Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
Maria Brown J ekk ngħidlek 'flower power', 'classic rock' jew 'acid house' – iddoqqlok qanpiena? Tidħlilhom it-'throw backs'? Għamiltha t-'ten year challenge'? Dawn kollha huma espressjonijiet imnebbha mill- imgħoddi. F'Malta l-kummerċ u l-konkorrenza assoċjati ma' 'throwback parties' u 'tribute bands' u avvenimenti simili jixhdu kif il-mużika għandha qawwa li mentalment teħodna lura fiż-żmien, kif ukoll is-seħer li tnissel fina dawk l-emozzjonijiet li konna nħossu meta konna iżgħar fl-età - aktarx b'inqas responsabbiltajiet u tiġrib. Fil-mitoloġija Griega naqraw li l-allat kienu jgħiru għall- bnedmin għax huma mortali u għalhekk kull mument fl- esperjenza tal-bniedem huwa ta' importanza u intensità ħafna ikbar minn dak tal- allat li għandhom aċċess għall-eternità. Il-limitazzjoni fl-ammont ta' żmien li hemm fuq il-ħajja tal-bniedem tixpruna l-valur li nagħtu lill- imgħoddi u ċ-ċelebrazzjoni tiegħu. Filfatt, fl-istudju tal- ekonomija nitkellmu fuq il- provvista u t-talba, u dwar kif meta l-provvista tkun baxxa, it-talba tkun għolja. Hemm mekkaniżmu simili li jkebbes il-ġibda lejn iċ-ċelebrazzjoni tal-imgħoddi. Permezz ta' ritwali u avvenimenti ispirati minn 'throw backs', bħal 'themed parties' u 'tribute bands' immexxu jdejn l-arloġġ lura, imqar b'erba' tikmixiet u xagħriet bojod iktar milli kellna oriġinarjament. Biex tispjega dil-ġibda u konkorrenza, is-soċjoloġija tmur iktar fil-fond minn fatturi bħal provvista u talba. Il-bniedem mill-bidu taċ- ċivilizzazzjoni tiegħu għaraf jagħti importanza kbira lill-imgħoddi għax huwa l-imgħoddi li jagħmilna dak li aħna llum, li jagħtina identità, sew fuq livell personali, kif bħala membri ta' komunitajiet, u anke bħala pajjiż. Is-sens t'identità u t-tifsira li nieħdu mill-identità tagħna huma essenzjali għall-bniedem. Għax, kontrarjament għal speċi inqas evoluti, il-bniedem għandu l-kapaċità li jirrifletti fuqu nnifsu u fuq dak li jagħmel, bħala individwu u bħala speċi. Għalhekk, mill- eqdem żminijiet il-bniedem kien jidentifika avvenimenti importanti u jfakkarhom b'xi ritwal, festa jew 're- enactment' ispirat mit-tifsira ta' dak l-avveniment. Il-fenomenu tal-midja soċjali xejn ma jxejjen minn din l-imġiba, anzi pjuttost kattar l-effetti tagħha, għaliex permezz tal-midja soċjali sirna 'prosumers'. Din kelma li tgħaqqad 'producers' u 'consumers'. B'hekk fil- midja soċjali kull 'user' jista' jipproduċi kontenut billi jikteb 'post' jew itella' ritratti, stampi, u filmati; kif ukoll jikkonsma kontenut ta' ħaddieħor u jesprimi ruħu dwaru fl-istess waqt. Ta' min jgħid ukoll li l-attendenza għal xi kunċert tal-Fat Boy Slim jew għal 'tribute' tal-Beatles jew tal-Led Zeppelin mhux neċessarjament tixhed id- devozzjoni għalihom, jew għall-kultura ta' żmienhom. Fil-fatt hemm studji li jitkellmu dwar kif fis-soċjetà tal-lum affarijiet kulturali saru qishom prodotti fl- ixkafef tas-'supermarkets' u l-konsumatur iħallat kollox fit-trolley: minn soy sauce t'oriġini Ażjatika għall-pesto Taljan. Bl-istess mod, meta wieħed imur 'throw back party' taf tkun għażla tal-mument, imqar għax sejrin sħabu, jew għadu kemm ħareġ xi film dwar dak il-grupp. U wara t-'tribute' tal-Queen ma trid xejn biex jerħilha jiżfen il-Hip Hop bil-flokk ta' Che Guevara, minkejja li ftit iħabbel rasu dwar l-ideoloġija xellugija u r-rivoluzzjoni. Biss dan ifisser li, anki f 'dan il-każ, il-bniedem ikun qed jissodisfa x-xewqa li jkun parti minn gruppi u parti mill-mumenti u mill-moda ta' dawk il-kuntesti soċjali. Fi kliem ieħor, iċ- ċelebrazzjoni tal-imgħoddi għandha dimensjoni soċjali, speċjalment meta sseħħ fil- pubbliku jew b'avvenimenti tal-massa. Avvenimenti b'tema storika jnisslu sens ta' identità bħala parti minn komunità, grupp raħal jew poplu li l-istorja tagħhom tmur lil hinn mill- għomor ta' bniedem wieħed. Għalhekk, meta niċċelebraw l-imgħoddi nsiru parti minn xi ħaġa ikbar minna. Sa ċertu punt, inkunu qed niftħu tieqa li tagħtina aċċess għall-eternità. Dr Maria Brown hija soċjologa u lettur l-Università ta' Malta mbrown1919@gmail.com illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 16 Opinjoni J iena ktibt kemm-il darba dwar l-abort. L-aħħar li ktibt meta l-liġi Ingliża favur l-abort għalqet 50 sena mindu ġiet approvata u ġibt iċ-ċifra ta' 8,994,351 abort li saru bil-barka tagħha, fosthom l-aborti li jsiru minn madwar 60 mara Maltija fl-Ingilterra. Ktibt ukoll meta b'xokk fuqi sirt naf li hawn dokumenti viżivi jew erba' filmati li jiffilmjaw il-ħsad u l-bejgħ ta' biċċiet mill- iġsma tat-trabi abortiti... għax l-abort issa sar ukoll industrija. Issa qed nerġa' nikteb għax sirna nafu li l-assoċjazzjoni Ingliża, Abortion Support Network, offriet li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil nisa ġejjin minn Malta u Ġibiltà li jmorru biex jagħmlu abort fl-Ingilterra, fl-Olanda jew fi Spanja. Carlo Carretto F'kitba oħra ġibt tagħrif dwar il-ktieb ta' Carlo Carretto 'Mixja Bla Tmiem' dwar l-esperjenza tal-awtur innifsu meta ra b'għajnejh biċċiet ta' fetu jew tarbija fil-ġuf li biċċiet minnha spiċċaw mormija fil-landa taż-żibel. Arnold Cassola Minn ġewwa kellna l-aħbar tar-riżenja ta' Arnold Cassola mill- Moviment Alternattiva Demokratika għax ma qabilx ma' sħabu li għandu jkun hawn dibattitu fil- beraħ dwar l-abort! Jiena kontra l-abort għax jiena favur il-ħajja, mhux biss wara t-twelid imma wkoll qabel it-twelid meta t-tarbija tagħmel ix-xhur fil-ġuf ta' ommha. Imma jiena favur il-ħajja fiż- żminijiet tagħha kollha - meta tittiefes bil-vjolenza fiż-żwieġ u fit-traffikar tal- persuni, meta tisfa esposta għall-għarqa 'l bogħod minn pajjiżha, meta tisfa mċaħħda mid-dinjità li jistħoqq lil kull bniedem, anke meta jkollha diżabilità imma b'mod partikolari meta l-persuna umana tinsab f 'kondizzjoni li ma tistax tiddefendi lilha nfisha u għandha bżonn lilna biex naqbżu għaliha! Għalhekk seħħet is-solidarjetà favur il-ħajja. Għalhekk l-enfasi li t-tarbija fil-ġuf jew il- fetu tinsab fi ħdan ommha imma mhix biċċa minn ġisimha u għalhekk din ma għandha l-ebda jedd ittemmilha ħajjitha! Huwa minnu li hawn nisa li jmorru barra biex jagħmlu abort fl-Ingilterra, f 'Katanja. F'Milan, Ruma u xi ftit il-Ġermanja, fl- Olanda u fil-Belġju u anke f 'Malta dan qed isir b'mod illegali. Imma hu minnu wkoll li hawn Malta hawn moviment favur il-Ħajja jew Life Network juri bil-fatti s-solidarjetà tiegħu favur il- ħajja qabel it-twelid u jiftaħ il-bibien tiegħu b'servizz ta' dokumentazzjoni u għajnuna taħt it-tmexxija tat-Tabiba Sciberras. Qligħ mill-abort Fost dawk li huma favur l-abort hemm dawk li jridu jagħmlu l-qligħ minn fuq it-trabi abortiti billi bil-moħbi jiffilmjaw deskrizjonijiet viżivi minn uffiċjali tal-għaqda Planned Parenthood, li turi ċar kif biċċiet minn tal-fetu uman jinkisbu mir-riċerkaturi waqt li jkun qed iseħħ abort. F'dan id-dokument viżiv saħansitra jiddiskutu xi flus iddaħħal l-organizzazzjoni ta' dawn il-partijiet tal- iġsma. Mara li ffilmjat ir-raba' filmat għal ditta li taħdem mal-Planned Parenthood ammettiet li ħassha ħażin meta rat b'għajnejha l-ħsad tal- biċċiet tal-iġsma tat-trabi abortiti. U kienet hi li xandret li għal "kulma niksbu fil-Planned Parenthood minn kull abort jingħataw persentaġġ!" U x-xhieda tagħha tikkomplika ruħha: "Jekk jirnexxilek b'xi mod tikseb moħħ jew qalb inti ddaħħal iżjed flus milli jekk ikun biss kurdun taż-żokra." Żewġ tobba nisa Fil-film waħda mit-tobba, Dr Deborah Nucatola b'ħalqha mimli ikel u qisha mhi tgħid xejn speċjali tinstema' tgħid: "Jien ngħid li ħafna nies iridu l-fwied u għalhekk ħafna minn dawk li jipprovdu partijiet ikunu ggwidati mill-ultrasound biex ikunu jafu fejn iqiegħdu l-pinzetta tagħhom." U żiedet id- doża ta' kliemha: "Aħna rnexxielna ħafna niksbu l-qalb, il-pulmun, il-fwied, għalhekk ma nagħfasx dik in-naħa imma nagħfas 'l isfel, nagħfas 'il fuq u nara nistax noħroġha sħiħa." Skużawni, imma hekk waslet biex qalet fil-ħsad tagħha! U tabiba oħra,Dr Mary Gatter, direttrici medika ta' Planned Parenthood kellha aptit tiċċajta, qalet li bil-qligħ li ddaħħal trid tixtri Lamborghini! Prosit Arnold Cassola! DUN ANG SEYCHELL O żmien ħelu... L-abort, minn ġewwa u minn barra