Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
Sports 27 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum 'Il-bniet li jixtiequ jibdew il-hockey m'għandhomx għalfejn jintimidaw ruħhom' - Justine Pace Gasan minn Cristian Antony Muscat JUSTINE Pace Gasan - tfajla li teċċella fil-hockey lokali, fejn tilgħab ma' Rabat hekk kif qiegħda mislufa ma' dan it-tim mingħand Qormi Daikin. Hija tatna iktar dettalji. "L-imħabba tiegħi lejn il-hockey bdiet b'kumbinazzjoni waqt li kont qed nattendi skola sajf ta' għaxar snin ma' Keith Calleja, li huwa wkoll plejer mas-seniors ta' Qormi Daikin. Minn hemmhekk beda jattendi s-sezzjonijiet ħija u jiena bdejt ftit wara. Ilni nitħarreġ f 'dan l-isport għal seba' snin. Bħalissa qed ikolli taħriġ ma' Qormi Daikin kif ukoll mar-Rabat Depiro hekk kif qiegħda b'self magħhom għal dan l-istaġun. Matul is-Sibtijiet nikkowċja lill-Under 10 fejn qiegħda għal qalbi ħafna għax b'hekk inkomplu nħajru iktar tfal minn ċkunithom iħobbu l-hockey, kif ukoll il-logħob fil-weekend. Bis-saħħa ta' dan l-isport mort darbtejn Pisa b'taħriġ, ma' CUS Pisa. Fl-ewwel sena tlajt waħdi bis-sapport tal- familja tiegħi u t-tieni sena tlajt ma' sħabi tal-klabb. Iltqajna ma' Teun De Nooijer u Tim Jenniskens li huma tnejn mill-aqwa players fil- qasam tal-field hockey. Spiċċajna għamilna ħafna ħbieb ġodda mal- parteċipanti ta' Pisa. Kelli wkoll l-opportunità li nagħmlu tim nazzjonali femminili ta' Malta fejn ipparteċipajna f 'Malta stess. Ġew timijiet minn barra biex jikkompetu wkoll f 'dan it-tournament. Dan filwaqt Ii s-sena l-oħra tlajna bħala tim ta' Qormi Daikin nikkompetu ġo Sqallija, fejn irbaħna kull kategorija. Inħossni onorata li nagħmel parti minn dan it-tim kbir u li kiseb ħafna unuri. F'dan l-istagun qiegħda nilgħab b'self mar-Rabat Depiro. Kont milqugħa tajjeb ħafna mill-membri kollha tat-tim Rabti. Is-sessjonijiet tat-taħriġ ikunu dejjem interessanti u b'hekk qed nikseb iktar esperjenza rigward it- tqassim tal-logħob, għax kull tim għandu s-sistema tiegħu. F'dan l-istaġun, qed niġi involuta f 'kull logħba li qed tintlagħab. B'hekk, ikolli logħob kontra Qormi Daikin fejn xorta nagħti l-massimu tiegħi, u jkolli nilgħab kontra l-kowċis tiegħi stess fejn kultant tkun taqtiegħa qawwija. Is- sapport kontinwu min- naħa ta' Qormi Daikin dejjem hemm, anke waqt logħba kontra xulxin. Rigward li jien mara nilgħab mal-irgiel, huwa ta' unur għalija u ma nħoss li m'hemmx għalfejn noqgħod lura meta nilgħab magħhom. F'dan il-logħob, in- nisa huma tajbin daqs l-irġiel. Nara ħafna rispett minn dan l-aspett miż- żewġ timijiet li nilgħab magħhom. Nixtieq li nerġgħu ngħaqdu t-tim nazzjonali femminili Malti ħalli jkollna iktar opportunitajiet aħna n-nisa. Nappella biex ikun hawn iktar għarfien rigward il- logħob tal-hockey u biex iktar skejjel jinkluduh fil-lezzjonijiet tal-attività fiżika. Il-bniet li jixtiequ jibdew dan l-isport m'għandhomx għalfejn jintimidaw ruhhom u jagħmlu l-kuraġġ biex jibdew - iktar ma jkun hawn timijiet f 'Malta, iktar aħjar. Nixtieq ngħid grazzi kbira lill-kowċis kollha li huma involuti fit-taħriġ tiegħi, il-partitarji kollha li jkunu dejjem hemm għal-logħob u jalla dan l-isport ikompli jissoda f 'Malta!" Unuri li rebħet Justine Pace Gasan fil-Hockey: Girls Most Improved Player 2013/14 Girls Most Dedicated Player 2014/15 Under 14 Most Promising Player 2015/16 Junior Club Award 2016/17 Junior Club Award 2017/18