Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 LEWROPARLAMENTARI Miriam Dalli qed tħeġġeġ liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin biex ikunu parteċipi b'mod dirett fil- kampanja elettorali tagħha. Fuq l-indirizz elettroniku miriam@miriamdalli.com, in-nies jistgħu jibagħtu l-ideat tagħhom dwar it- temi ta' prijorità li jridu għal-leġislatura li jmiss tal- Parlament Ewropew. "Se nniedi l-kampanja elettorali tiegħi fit-8 ta' Marzu. Din se tkun il-kampanja tagħkom għax irrid inpoġġi fuq quddiem nett il-prijoritajiet tagħkom. Għiduli t-temi li intom tridu bħala prijorità f 'din il-kampanja elettorali," qalet Miriam Dalli, f 'messaġġ li ġie mniedi matul attività politika organizzata f 'Ħaż-Żabbar u li huwa aċċessibbli wkoll fuq il- mezzi soċjali. "X'inhuma l-kwistjonijiet li intom tixtiequ li niffoka fuqhom? Kif tħossu li nistgħu nieħdu lill-pajjiż fil-livell li jmiss?" L-MEP tal-Partit Laburista qed tikkontesta dawn l-elezzjonijiet għat-tieni darba. F'dawn il-ħames snin, Dr Dalli għamlet minn Malta prijorità fil-ħidma tagħha. Dan deher ċar fi kwistjonijiet bħal tassazzjoni, l-ambjent, l-innovazzjoni u l-immigrazzjoni irregolari filwaqt li dejjem iddefendiet l-interess nazzjonali anke meta l-Parlament Ewropew ħa pożizzjonijiet kontra Malta. "Qed niġi quddiemkom b'viżjoni bbażata fuq dak li intom tixtiequ taraw bħala prijorità. F'dawn is-sitt snin, Gvern Laburista saħħaħ il-bażi ekonomika ta' pajjiżna u issa huwa ż-żmien li nagħmlu l-pass li jmiss. Il-livell li jmiss għal Malta. Din hija l-aspirazzjoni tiegħi," qalet Miriam Dalli. Għalhekk, Miriam Dalli qed tistieden liċ-ċittadini ta' kull età biex jgħidu tagħhom dwar fejn iridu l-pajjiż jagħmel il-qabża għal-livell li jmiss fil- kwalità tal-ħajja, fl-istandards ta' pajjiżna, fl-edukazzjoni u l-ambjent fost oħrajn. "Din mhijiex il-kampanja tiegħi imma hija l-kampanja ta' kull wieħed u waħda minnkom għaliex dawn il- gżejjer u l-Maltin u l-Għawdxin ħaqqhom l-aħjar possibbli," sostniet Miriam Dalli. Miriam Dalli taspira li tieħu lill-pajjiż 'fil-livell li jmiss' ... titlob lill-poplu jipparteċipa

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019