Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum mhux faċli li jtuhulek kif ġieb u laħaq. Barra minn hekk diffiċli ssib sponsor. Trid iddur ħafna sabiex ikollok min jisponsorjak. Għalhekk aċċennajt għall-fatt li hemm bżonn aktar attenzjoni mill-awtoritajiet konċernati għax hekk biss nista' naraw aktar interess. Kif qed tarah il-futur tiegħek? Jien qed naħdem sabiex dejjem inkompli nkabbar il-ħiliet tiegħi f 'din il-logħba. Jien qed nara prospetti tajbin għall-futur tiegħi. Barra minn hekk jien dejjem inżomm saqajja mal-art sabiex qatt ma nara kbir. Fl-istess ħin għandi objettivi ċari dik li ntejjeb il-wirjiet tiegħi. U xi tgħidli dwar il-futur tal-pool f 'pajjiżna? Il-futur f 'dak li għandu x'jaqsam talent jidher ferm sabiħ anke għax għandna żgħażagħ tajbin bħal Lydon Debono u Clint Azzopardi fost l-oħrajn. Nixtieq ferm u nibqa' ntenni li hemm bżonn iktar rappurtaġġ u importanza minn dawk kollha involuti fl-isport sabiex nindukraw din il-logħba tant sabiħa. Fl-opinjoni tiegħek min hu l-aqwa plejer tad-dinja tal-pool? Fl-opinjoni tiegħi l-aqwa plejer tal-pool huwa Mick Hill. Dan huwa plejer professjonali Ingliż li qatt ma kelli ċ-ċans nilgħab kontrih li iżda nammirah ħafna. Fil-verita' kelli ċ-ċans nilgħab kontrih iżda kont inqlajt mill-kompetizzjoni meta tlift kontra Anton Cuschieri. Semmejt lil Anton Cuschieri. Kemm jgħinuk plejers ta' esperjenza bħalu? Fil-verità jien m'għandi għajnuna mingħand ħadd. Jien nitħarreġ waħdi u dejjem nara li ntejjeb il- ħiliet tiegħi fil-pool. Min kien dak il-persuna li spirak f 'dan l-isport? Kien missieri li spirani u ħeġġiġni fejn għalkemm hu ma kienx jilgħab kellu ħolma li jarani fl-aqwa livelli tal-pool. Jien dejjem smajt minnu u l-ħeġġa tiegħu kienet il- motivazzjoni tiegħi. Niftakar li kien beka mhux ftit bil-ferħ li ħass meta sirt champion tal-Ewropa. X'ġara eżatt f 'dik il-finali tant famuża? Niftakar li lgħabt kontra ċ-champion tad-dinja. Sa meta kont 6-2 minn fuq ma ħassejtx xi pressjoni ta' barra minn hawn. Iżda mbagħad fl-aħħar frame kelli ħafna eċitament u biex ngħidlek il- verità bilkemm kelli saħħa nżomm l-istikka b'idi. U allura tikkonfermali li dak kien l-isbaħ jum ta' ħajtek? Iva dażgur. Kienet ġurnata li diffiċli ninsiha. Issa qed naspira li nipprova nkun champion tad-dinja. Mhux ser tkun faċli m'hemmx xi ngħidu iżda kollox bil-mod il-mod. Diġà kelli ċ-ċans nilgħab fil-finali tal-kampjonat dinji tal-kategorija tiegħi iżda kont tliftha. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk kollha li jitħajru jilagħbu l-pool. Jien ngħidilhom biex dejjem jagħmlu moħħhom hemm u jiddeċiedu liema sport jixtiequ jaqbdu. Fuq kollox importanti li dak li jagħmlu jieħdu pjaċir jagħmluh. Il-pool hija logħba ferm sabiħa li tieħu gost tilgħabha. Nissuġġeriha lil kulħadd. nistinka sabiex din il-ħolma saret realtà' Huwa plejer lokali tal-ogħla livell l- Pool. Fil-jiem li għaddew irrealizza l-ħolma tiegħu li jsir Champion Ewropew ta' taħt it-23 sena. Qed jaħdem qatigħ sabiex dejjem inkompli nkabbar il-ħiliet tiegħi f 'din il-logħba. SCOTT MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019