Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296
Sports 29 Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum 'Lest li nagħmel kull sagri ċċju biex insir plejer professjonali tal-eight-ball' - Leon Azzopardi minn Cristian Antony Muscat LEON Azzopardi - plejer tal-ogħla livell tal-eight-ball u li kiseb bosta suċċessi kemm individwali kif ukoll bħala tim kemm lokalment u anki barra minn xtutna fejn għamel ġieh u unur kbir lil pajjiżna. F'din l-intervista se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-eight-ball? Missieri u n-nannu minn dejjem kienu dilettanti ta' dan l-isport u minn ta' età żgħira bdejt nieħu interess kuljum aktar mill-ġurnata ta' qabel. Meta ssemmi l-kelma eight-ball qisek qed tgħid billiard? U jekk insemmilek l-pool u l-isnooker x'differenza hemm bejniethom? Iva, billiard u eight-ball huma żewġ kelmiet li jirreferu għall-istess logħba. Id-differenza bejn pool u snooker hija li l-isnooker jieħu ħafna aktar ħin biex tipprattika u tidra l-logħba. Riċentament, int sirt champion tad-dinja tal- eight-ball. X'fisser għalik dan it-tragward? Meta rbaħt it-titlu ta' champion tal-Ewropa kienet waħda mill-aktar ġranet sbieħ f 'ħajti. Dan għaliex irnexxieli nirbaħ wieħed mill-aktar tournaments diffiċli li nikkompetu fihom. Kif jirnexxielek tipprepara ruħek mentalment qabel xi logħba importanti? Fl-opinjoni tiegħi kull logħba hija importanti u nipprepara ruħi bl-istess mod kull darba billi nġib quddiem għajnejja lili nnifsi fejn nixtieq nasal 'il quddiem. X'inhu l-livell tal- eight-ball f 'Malta meta kkumparat ma' pajjiżi oħra? Bħala livell tal-eight- ball ġewwa Malta, huwa wieħed għoli u tajjeb ħafna. Kemm itukom importanza l-awtoritajiet konċernati? Fl-opinjoni tiegħi, l-importanza mingħand l-awtoritajiet konċernati huwa wieħed baxx ħafna u jiddispjaċini ngħid dan għaliex hawn ħafna Maltin ta' livell tajjeb f 'dan l-isport. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mat- trejning? Minħabba li nqatta' tliet kwarti tal-ġurnata x-xogħol nipprova nsib kull mument possibli wara biex nittrenja dan l-isport. Taħseb illi l-moħħ jilgħab parti mportanti sabiex tirnexxi f 'dan l-isport? Il-moħħ huwa l-aktar parti importanti tal- logħba. Dan għaliex trid tkun iffukat il-ħin kollu u kalm ħafna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Minn dejjem kienet ħolma tiegħi li nilħaq livell professjonali f 'dan l-isport. Jien bniedem determinat ħafna u lest li nagħmel kull sagrifiċċju possibli biex din il-ħolma ssir realtà. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista. Għal dawk iż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista nixtieq ngħidilkom biex ma taqtgħu qalbkom qatt u emmnu li din il- ħolma tista' ssir realtà jekk lesti tkunu determinati u ffukati fuq dak li tridu.