tara kif se jirreaġixxi għaliha u x'jaf hu. Ovvjament soluzzjoni trid tinstab żgur u taqta' fejn taqta' se joħroġ id-demm. Trid tinstab dik is-soluzzjoni li tfisser l-inqas telf ta' demm għax tinsiex li Delia għandu l-appoġġ ta' ħafna wkoll." Is-sors li tkellem mal- ILLUM u li huwa qrib Delia farfar mill-akkużi fil- konfront ta' Delia u qal lil din il-gazzetta li Nickie Vella De Fremaux "għandha problema ta' saħħa mentali". Huwa ppunta subgħajh lejn il-midja u speċjalment lejn Manuel Delia għall-ippubblikar ta' ċerti dettalji. Nhar il-Ħamis li għadda Kristy Debono bħala President tal-Kunsill Ġenerali flimkien mal-Kap Eżekuttiv tal-Midja tal-PN Pierre Portelli ħarġu għonqhom għal Delia. Portelli sostna illi l-akkużi ta' vjolenza domestika mhuma minnhom xejn, filwaqt li Debono sostniet li għandha tibqa' tkun irrispettata l-privatezza tal-familja ta' Delia. Intant, il-Ġimgħa, Delia taha għal Facebook fejn kiteb messaġġ twil fil-forma poetika illi fiha, fost oħrajn, indika li se jibqa' Kap tal-PN u li qed jitlob lil Alla biex jagħtih l-abbiltà li jaħfer. It-tmexxija ta' Delia sfidata, kontinwament... Din mhux l-ewwel darba li t-tmexxija ta' Delia kienet sfidata. F'Ottubru 2017 is-sit illum.com.mt kien żvela kif Delia kien qed jiffaċċja rivolta b'diversi telefonati u proċess sħiħ biex Delia ma jibqax Kap tal-partit. Il- gazzetta Maltatoday kienet żvelat tal-anqas 11-il deputat li kienu lesti jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-mozzjoni ta' Tliet sorsi, żewġ deputati u kandidat, jaqblu illi s-sitwazzjoni fil-PN hija ħażina ħafna. Tnejn minnhom jikkonfermaw illi qed isiru laqgħat biex Adrian Delia jitneħħa, wieħed jgħid li jridu jqaċċtuh issa biex ma tibqax issir ħsara lill-partit u biża' li ħerġin aktar filmati dannużi ħafna fuq Delia, imma din id-darba mhux fuq il-familja... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Soluzzjoni trid tinstab żgur...Taqta' taqta' se joħroġ id-demm'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019