Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum petrol. Imma din mhux żejda? Imma l-prezzijiet se jiżdiedu? Dawk li jimmanifatturaw il-karozzi se jkollhom spejjeż żejda x'jiffaċċjaw biex jassiguraw li l-emmissjonijiet ikunu skont dak li ddeċidiet l-UE (ara kaxxa oħra). Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li mhux ċar jekk dawn l-ispejjeż żejda humiex se jkunu riflessi fil-prezz lill-konsumatur inkella jekk hux se jkun hemm xi forma ta' sussidju minn pajjiżi differenti biex iż-żieda ma tkunx drastika. Minkejja dan, il-Kummissjoni Ewropea tfakkar illi ż-żieda fil-prezz inizjali tkun ikkumpensata għax ma jkollokx għalfejn tibqa' tixtri fjuwil. Skont importatur lokali, il-prezz biex tagħmel 'recharge' jiswa €3 kull 100 mil li tagħmel il-karozza. U f 'Malta hawn ħafna karozzi? Skont statistika li tirrifletti s-sena 2016 Malta kienet it-tielet pajjiż li fih karozzi għal kull 1,000 abitant. Qabel Malta hemm il-Lussemburgu u l-Italja, bil- Lussemburgu l-aktar tirreġistra 662 karozza kull 1,000 abitant, l-Italja 625 u Malta 615. L-inqas ammont ta' karozzi kien fir-Rumanija, l-Ungerija u l-Latvja. Anke jekk ammont kbir ta' karozzi huwa probabbilment ukoll sinjal ta' ġid, iktar karozzi li jaħdmu bid-diesel u l-petrol ifisser aktar tniġġis. Fl-istess sena ħarġu 16,712-il karozza ġdida f 'pajjiżna. Minn dawn 11,176 kienu karozzi li jaħdmu bil-petrol u 5,451 jaħdmu bid- diesel. Liema pajjiżi u bliet ħabbru li se jwaqqfu l-bejgħ ta' karozzi bil-petrol u d-diesel? Sal-2025 il-bliet kapitali ta' Pariġi, Madrid, Ateni u Mexico City se jkunu waqqfu l-bejgħ ta' karozzi li jaħdmu bil-fjuwils u allura jibdew bil-mod, il-mod jaqilbu għal karozzi li jaħdmu bl-elettriku jew hybrid. Ir-Renju Unit ħabbar li sal-2040 se jipprojbixxi l-bejgħ tal-karozzi li jaħdmu bil-petrol u diesel, filwaqt li n-Norveġja qed iħarsu lejn l-2025. L-Indja, li għandha fost l-aktar bliet li huma l-aktar imniġġsin fid-dinja (sors: CNN) qed tħares lejn l-2030 biex twaqqaf il-bejgħ ta' karozzi li jħammġu filwaqt li fil- Ġermanja, Angela Merkel faħħret din it-tip ta' politika u qalet li jkun jagħmel sens li l-Ġermanja wkoll tieħu din l-inizjattiva. Hi ma qalitx iżda meta l-Ġermanja mistennija tagħmel din il-qalba. L-Awstrija, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Olanda, il-Ġappun, il-Portugall, il-Korea u Spanja lkoll iffissaw data uffiċjali ta' meta se jieqaf il-bejgħ ta' dawn it-tipi ta' karozzi. F'Malta, sa nhar it-Tlieta li għadda, waqt laqgħa tal-Kabinett, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar il-bżonn li anke Malta timxi fuq il-passi ta' dawn il-pajjiżi u mar pass oltrè. Huwa għamel il-proposta li Għawdex tkun proġett pilota u din issir gżira illi fuqha jkun hemm karozzi li jaħdmu bl-elettriku biss. Imma allura se jkollok tixtri karozza ġdida? Le. Il-bejgħ u x-xiri tal-karozzi bid-diesel u petrol se jkun projbit u mhux il-karozzi nfushom. B'hekk minn wara d-data li għad trid tkun speċifikata, malli l-karozza tiegħek ma tibqax tajba jkollok tixtri waħda li taħdem bl-elettriku jew hybrid. Le. Il-bejgħ u x-xiri tal-karozzi bid-diesel u petrol se jkun projbit u mhux il-karozzi nfushom. B'hekk minn wara d-data li għad trid tkun speċifikata, malli l-karozza tiegħek ma tibqax tajba jkollok tixtri waħda li taħdem bl-elettriku jew