Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 32 LISTĦARRIĠ tal- Kummissjoni Ewropea (KE) għall-ħarifa tas-sena l-oħra turi illi l-immigrazzjoni għadha l-ikbar uġigħ ta' ras għall-Maltin hekk kif b'50% aħna l-aktar poplu li konna mħassbin bl-immigrazzjoni fl-aħħar tas-sena l-oħra. B'hekk nofs il-poplu jaħseb li din hija l-akbar problema ta' pajjiżna. Min-naħa l-oħra xejn inqas minn 61% ta' dawk il-Maltin kollha li pparteċipaw fl-istħarriġ tal-KE semmew l-immigrazzjoni bħala l-akbar problema madwar l-UE. Dan ipoġġi lill-Maltin fit-tieni l-ogħla post f 'dak li jirrigwarda l-immigrazzjoni fl-UE, maqbużin biss mill- Estonja fejn 65% jaħsbu li dan il-fenomenu huwa l-akbar problema fil-pajjiż. Kemm il-persentaġġi ta' Malta kif ukoll tal-Estonja fil-fatt huma għoljin ħafna meta wieħed jikkumpara ma' pajjiżi differenti, inkluż dawk fil-Mediterran u fir- Renju Unit fejn il-kwistjoni tal- immigrazzjoni kienet deċiżiva għall-Brexit. 52% taċ-Ċiprijotti huma inkwetati minħabba l-immigranti fl-UE, filwaqt li fi Spanja u l-Greċja dawk li jaħsbu li l-immigrazzjoni hija problema numru wieħed huma f 'minoranza, anke jekk kbira. Fil-Greċja, 44% huma mħassbin u fi Spanja 38% tal-popolazzjoni għandhom dan l-istess tħassib. Fir-Renju Unit it-tħassib dwar il-barranin jitla' biss għal 31% filwaqt li fir-Repubblika Ċeka t-tħassib jerġa' jogħla għal 58%. Notevolment, l-immigrazzjoni tinsab fil-quċċata tal-lista ta' problemi madwar il-kontinent kollu imma hija pjuttost għolja fil-pajjiżi tal-Lvant tal-Unjoni Ewropea. Apparti l-Estonja u r-Repubblika Ċeka hemm is-Slovenja (58%), il-Bulgarija (51%) u l-Ungerija (54%). Fil- Kroazja (48%), il-Latvja (47%), il-Litwanja (42%) u s-Slovakkja (48%) għalkemm huwa l-akbar tħassib fil-pajjiż, ma jaqbiżx il-50%. Nofs il-Maltin jaraw l-immigrazzjoni bħala l-akbar problema f 'pajjiżna Fuq livell nazzjonali, il-Maltin huma fil-quċċata, b'50% jaraw l-immigrazzjoni bħala l-akbar problema fil-pajjiż. Il-Ġermaniżi jiġu wara l-Maltin b'36%. Isegwu hemm id-Danimarka u l-Belġju bi 30% u 29% rispettivament. Dawn iċ-ċifri juru allura illi l-Maltin huma l-unika poplu li jara l-immigrazzjoni bħala l-akbar problema, kemm f 'pajjiżna imma anke fuq livell Ewropew. Intant 29% jħossu li l-akkomodazzjoni soċjali hija problema f 'pajjiżna bħalissa, filwaqt li 28% jħossu illi l-akbar problema f 'Malta hija l-ambjent. Terroriżmu fil-Portugall u t-tibdil fil-klima fl-Iżvezja Minkejja li l-immigrazzjoni hija meqjusa bħala problema numru wieħed fl-UE kollha, f 'ċerti pajjiżi l-immigrazzjoni ma tibqax l-aktar kwistjoni ta' tħassib. Fil-Portugall, l-aktar kwistjoni problematika skont il-maġġoranza hija t-terroriżmu u l-Iżvezja li huwa l-uniku pajjiż fl-UE fejn it-tibdil fil-klima hija l-aktar problema li qed iħasseb lill-poplu. Għandna fiduċja fl-UE, imma maqsumin dwar x'vuċi għandna Imma Malta hija fost l-ewwel pajjiżi wkoll fejn hemm fiduċja fl-Unjoni Ewropea. L-ogħla persentaġġi huma fil-Litwanja b'65%, fid-Danimarka (60%), fl- Iżvezja (59%), fl-Olanda (57%), f 'Malta (56%), fil-Portugall (55%) u fl-Estonja u fil-Bulgarija fejn l-UE hija fdata minn 53%. L-Unjoni Ewropea mhix fdata mill-popli ta' 10 pajjiżi li huma; (fl-ordni mill-iktar sal-inqas li għandhom fiduċja) l-Awstrija, is-Slovakkja, Ċipru, Spanja, is-Slovenja, l-Italja, Franza, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju Unit u l-Greċja. L-aħħar, u allura l-Griegi, huma l-aktar poplu li ma jafdawx lill-UE b'70%. Min-naħa l-oħra naqsu b'7% dawk il-Maltin li jaraw lill-UE f 'dawl pożittiv. Qabel dħalna fl-UE, il-PN, li kien favur, kien jgħid li se jkollna vuċi fl-UE ma' pajjiżi ikbar minnha filwaqt li l-Partit Laburista kien jisħaq li pajjiżna huwa żgħir wisq biex verament ikollu vuċi b'saħħitha daqs il- Ġermanja, Franza jew ir-Renju Unit. U l-Maltin illum x'jaħsbu? Jaħsbu li għandhom vuċi? Maġġoranza relattiva taqbel li Malta għandha vuċi. Fil-fatt 46% tal-Maltin jaqblu li l-vuċi tagħna tasal u tagħmel differenza u 40% jemmnu li mhux il-każ. Il-Maltin: kważi kollha pożittivi dwar l-ekonomija Apparti mill-immgranti iżda, pajjiżna jinsab fuq quddiem ukoll fejn tidħol l-ekonomija. Fil-fatt 95% huma pożittivi ferm dwar l-ekonomija, din hija żieda ta' 13%. Min-naħa l-oħra l-inqas popli li huma pożittivi dwar l-ekonomija tal-pajjiż huma l-Portugall (36%), Franza (25%) u Ċipru (37%). Interessanti wieħed jinnota wkoll li wara Malta hemm il- Belġju, imbagħad għal darb'oħra il-pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant fejn ġeneralment in-nies huma pożittivi dwar l-ekonomija. • It-tieni l-aktar li jaħsbu illi l-immigrazzjoni hija problema fl -UE • L-aktar poplu pożittiv dwar l-ekonomija fl -UE kollha agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham • It-tieni l-aktar li jaħsbu illi l-immigrazzjoni hija problema fl -UE Il-Maltin l-aktar fl-UE li jaħsbu illi l-immigrazzjoni hija problema

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019