Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 IVAN Grech Mintoff, in-neputi tal-eks Prim Ministru Laburista Dom Mintoff u Rebecca Dalli Gonzi, in-neputija tal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi se jkunu qed jingħaqdu flimkien taħt l-umbrella tal-Alleanza għall-Bidla (Alliance for Change). Dan il-partit żgħir inħoloq minn Grech Mintoff innifsu u huwa kkunsidrat bħala wieħed soċjalment konservattiv. Grech Mintoff kien ħareġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew l-ewwel darba fl- 2014 u kien ġab 776 vot. Grech Mintoff kien voċiferu fuq diversi temi l-aktar il-politika tal-ġeneru kif ukoll dwar il-kwistjoni ta' kontestant ta'-X Factor, li huwa wkoll membru tal-għaqda reliġjuża 'River of Love' Dalli Gonzi hija wiċċ ġdid fil-politika. F'kumment dwar id-deċiżjoni li jikkontestaw l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej mal-ILLUM Grech Mintoff u Dalli Gonzi sostnew illi dak li jgħaqqad lill-Maltin huwa l-politika u l-Kristjaneżmu. "Bħala ġenerazzjoni żagħżugħa, magħqudin bħala forza waħda se nużaw is-saħħa biex inġibu fuq quddiem l-identità, il-valuri u l-kultura Maltija." Huma sostnew illi hemm bżonn urġenti ta' riforma politika. Żewġ neputijiet - ta' Mintoff u Gonzi - flimkien għall-Parlament Ewropew ISSEGRETARJU Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal- Volontarjat Clifton Grima ppreżenta grant agreement ta' €10,000 lis-Soċjetà Mużikali San Girgor Sliema mill-fond ta' kontinġenza. Permezz ta' dawn il-fondi seta' jiġi installat glass cladding madwar il-lift sabiex dan ikun jista' jintuża u b'hekk tiżdied l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà. Apparti minn dan, se ssir manutenzjoni tas-saqaf permezz ta' waterproofing membrane. Is-Soċjetà Mużikali San Girgor Sliema spjegat kif tul dawn l-aħħar snin il-binja tal-istess soċjetà sarulha diversi xogħlijiet ta' restawr, fosthom il-faċċata u lift biex iżid l-aċċessibbiltà li ma setax jintuża minħabba li ma kellux protezzjoni mad-dawra. Is-Segretarju Parlamentari Grima saħaq li "grazzi għal persuni li jaħdmu b'mod volontarju għal din is-soċjetà, il-volontarjat irnexxielu jżomm xi ħaġa ħajja għal aktar minn 20 sena. Permezz ta' dawn il-fondi ppreżentati qegħdin nirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-volontarjat billi ngħinu għaqdiet simili bħal dawn." Filwaqt li huwa apprezzat li hemm diversi linji ta' finanzjament b'appoġġ għall-proġetti mwettqa minn organizzazzjonijiet volontarji, tibqa' r-realtà li hemm sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn organizzazzjoni jista' jkollha bżonn appoġġ li jirriżulta minn sitwazzjoni ta' emerġenza. Għal dan il-għan, il-Ministeru li qed jopera dan il-fond għan-nom tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-għaqdiet tal-volontarjat għandu fond ta' kontinġenza li jintuża biss f 'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u sitwazzjonijiet eċċezzjonali li jistgħu jinqalgħu minn żmien għal żmien u f 'sitwazzjonijiet li jistgħu jew iwaqqfu l-operazzjoni tal-organizzazzjoni volontarja li hija essenzjali għall- komunità, jew fejn voluntiera u benefiċjarji jistgħu jkunu f 'riskju. F'sitwazzjoni bħal din, l-organizzazzjoni tagħmel każ mal-Ministeru li, wara parir tekniku, jista' jikkunsidra appoġġ finanzjarju sħiħ jew parzjali taħt dan il-fond. Is-Soċjetà Mużikali San Girgor hija organizzazzjoni volontarja rreġistrata (VO / 0277) u hija għaqda mużikali bbażata f 'Tas-Sliema. L-għan ta' din l-għaqda volontarja, li ilha mwaqqfa mill-1987, hu li tkompli tkattar it-tagħlim tal-mużika u l-kultura f 'Tas- Sliema. Iżjed aċċessibbiltà fis-Soċjetà Mużikali San Girgor Sliema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019