Illum previous editions

ILLUM 6 January 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1068296

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 6 ta' Jannar 2019 Is-sħubija obbligatorja f 'unjin; x'jista' Aħbarijiet 8 Minn Manuel Micallef MILLKAMP tat-trade unions ħarġet il-proposta illi kull impjegat ikun obbligat bil-liġi li jkun imsieħeb f 'unjin. Fi kliem ieħor uħud mill-unjins iridu li l-impjegat ma jkollux l-għażla volontarja biex jissieħeb f 'unjin jew li ma jissieħeb ma' ħadd. Għaliex qed issir din il-proposta? X'se jinbidel? Id-densità tas-sħubija fil- unjins Meta mqabbel ma' pajjiżi Ewropej oħra d-densità tas- sħubija fil-unjins f 'pajjiżna hija waħda għolja kważi 47%. Ifisser li l-maġġoranza tal-impjegati f 'Malta għad għandhom fiduċja u jippreferu s-servizzi trejdunjonistiċi biex jitħarsu l-interessi tagħhom. Iżda sfortunatament wieħed jista' jiddubita minn dawn iċ-ċifri għar-raġuni li d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali m'għandux mekkaniżmu effettiv li jassigura trasparenza u verifika tad- dikjarazzjonijiet li jagħmlu l-unjins dwar l-imsieħba tagħhom. Minħabba f 'hekk wieħed ma jistax ilum l-argument li l-unjins jonfħu ċ-ċifri tagħhom biex jidhru ikbar fi sħubija milli fil-fatt huma. F'pajjiżi Ewropej l-imsieħba fil-unjins naqsu drastikament fl-aħħar snin. Fl-Ingilterra r-rata ta' mseħbin fil-unjins hija ta' madwar 26%, fil-Ġermanja 18%, fi Franza 8% u fl-Italja 35% . L-isfidi għall-unjins Barra minn hekk kif mistenni, l-andament u l-iżvilupp ekonomiku ħallew impatt fuq is-suq tax-xogħol bil-konsegwenza li t-trade unions kellhom jadattaw għal sfidi ġodda. Dawk il-unjins li ma għarfux is- sinjali taż-żminijiet qatgħu lura u kellhom jikkuntentaw bi tnaqqis ta' mseħbin. It-teknoloġija u l-industrija tas-servizzi rnexxielhom jiddominaw is-swieq b'tali mod li l-industriji tal- manifattura u produzzjoni tal-massa ħadu daqqa 'l isfel u min irnexxielu jkampa sar jiddependi mill-istess teknoloġija. Dan ħalla effett ukoll fir- relazzjonijiet industrijali li tradizzjonalment huma mibnijin fuq il-kunċett ta' negozjar kollettiv u sens qawwi ta' solidarjetà. Dan kien possibbli u ħalla riżultati tajbin ħafna fl- industrija tal-manifattura imma fl-oqsma tas-servizzi u t-teknoloġija l-istorja hija differenti: l-individwaliżmu u l-personali jiġu l-ewwel. F'dawn l-oqsma jiġu ffirmati eluf ta' kuntratti tax-xogħol individwali li jvarjaw minn wieħed għall-ieħor milli ftehim kollettiv li jassigura stabbilità fil-gradi u s-salarji. Quddiem dawn il-fatti wieħed bir-raġun jistaqsi jekk l-eżistenza tal-unjins hijiex taħt theddida u allura l-unjins jistgħu biss iserrħu rashom mill-futur jekk jassiguraw sħubija obbligatorja. L-irwol tal-unjins Lil hinn mill-ammont ta' mseħbin li għandha kull trade union jibqa' l-fatt li l-funzjoni tal-union fid- dinja tax-xogħol ħalliet il-frott u tat riżultati inkoraġġanti. Bosta mill- benefiċċji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg ingħataw u tjiebu bis-saħħa tal-unjins. Mingħajr il-Unjins kien ikollna ferm aktar impjegati li jitħallsu l-paga minima. Is-suq tax-xogħol kien ikun inqas stabbli u l-livell tal-għixien tal-ħaddiem kien jitbaxxa. Il-unjins irnexxielhom jiżviluppaw l-irwol tagħhom minn waħda ta' konfrontazzjoni u ġlied għal waħda ta' koperazzjoni u negozjar. Il- unjins stabilixxew ruħhom f 'organizzazzjonijiet li jagħtu vuċi lill-marġinat u jagħtu dinjità mistħoqqa lill-ħaddiem. Kienu l-unjins li taw sehem sħiħ biex iseħħ id-djalogu soċjali, biex jitwaqqaf u jissaħħaħ in-negozjar kollettiv li intrinsikament huwa marbut mad-dritt ta' assoċjazzjoni. Il-unjins ġabu stabbilità fis-suq tax-xogħol u saħħew ir-relazzjonijiet industrijali b'tali mod li laqgħu l-isfidi ta' konflitt u għenu biex jitwettqu riformi soċjali lil hinn mill-post tax-xogħol. Reazzjonijiet minn min iħaddem Huma fil-minoranza dawk li jħaddmu li jirreżistu s-sħubija fil-unjin tal- impjegati tagħhom. Ħafna minnhom għad għandhom il-mentalità li jaraw it- trejdunjoniżmu bħala ndħil jekk mhux inkwiet bla bżonn fil-kumpanija tagħhom. Oħrajn iħossu sens ta' kburija u jqisu t-trade union fil-post tax-xogħol tagħhom bħala mhux meħtieġa għax huma kapaċi jistmaw kif xieraq lill-impjegati tagħhom. Hemm ukoll min għadu jemmen li l-ħaddiem mis- saba' jeħodlok l-id u allura dan ikun iktar faċli li jiġri jekk il-ħaddiema jissieħbu fil-unjin. Imbagħad hemm ukoll min irid jisfrutta lill-impjegati u allura ma jrid indħil ta' ħadd u xejn. Iżda l-biċċa l-kbira ta' min iħaddem jemmnu fis-sehem siewi li jagħtu l-unjins fuq il-post tax-xogħol u għalhekk jinkoraġġixxu lill-impjegati jissieħbu f 'unjin. Dan ifisser li jekk is-sħubija fil-unjin tkun min jimpjega m'għandux għalfejn jagħmel reżistenza. F'Malta l-oġġezzjoni li għandhom u l-Assoċjazzjoni ta' Min Iħaddem u l-Kamra tal- Kummerċ mhix is-sħubija fit-trade unions imma d-dritt tal-għażla li għandu jkollu l-ħaddiem jekk jisseħibx jew le. Il-prijorità: mobilità u flessibiltà F'ekonomija li trendi l-impjegat għandu l-lussu li jista' jagħżel x'impjieg jidħol għalih, li jbiddel l-impjieg, li jibdel il-karriera, li javvanza fil-karriera u li jista' flok impjieg wieħed ikollu iktar irrelevanti jekk hux full time jew part time. Barra minn hekk l-idea ta' sigurtà tal-impjieg inbidlet ukoll. Li taħdem fl- istess impjieg għal għomrok m'għadhiex moda. L-istabbilità fl-impjieg m'għandhiex titkejjel fuq kemm hi finanzjarjament b'saħħitha l-kumpanija jew is-sid li taħdem magħha iżda fuq kemm hemm opportunitajiet ta' impjieg alternattiv fis-suq tax- xogħol. U għal ġieħna mhux biss fis-suq tax-xogħol lokali imma dak Ewropew u lil hinn mill-kontinent tagħna. F'sitwazzjoni bħal din l-impjegat jista' jħoss li m'għandux jagħti prijorità jekk ikunx imsieħeb fil- unjin jew le! Anzi iktar iħoss il-bżonn li jkollu l-għażla. Għalhekk l-ikbar reżistenza li jista' jkun hemm għal sħubija obbligatorja fil-unjin tiġi mill-impjegat innifsu. Id-dritt tal-għażla L-ikbar reżistenza għal sħubija obbligatorja ġejja mill-fatt li l-impjegat ikun imċaħħad mid-dritt tal- għażla li jissieħeb ma' unjin jew li ma jissieħeb ma' ħadd. Id-dritt ta' assoċjazzjoni huwa dritt fundamentali kif imniżżel fil-kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, l-ILO, partikolarment kif rifless fid-dikjarazzjoni ta' Philadelphia. Dan id-dritt jagħmilha ċara li l-individwu jista' jagħżel hu ma' min jissieħeb u li jista' jinħall mis-sħubija mingħajr l-ebda ndħil ta' ħadd, anzi dan id-dritt irid ikun eżerċitat b'mod volontarju. Meta min iħaddem jirreżisti sħubija fit-trade union tal- impjegat tiegħu jkun qed jikser dan id-dritt. Mill- banda l-oħra u sa ċertu punt l-introduzzjoni ta' sħubija obbligatorja tinkoraġġixxi li l-impjegati jgawdu u jibbenefikaw minn dan id-dritt. L-għażla iżda tkun limitata biss għall- għażla bejn unjin u oħra. F'kelma oħra, essenzjalment is-sħubija obbligatorja ma tmurx kontra l-ispirtu tad-dritt ta' assoċjazzjoni ħlief għall-aspett volontarju tal-għażla bejn jekk wieħed iridx jissieħeb f 'unjin jew le b'mod volontarju u mhux għax imġiegħel, sfurzat jew obbligat b'liġi. Din is-sitwazzjoni toħloq kontroversja dwar l-ugwaljanza fuq il-post tax- xogħol. Il-kontroversja Fil-prattika jirriżulta li min ma jeżerċitax jew jastjeni milli jeżerċita d-dritt ta' assoċjazzjoni qed jibbenefika u jgawdi daqs min jagħżel li jissieħeb fil- unjin. Membru fil-unjin li jħallas miżata biex jingħata servizz mill-unjin tiegħu huwa stmat l-istess daqs dak l-impjegat li mhu fl-ebda unjin fuq il-post tax-xogħol. Il-Unjin tinnegozja ftehim kollettiv bil-benefiċċji u kundizzjonijiet ta' mpjieg li japplikaw għal kull impjegat (u mhux għall- imseħbin biss) fl-istess post tax-xogħol. Dan il-fatt fih innifsu joħloq anomalija biex ma ngħidux li huwa att diskriminatorju. Wieħed irid jara jekk id-dritt ta' individwu li ma jisseħibx f 'unjin huwiex iktar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 January 2019