Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

MINKEJJA li f 'Malta l-abort huwa illegali taħt kull ċirkostanza, mara Maltija għandha l-possibbilità li wara li twieġeb ftit mistoqsijiet online, tirċievi bil-posta pillola abortiva li tista' teħodha fil-kwiet ta' darha. Dan hu wieħed mis- servizzi li qed jirriklama wkoll l-Abortion Support Network (ASN). Il-ġimgħa li għaddiet din l-għaqda fir-Renju Unit ħabbret li se tkun qed testendi s-servizzi tagħha f 'Malta u f 'Ġibilità għal dawk in-nisa li jkunu jixtiequ jwettqu abort, fosthom qed tagħtihom pariri u anke għajnuna finanzjarja biex jekk ikunu jridu jagħmlu abort isiefru bl-inqas spejjeż possibbli. Minkejja li l-pilloli abortivi huma illegali, Abortion Support Network qed tirriklama wkoll il- possibbilità li nisa Maltin jordnaw dawn il-pilloli (Mifepristone u Misoprostol) minn fuq l-internet, jirċevuhom bil-posta u jwettqu l-abort f 'Malta sess. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet kemm mal-Avukat Ramon Bonett Sladden, li mill-perspettiva legali saħaq li dawk in-nisa Maltin li jikkunsmaw dawn il-pilloli u jwaqqfu tqala jkunu wettqu reat kriminali, u anke mal-ġinekologa Astrid Camilleri li mill- perspettiva medika saħqet li dawn il-pilloli huma perikolużi ħafna. Fi kliem il-ġinekologa, l-ewwel u qabel kollox wieħed ma għandu qatt jafda pillola li tasal għandu bil-posta. "Kif se tkun taf x'fiha din il-pillola? Anke jekk tinkludi dak li suppost fiha, il-pillola abortiva hija perikoluża ħafna," saħqet Camilleri. "Dawn huma mediċini u ma tafx x'qed tieħu. Lil kull min jiġi għandi u jitlobni din il-pillola, dejjem hekk ngħidlu." Kompliet tispjega kif persuni li fil-privatezza ta' darhom jieħdu din il- pillola, ħafna drabi xorta waħda jkunu kostretti jfittxu għajnuna medika, fosthom għax jista' jkun li jibdew jaraw ħafna demm. Mistoqsija jekk tobba jistgħux jindunaw li persuna tkun ħadet pillola abortiva, il-ġinekologa qalet li s-sintomi ġeneralment ikunu simili għal dawk ta' korriment naturali u għaldaqstant huwa diffiċli ħafna li tabib jew ġinekologu jagħmel din id-differenza, sakemm il- persuna stess ma tistqarrx dan. "Iżda ġeneralment mhux se jgħidu li jkunu ħadu pillola abortiva għax jafu li jkunu għamlu xi ħaġa illegali," saħqet il-ġinekologa, waqt li fakkret li t-tobba u l-ġinekologi jistgħu jirrapportaw każi simili. Anke jekk saħqet kif ma tistax tifhem kif pillola illegali tista' tasal bil-posta qisu xejn mhu xejn, għax fi kliemha dan ifisser li wieħed jista' jimporta kulma jrid, il-ġinekologa tinsab ċerta li dawn il-pilloli ilhom jiddaħħlu f 'Malta. "Meta jkollok mara ġejja u serja inkwetata għax ma tridx it-tarbija, tistaqsik x'tista' tagħmel jew jekk tistax tieħu l-pillola u f 'daqqa waħda tisparixxi, nissuspetta. Xi ħaġa jkun ġara," saħqet Camilleri. Mistoqsija meta hija effettiva din il-pillola, il-ġinekologa spjegat kif ġeneralment persuna teħodha fl-ewwel xhur tat-tqala tagħha. Kompliet tispjega kif jekk mara teħodha aktar tard fit- tqala, jista' jkollha ħafna kumplikazzjonijiet, jista' jagħti l-każ li twelled qabel iż-żmien iżda x'aktarx ma titlifx it-tarbija. L-importazzjoni ta' pilloli abortivi huwa illegali? Mill-aspett legali, l-ILLUM tkellmet ukoll mal-Avukat Bonett Sladden dwar jekk għaqdiet bħall-ASN hux jiksru l-liġi meta qed jirriklamaw u jesportaw lejn Malta xi ħaġa li skont il-liġi Maltija hija illegali. Fi kliemu, sakemm mhux jiksru l-liġijiet ta' pajjiżhom, dawn ma jkunu qed jagħmlu xejn kriminali. Madanakollu spjega li huwa assolutament illegali li din il-pillola tkun ikkonsmata f 'Malta biex mara twaqqaf it-tqala. "F'dan il-każ, l-abort qed isir Malta u huwa assolutament illegali," spjega l-Avukat. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' kelliem tal-Awtorità tal-Mediċina li spjega kif l-ewwel u qabel kollox kwalunkwe persuna li jkollha bżonn timporta mediċina għall-użu personali tagħha għandha bżonn riċetta tat-tabib. Iżda aktar minn hekk, spjega kif kwalunkwe persuna li timporta f 'Malta u allura għandha fil-pussess tagħha mediċina li hija illegali, awtomatikament qed tikser il-liġi. Mistoqsi direttament dwar pilloli abortivi, il-kelliem saħaq li jekk il-pillola hija intenzjonata għall-abort, ġaladarba f 'Malta l-abort huwa reat kriminali, qiegħed jikser il-liġi anke jekk sempliċiment jimportaha. "Il-kokaina u l-eroina wkoll huma mediċini u f 'Malta huma illegali," kompla jispjega l-kelliem. "Min jimportahom jew ikun fil-pussess tagħhom, qed jikser il-liġi. L-istess jgħodd għall-pilloli abortivi." illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 Aħbarijiet 8 L-Abortion Support Network qed toff ri wkoll assistenza lil nisa Maltin li jixtiequ jwettqu abort fi l-privatezza ta' darhom billi bil-posta jirċievu pillola abortiva. Iżda dan legali? Persuna tista' taqbad u tieħu din il-pillola? Kemm tiswa din il-pillola? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Pilloli abortivi; 'jaslu bil-posta,

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019