Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
11 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum MHUX ta' kuljum li messaġġ fuq il-midja soċjali jħalli impatt qawwi tant li jkun imxerred minn aktar minn 800 persuna u jkun approvat minn iktar minn 1,000. Imma status partikolari ta' ċertu Damjan Attard iva. Għal dawk li forsi qed jaqraw dan l-artiklu u ma jafux min hu Damjan, fi ftit kliem nistgħu ngħidu li huwa persuna apolitika imma li qatta' ħafna minn ħajtu s'issa jgħin lil diversi persuni f 'pajjiżna u lil hinn minnu u allura jipprattika l-valur tas-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali. Fil-fatt intervistat minn din il-gazzetta huwa entużjast biex jgħid illi kuntrarjament għall-mod kif forsi kien hemm min interpreta l-istatus tiegħu huwa jrid iżomm 'il bogħod mill- politika partiġġjana. "Aħna mhux qed nitkellmu dwar min se jkun fil-gvern jew le, aħmar jew blu... jiena qed nitkellem dwar sitwazzjoni mingħajr ma ndaħħal politika partiġġjana għax qed nara ħafna nies għaddejjin minn din il- problema," sostna Attard. Fl-istatus tiegħu Damjan jgħid illi realtà li qed jiffaċċjaw ħafna żgħażagħ illum "u li se ssir agħar 'il quddiem," hija biex jixtru l-proprjetà u dan l-aktar minħabba ż-żieda qawwija fil-prezz. Din iż-żieda, anke fil-valur tal-kirjiet privati, hija frott domanda qawwija ħafna minn Maltin u barranin. "Is-sigurtà ta' saqaf fuq rasna hija essenzjali għal persuni fi kwalunkwe soċjetà," sostna Damjan. Il-gazzetta ILLUM tistaqsih għalfejn ħass li kellu jgħaddi dan il-messaġġ u għalfejn ħass li kellu jagħmel dan fuq Facebook. Ta' 35 sena qtajt qalbi li nixtri...' "Jiena tkellimt dwar l-esperjenza personali tiegħi u ta' dak li nisma' madwari," qal iż-żagħugħ. "Għandi 35 sena u emminni qtajt qalbi li qatt nista' nixtri post, il- bank sa €60,000 jagħtik. Ara x'se tixtri b'€60,000! Imma insini lili għax jiena kienet għażla tiegħi li naħdem mal-volontarjat u bilkemm naqbad €1,000," sostna Damjan. Infakkru li f 'pajjiżna mhux tnejn jew tlieta hawn ħaddiema li ma jaqbdux €1,000, jiġifieri s-sitwazzjoni tiegħu mhix eżattament l-eċċezzjoni għalkemm lanqas hija n-norma. Damjan jiddeskrivi realtà li ffaċċja riċentement u li fil-fatt kienet il-kaġun li kiteb l-istatus. 'Ġiet imbikkma fuqi. Full- time, part-time u xorta ma tawhiex biżżejjed self...' "Persuna ġiet fuqi mbikkma, għandha 26 sena. Taħdem bħala LSE u għandha impjieg part-time wkoll. Wara li dam iġebbed il-bank u qalilha li trid iżżid il-ħin tax-xogħol, waslu sa €95,000," qal Attard. Huwa jispjega kif is- sitwazzjoni preżenti qed ikollha l-effett li inqas u inqas nies qed ikollhom il-ħeġġa li jidħlu f 'impjiegi bħat- tagħlim, impjiegi fil-qasam tas-saħħa u impjiegi fil- qasam soċjali. "Dan apparti li qisna liż- żgħażagħ ta' bejn 25 u 35 sena qed ngħidulhom li jew jixtru issa jew qatt. Hawnhekk qed nitkellmu fuq dawk li jidħlu l-Università biex isegwu l-passjoni tagħhom u dik il- karriera li dejjem xtaqu, biex imbagħad malli joħorġu mill- Università jsibu li l-proprjetà tant għoliet li bil-paga li se jkollhom u jekk jibqgħu single mhux se jikkwalifikaw għal self biżżejjed." Imma dawn żgħażagħ fqar? Damjan fil-fatt fakkar illi hawnhekk hu mhux qed jitkellem dwar nies bla xogħol, imma żgħażagħ bejn 25 u 30/35 sena li għandhom impjieg li jħallas bejn €1,000 sa €1,500 fix-xahar u li jixtru post waħedhom. Imma x'inhuma s-soluzzjonijiet ta' Damjan? Imma allura x'inhuma s-soluzzjonijiet? X'jagħmel? Jidħol fis-suq il-Gvern u jiddetta l-prezz hu? Innaqqsu l-barranin biex tonqos id- domanda? "Jiena din ma narahiex kwistjoni ekonomika. Mhux kull min jixtri proprjetà qed jixtriha biex jagħmel profitt minnha jew biex jikriha," iwieġeb Damjan. "Il-maġġoranza jixtru dar għas-sigurtà... dan huwa dritt ċivili. Li jkollok saqaf fuq rasek huwa dritt ċivili, mhux kwistjoni ta' ekonomija." Imma nerġa' nistaqsih; il-Gvern x'jista' jagħmel? Jikkontrolla s-suq? "Tikkontrolla s-suq ma tistax, speċjalment bil- mudell ekonomiku li qed nikkreaw. Imma għandek ħafna modi." Attard jgħid lill-gazzetta illi hemm l-kwistjoni tal-djar affordabbli. Huwa qal illi l-Gvern jista' jbigħ djar jew proprjetà bi prezz affordabbli bl-għażla li persuna tixtri mingħand il-Gvern jew inkella tibqa' tħallas pagamenti fix-xahar u wara mewtha l-Gvern jerġa' jixtri l-proprjetà u jerġa' jitfagħha fis-suq. Sostna wkoll li hemm il-possibilità li tkun inidirizzata l-proprjetà vojta. 'Il-problema qed tikber ...' Imma kemm hemm nies li għaddejjin minn din il-problema? Hawn sens ta' pożittività, allura din il-problema ma tistax tkun kbira, mhux hekk? "Il-problema qed tikber' Qed niltaqa' ma' bosta żgħażagħ li għaddejjin minn din il-problema. Illum qed jiffaċċjaw din il-problema żgħażagħ ta' bejn 25 u 35 sena u għada pitgħada dawk li llum għandhom 15 jew 18- il sena," sostna Damjan. 'B'ekonomija b'saħħitha issa ż-żmien ...' Damjan Attard sostna illi bl-ekonomija kif inhi, b'saħħitha, issa huwa l-mument opportun biex din il-problema tkun iffaċċjata. "Għandna r-riżorsi biex inkunu inovattivi u biex niffaċċjaw problema. Jekk ma nsolvuhiex inkunu qed inħarsu biss sal-ponta ta' mneħirna," sostna mal- ILLUM. 'Jekk se nħalluha għal għada, il-problema se tikber ...' Imma nfakkru li min għandu ċ-ċans li jbiddel is-sitwazzjoni, il-Gvern u l-Oppożizzjoni, mhux qed jitkellmu wisq dwar indirizz tal-problema għax wara kollox ħadd ma jrid jimponi prezz f 'sistema fejn is-suq isuq prattikament waħdu. Imma Damjan jerġa' jwissi li l-problema hemm qiegħda u "jekk se nħalluha għal għada, bħalma għamilna f 'affarijiet oħrajn l-effett fuq il-pajjiż u s-soċjetà se jkun ħażin." Jinsisti fuq l-importanza li nitkellmu fuq l-affarijiet li jolqtu l-aktar lin-nies. "Huwa importanti li l-politiċi jisimgħu l-vuċi ta' nies li forsi mhumiex interessati fil-politika partiġġjana u li m'għandhom assolutament ebda ambizzjonijiet politiċi imma li qed jitkellmu u jiddiskutu problema. 11 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum Żewġ impjiegi u xorta ma jtuhiex biżżejjed self biex ikollha darha Din il-ġimgħa żagħżugħ tkellem dwar iż-żgħażagħ u s-suq tal-proprjetà. L-istatus inxtered fuq Facebook u ħafna faħħruh talli tkellem għalihom. Imma x'kien dak li ġiegħlu jitkellem? U kemm hi kbira l-problema ta' żagħżagħ li qed isibuha impossibbli jsiru sidien ta' darhom? L-ILLUM titkellem ma' Damjan Attard ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Damjan Attard