Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham BDIET sena ġdida, l-2019. Sena illi fuq il-front lokali politiku mistennija tkun ħafna iktar 'ħajja' hekk kif fil- 25 ta' Mejju jsiru żewġ elezzjonijet fuq bażi nazzjonali; l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali illi din is-sena, għall-ewwel darba, se tkopri l-lokalitajiet kollha tal-pajjiż f 'daqqa. Dan ifisser illi l-ġimgħa ta' wara l-25 ta' Mejju se tkun iddominata l-ewwel bir-riżultat tal-elezzjoni li teleġġi l-MEPs u allura l-aktar elezzjoni mistennija, imbagħad ir-riżultat tal-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali. Dawn l-elezzjonijiet, flimkien mal-għeluq tat-terminu tal- President tar- Repubblika u tal- Kummissarju Ewropew kif ukoll numru ta' każi u inkjesti/investigazzjonijiet mistennija jiddominaw l-2019. L-ILLUM tanalizza dawk ix-xenarji li l-aktar illi huma probabbli u dawk li mhumiex għall-2019, meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni fil-preżent. Adrian Delia: Se nibdew minn Adrian Delia għaliex huwa l-aktar politiku li bħalissa qed ikun diskuss. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista bħalissa jinsab taħt pressjoni enormi wara allegazzjonijiet ta' vjolenza domestika minn dik li se tkun l-eks martu Nickie Vella De Fremaux. Wieħed jista' jargumenta dwar l-iskop u anke l-mod kif inxtered awdjo madwar il-pajjiż kollu fuq il-midja soċjali, ħafna oħrajn jargumentaw dwar il-privatezza tal- familja. Anke jekk għal mument ninsew li l-vjolenza domestika hija att kriminali u kwistjoni pubblika u ninsew għall- fini ta' din l-analiżi li s-sorsi ta' ħafna minn din l-informazzjoni jistgħu jkunu persuni b'aġenda anti-Delia, dak li qed jiġri quddiemna qed jagħmel ħsara enormi lill-immaġini tal-Kap tal-PN. Il-verità hija illi sakemm il-Qorti tiddeċiedi dwar l-allegazzjonijiet, jibqa' d-dubju u allegazzjoni ssostanzjata fil-Qorti ta' vjolenza domestika tkun bħal mannara li f 'sekonda toqtol għalkollox il- karriera politika ta' Delia. Anke qabel biss inqatgħet din is- sentenza, il-ħsara hija ovvja. L-awdjo li nxtered fuq il-midja soċjali juri illi De Fremaux jew xi ħadd fir- residenza/ post fejn seħħew l-argumenti, kien qed iżomm rekordings għall- intenzjoni li dawn jagħmlu ħsara massima fuq il-persuna ta' Delia jew inkella jintużaw bħala xhieda kontrih. Dan jinstema' jgħid 'p**ta' f 'ħinijiet minnhom filwaqt li aktar tard jinstema' jgħajjar lil De Freamux 'injoranta'. Naturalment r-rekording jista' jkun editjat. Jibqa' fatt imma li dan inxtered ma' mijiet jekk mhux eluf ta' nies fil-PN u lil hinn minnu, għand nies li jsegwu l-politika u oħrajn li le. L-istorja kibret u ġġebbdet tant li anke nies jgħidu li ħalla lil uliedu bil-ġuħ kien hemm. Ma tafx kif; l-istorja tikber minn narratur għall-ieħor. Il-ħsara li diġà saret lill-immaġini ta' Delia diffiċli tkun ikkwantifikata, imma hija kbira żgur. Jekk vera huwa innoċenti kif qed jinsisti li hu huwa, fl-interess tiegħu illi s-smigħ jibda llum, ħafna qabel għada. Tkompli f 'paġni 6 u 7 L-2019. Sena kruċjali għal Muscat u Delia L-aktar data politika importanti din is-sena se tkun il-25 ta' Mejju, il-jum tal- elezzjoni tal-MEPs. Din l-elezzjoni se tiddetermina l-futur politiku ta' bosta nies, tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni żgur. L-ILLUM tanalizza x-xenarji politiċi li jista' jkollna matul l-2019 bħal mannara li f 'sekonda karriera politika ta' Delia. inqatgħet din is- sentenza, il-ħsara hija ovvja. L-awdjo li nxtered fuq il-midja soċjali juri illi De Fremaux jew xi l-argumenti, rekordings intenzjoni li dawn jagħmlu ħsara massima fuq il-persuna ta' Delia jew inkella jintużaw bħala xhieda kontrih. jgħid 'p**ta' f 'ħinijiet minnhom filwaqt li aktar tard jinstema' jgħajjar lil De Freamux 'injoranta'. Naturalment r-rekording jista' jkun editjat. Jibqa' fatt imma li dan inxtered eluf ta' nies fil-PN u lil hinn minnu, għand nies kibret u ġġebbdet tant ħalla lil uliedu bil-ġuħ vera huwa Tkompli f 'paġni 6 u 7 "Il-ħsara li diġà saret lill-immaġini ta' Delia diffiċli tkun ikkwantifikata, imma hija kbira żgur."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019