Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
13 Intervista Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum domanda minn Sqallija għall-kremazzjoni' tkunx ta' detriment għas- sanità ta' ħaddieħor." Tree cremation: se tkun permessa f 'Malta? Kien hawnhekk li Cutajar semmiet ukoll il-kunċett ta' Tree Cremation, li huwa popolari ħafna barra minn Malta. Bażikament, l-irmied jitħallat mal-ħamrija u tinżera' siġra. "Barra minn Malta jeżistu ġonna sħaħ fejn persuna tista' tmur u flok tara oqbra qed tara siġar," kompliet Cutajar. Mistoqsija jekk dan hux se jkun permess f 'Malta, Cutajar wieġbet fil-pożittiv. Qalet li fiċ-ċimiterju tal-Addolorata hemm ħafna siġar u għalhekk wieħed jista' faċilment isib żona fejn minflok oqbra jkun hemm siġar. Persuni jistgħu jiġu kkremati flimkien? Bħalma jkun hemm min jixtieq jindifen flimkien, staqsejna lil Cutajar jekk hux se jkun possibbli li żewġ persuni jiġu kkremati flimkien. Cutajar spjegat li l-Gvern qiegħed jipproponi li dan ikun possibbli biss f 'żewġ każijiet eċċezzjonali, jiġifieri meta omm titlef ħajjitha waqt li qed twelled tarbija mejta jew li tmut ftit wara u anke f 'każijiet fejn żewġ trabi jmutu flimkien. Apparti minn hekk, għal dawk li diġà difnu lil xi qarib tagħhom u jixtiequ li jiġi kkremat, il-liġi qed tipproponi li wara żmien definit (sena-sentejn) ġisem ikun jista' jinqala' minn qabar u jiġi kkremat. Il-liġi se tistabbilixxi wkoll x'tip ta' kremazzjoni se tkun qed issir? Tkellimna wkoll dwar tipi differenti ta' kremazzjoni u jekk il-liġi hux qed tistabbilixxi x'tip ta' kremazzjoni se tkun permesssa bl-għan li l-impatt fuq l-ambjent ikun wieħed minimu. "Il-kremazzjoni evolviet ħafna maż-żmien," spjegat Cutajar. Għall-bidu l-kremazzjoni kienet sempliċiment tesponi l-ġisem għall-fjammi. Maż- żmien evolviet ukoll sistema li tesponi l-ġisem għal ammont ta' sħana li letteralment twassal għall-kremazzjoni tiegħu. Iżda fl-aħħar snin, evolviet ukoll is-sistema magħrufa bħala bio-kremazzjoni (water cremation jew alkiline hydrolysis), fejn, fi kliem sempliċi, is-sistema tuża l-ilma u l-idrossidu tal- potassju, liema proċess iħalli biss l-għadam tal-persuna. Dan il-metodu mhuwiex biss l-aktar wieħed li jibża' għall-ambjent, iżda għandu wkoll benefiċċji oħra. "Peress li jħalli l-għadam biss, ma jkunx hemm għalfejn isiru interventi qabel biex jitneħħew xi impjanti mill- ġisem, bħal pacemaker. Dan il-proċess iħalli biss l-għadam u dawn il-materjali li jitneħħew faċilment. Wara, l-għadam ikun jista' jsir irmied," spjegat Cutajar. Anke jekk dan huwa l-aktar metodu sostenibbli għall-ambjent, Cutajar qalet li l-liġi mhux se tkun qed tistabbilixxi x'tip ta' kremazzjoni għandhom jagħżlu l-operaturi, anke jekk insistiet li l-Gvern qiegħed jimbotta 'l quddiem il-bio- kremazzjoni. "Fil-liġi se nistipulaw li jintużaw prattiċi bl-inqas impatt ambjentali. Tant kemm illum ma jintużawx kimiċi, li barra minn Malta hemm krematorji biwsit id-djar," kompliet tgħid id- Deputat. Il-kremazzjoni f 'Malta se jkollha xi ħaġa differenti minn dik ta' pajjiżi oħra? Rosianne Cutajar qalet li l-Gvern qiegħed jipproponi wkoll li qabel kull kremazzjoni, jittieħed kampjun tad-DNA tal- persuna mejta u dan jinżamm għal perjodu ta' żmien definit. "Jekk niddeċiedu li nagħmluha, din se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fost il-pajjiżi tal- Ewropa," saħqet id-Deputata. Spjegat kif meta persuna tindifen b'mod normali, anke wara ħafna żmien, kampjun tad-DNA ikun jista' jittieħed xorta waħda mill-għadam jew inkella mix-xahar. Bil- kremazzjoni, dan ma jkunx possibbli, lanqas mill-irmied. "Aħna qed nipproponu li qabel ma persuna tiġi kkremata, jittieħed kampjun tad-DNA u jinżamm apposta għall-perjodu definit," qalet Cutajar. "Ma hemmx għalfejn iżżomm demm. Tista' żżomm xahar jew inkella sinna." Mistoqsija għalfejn taħseb li għandu jinżamm kampjun tad-DNA, Cutajar semmiet diversi raġunijiet, fosthom pereżempju kwistjonijiet ta' paternità. Iżda għandna fejn nibnu dawn il-krematorji? Anke jekk ma kienx hawn qafas legali, is-Cemeteries Policy and Design Guidance, approvata fl-2015, digà kienet tipprovdi dispożizzjonijiet għall-introduzzjoni tal- kremazzjoni u tistipola li l-krematorji għandhom jinbnew biss f 'ċimiterji eżistenti li jintużaw jew f 'ċimiterji eżistenzi li ma jintużawx. Iżda fil-verità, kemm hemm spazji f 'dawn iċ-ċimiterji? "Naħseb li l-aktar propizju huwa li l-krematorju jsir fl- Addolorata," saħqet Cutajar waqt li assigurat li hemm biżżejjed spazju fejn dan isir. U ġaladarba ċ-ċimiterji l-oħra huma limitati, kemm taħseb li jista' jkun hawn krematrorji? Rosianne Cutajar spjegat kif dan jiddependi mill-aspett ta' liċenzjar, fejn spjegat li hawn pereżempju liċenzji li jinħarġu għal kull 400,000 ruħ. Mistoqsija jekk taħsibx li krematorju wieħed jista' jwassal għal monopolju, Cutajar tenniet li mhux se jkun fl-interess tal-operatur li jgħolli l-prezzijiet. 'Nemmen li l-aħjar għażla tkun sħubija bejn il-Gvern u l-privat' Kien hawn li d-Deputata insistiet li l-aħjar għażla tkun sħubija bejn il-Gvern u l-Privat. "Hekk il-Gvern ikun jista' jidħol anke f 'każ li l-operatur jiddeċiedi li jagħlaq il- krematorju. Il-Gvern ikun jista' jieħu f 'idejh l-operat sakemm jinstab operatur ġdid," saħqet Cutajar. Rosianne Cutajar X'inhuma l-mistoqsijiet għall-konsultazzjoni? Il-konsultazzjoni dwar din il-liġi tagħlaq fid-29 ta' Marzu li ġej, bil-Gvern qed jippjana li l-liġi titressaq f 'April u tgħaddi sa qabel l-Għid. Il-mistoqsijiet għall- konsultazzjoni huma: 1. X'għandu jkun, kemm- il darba hemm lok tiegħu, l-irwol tal-Gvern fl-industrija tal- kremazzjoni? 2. Taqbel mal-ħolqien ta' Reġistru fejn tiġi rreġistrata x-xewqa ta' persuna li tiġi kkremata wara mewtha? Jekk iva, dan ir-Reġistru għandu jkun reġistru nazzjonali, simili għar-Reġistru tad- Donazzjoni ta' Organi, jew kull krematorju għandu jkollu r-reġistru tiegħu? 3. Għandu krematorju jkollu l-mezzi meħtieġa biex jaħżen u jippreserva d-DNA ta' persuni kkremati għal perjodu ta' żmien definit? 4. Hemm xi punti oħrajn li jolqtuk li mhumiex inklużi u li tħoss li huma importanti għall-finijiet tal-liġi?