Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum Opinjoni F il-21 ta' Novembru li għadda, permezz ta' stqarrija, sirna nafu illi l-President tar- Repubblika kienet ser tlaqqa' għall-ewwel darba dak li ssejjaħ steering committee sabiex jipprepara l-proċess ta' riforma kostituzzjonali. F'din l-istqarrija, sirna wkoll nafu għal ewwel darba illi l-membri ta' dan il-kumitat huma l-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici, is-Segretarja Parlamentari għar- Riformi u s-Simplifikazzjoni Amministrattiva Julia Farrugia u l-eks deputat Prim Ministru Louis Grech għall-Partit Laburista u s-shadow minister għal Għawdex Chris Said, l-eks deputat prim ministru u eks kummissarju Ewropew Tonio Borg u l-assistenta lettur universitarja fil-Fakultà tas-Social Well Being Amy Camilleri Zahra. Il-kwistjoni ta' riforma kostituzzjonali ilha titfaċċa minn żmien għal żmien. Xi kultant ikun hawn fervur kbir għaliha imma dan il-fervur ma jdumx ma jorqod. Fl- 2013 il-Partit Laburista kien wiegħed fost ħafna wegħdiet oħra li ser iniedi Konvenzjoni Kostituzzjonali mingħajr ma jgħid eżattament x'kellu f 'moħħu. Din il-Konvenzjoni qatt ma rat id-dawl tax-xemx għalkemm matul is-snin, u anke fl-aħħar leġiżlatura, saru riformi kostituzzjonali, xi wħud minnhom ta' portata sinjifikanti, bħalma kienet ir-riforma timida tal-mod kif tinħatar il-ġudikatura. Nibda biex ngħid illi jien m'iniex minn dawk illi nemmen illi għandna bżonn narmu l-Kostituzzjoni li għandna u nibdluha totalment. Naħseb illi fil-55 sena kemm ilna stat sovran, il-Kostituzzjoni li għandna qdietna sodisfaċentament għalkemm ovvjament dejjem hemm lok ta' titjib u aġġornament. U fil-fatt matul is-snin saru bosta emendi, l-ewwel fl-1974 meta Malta saret repubblika u mbagħad fl-1987 sabiex jiġi żgurat illi r-riżultat elettorali tal-1981 ma jirrepetix ruħu. F'dawn l-aħħar 30 sena kien hemm bosta emendi kostituzzjonali oħra. U kien hemm ukoll bosta attentati sabiex issir riforma aktar wiesgħa tal-Kostituzzjoni li fallew. Il-President Ġorġ Abela kemm-il darba saħaq fuq il-ħtieġa li ssir riforma komprensiva tal-Kostituzzjoni imma l-isforzi tiegħu ma jidhirx illi taw riżultat għax ma ttieħdet l-ebda inizjattiva fir-rigward. L-aħħar attentat serju kien fil- 11-il Leġiżlatura meta f 'Lulju 2008, inħatar Kumitat Magħżul tal-Kamra sabiex tissaħħaħ id- Demokrazija li kien magħmul minn tliet membri u tliet sostituti għal kull naħa. Dan il-Kumitat għamel ħafna xogħol utli u barra li bena fuq il-ħidma tal-Kumitat Magħżul dwar l-Emendi Kostituzzjonali ta' bejn l-1987 u l-1989, ir-rapport tal-Kummissjoni Galdes dwar il-finanzjament tal-partiti u r-rapport Gonzi dwar is-sistema elettorali, nieda żewġ rapporti interim li fihom ħafna x'tixtarr. Kif sostnejt drabi oħra, hija ħasra kbira illi l-ħidma ta' dan il-Kumitat kellha tieqaf meta l-Oppożizzjoni ta' dak iż- żmien ħabta u sabta ddeċidiet li tibbojkottjah fuq kwistjoni relattivament trivjali li ma kellha x'taqsam xejn. Ma jidhirlix illi Joseph Muscat li kien għadu kemm ġie kkonsagrat mexxej tal-Partit Laburista jista' jiftaħar illi għolla l-kredenzjali demokratiċi tiegħu b'din id- deċiżjoni. Għaddew 10 snin u ma sar l-ebda attentat ieħor ta' riforma komprensiva tal- Kostituzzjoni għalkemm kien hemm xi tibdil ad hoc kif diġà għidt. Wieħed ma jistax ma jikkuntrastax il-mod kif saru l-affarijiet dakinhar u kif qed isiru llum. Fl-2008, il-Prim Ministru Gonzi ppropona mozzjoni sabiex jinħatar dan il-kumitat magħżul, liema mozzjoni ġiet approvata unanimament. Il-kumitat magħżul ħadem bi trasparenza kbira u anke għamel laqgħat pubbliċi sabiex min wera interess seta' jesprimi ħsibijietu. Illum l-affarijiet qegħdin isiru kważi bil-ħabi għax ħlief għal din l-istqarrija presidenzjali, ftit li xejn nafu dwar il- ħidma ta' dan il-kumitat. L-anqas biss nafu x'inhuma t-termini ta' referenza ta' dan il-kumitat, dejjem jekk għandu. Ħaġa oħra li tistona hi illi mhux il-Parlament kollu hu rappreżentat f 'dan il-Kumitat. Hija tassew ħasra illi l-President tar-Repubblika aċċettat illi tippresjedi kumitat li ma jirrappreżentax l-ilħna kollha li hemm fil-parlament. Il-President għandha rwol istituzzjonali naturali illi tgħaqqad lin-nazzjon u b'din il- mossa mhijiex ċertament tkun fidila għal din il-vokazzjoni. U ċertament dan ir-rwol jinkludi s-salvagardja tal-minoranzi, żgħar kemm huma żgħar. Wieħed irid jistaqsi wkoll għaliex inħasset il-ħtieġa illi dan il-kumitat ikun ippresjedut mill-President tar-Repubblika. Meta żgur waħda mill-objettivi tar-riforma kostituzzjonali għandu jkun definizzjoni aktar preċiża tar-rwol tal-president tar-Repubblika u possibilment tisħiħ tal-poteri tiegħu, il-fatt illi dan il-kumitat hu ppresjedut mill-istess president jista' joħloq diffikultajiet. Barra mill-fatt illi t-terminu tal-President attwali dalwaqt jiskadi u wieħed irid jara x'ser jiġri meta jinħatar president ġdid. Fl-opinjoni tiegħi kien ikun ferm aħjar li reġa' nħatar Kumitat Magħżul tal-Kamra li setgħa jsaħħal l-ħidma tiegħu billi jinkariga kumitat ta' għorrief fosthom eks presidenti, eks politiċi, eks ġudikanti u akkademiċi sabiex jagħmlu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Il-Prim Ministru Muscat qal riċentement illi dan il-Kumitat irid jistudja kif l-aħjar jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar l-istruttura demokratika f 'pajjiżna. Dan ifisser illi t-terms of reference ta' dan il-kumitat immedjatament twessgħu b'mod sinifikanti. Il-Kummissjoni ta' Venezja hu organu tal-Kunsill tal-Ewropa illi uffiċjalment hu msejjaħ Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi. Ix-xahar l-ieħor din il-Kummissjoni ħarġet rapport ta' 29 paġna li hu intitolat "Opinjoni dwar arranġamenti kostituzzjonali u s-separazzjoni tal-poteri u l-indipendenza tal- ġudikatura u l-infurzar tal-liġi." Dan ir-rapport isemmi bosta affarijiet li ilna nafu dwarhom imma li ħadd ma kellu r-rieda illi jindirizzahom. M'għandna bżonn l-ebda Kummissjoni ta' Venezja biex insiru nafu illi f 'pajjiżna, il-Prim Ministru jgawdi minn poter assolut. Jiddependi ferm kif il-Prim Ministru jagħżel illi jeżerċita dan il-poter imma xejn ma jżommu milli barra l-poteri kostituzzjonali tiegħu illi jinnomina u jkeċċi l-ministru, effettivament, jaħtar il-President tar-Repubblika kif ukoll il-karigi Ewropej fost affarijiet oħra. Lanqas m'għandna bżonn il-Kummissjoni ta' Venezja sabiex inkunu nafu illi l-mod kif tinħatar il-ġudikatura mhuwiex sodisfaċenti minkejja r-riformi modesti li saru ftit ili. U kulħadd jaf illi l-Avukat Ġenerali jilbes wisq kpiepel u r-rwol tiegħu ta' prosekutur pubbliku għandu jiġi separat minn dak ta' Avukat tal-Gvern. U lanqas trid tkun Salamun biex tikkonkludi illi l-prattika ta' dan il-Gvern illi jżomm l-onorarju tal-parlamentari ridikolożament baxx fil-waqt illi jippremja l-backbenchers tiegħu b'inkarigi governattivi super remunerati barra li huwa fil- maġġiorparti inkostituzzjonali u llegali, hu theddida serja għad-demokrazija parlamentari tagħna. Din il-prattika deplorevoli qiegħda timmina serjament id-demokrazija parlamentari f 'pajjiżna imma donnu ftit huma inkwetati b'dan il-fatt. Pajjiż li jdaħħal eluf fis-servizz pubbliku anke jekk verament ma hemmx ħtieġa għalihom jista' ċertament ikollu parlamentari dedikati totalment għall-ħidma tagħhom u mhux iridu jaraw imnejn ser jaqilgħu l-ħobża ta' kuljum. Dejjem jekk irridu parlament li jagħmel xogħlu sew u jżomm il-Gvern tal-ġurnata responsabbli għal għemilu. Filwaqt illi għandi riservi kbar bil-mod kif qed jiżvolġi dan l-aħħar attentat ta' riforma komprensiva tal-Kostituzzjoni, ma nistax ma nawgurax illi minn dan l-attentat ikun hemm riżultat tajjeb għad-demokrazija tagħna. Dejjem hemm lok ta' tisħiħ tas-sistema demokratika tagħna u għalkemm bħala poplu ngawdu ħafna aktar libertajiet mill-maġġorparti tan-nies f 'din il-pjaneta, xorta s-sistema politika tagħna għad fiha wisq prattiċi illiberali u anke fewdali. Nistennew u nittamaw. ellisjoseph@gmail.com Riforma Kostituzzjonali JOE ELLIS

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019