Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-pool? Bdejt żgħir fejn kont nilgħab fuq l-imwejjed f 'diversi każini. Kont qed nara li bdejt immur tajjeb f 'din il-logħba tant li iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar bdejt nieħdu bis-serjetà. Kien għalhekk li naħseb irnexxejt f 'dan l-isport li tant huwa għal qalbi. Kont paċenzjuż, tgħallimt mingħand ħafna nies u komplejt għaddej bil-progress tiegħi. Semmejtha int stess. Irnexxielek tagħmel progress ta' età żgħira. X'taħseb dwar dan kollu? Ifhem li jirnexxielek tikseb ranking tajjeb ta' età żgħira hi xi ħaġa li ttik ferm sodisfazzjon. Kburi ngħid li rrappreżentajt lil Malta fl-età biss ta' disa' snin. Dan huwa unur kbir għalija personali li għadni nħossu sal-lum il-ġurnata. X'inhi d-differenza bejn il-pool, il- biljard u s-snuker? L-iktar differenza evidenti hi dik fin-numru tal-boċċi. Fis-snuker hemm 22 boċċa użata fejn inkluża hemm ukoll il-bajda. Il-boċċi l-oħra kkuluriti huma 15 ħomor, 1 safra, 1 blu, 1 roża, 1 sewda u 1 ħadra. Fil-biljard, jintużaw tliet kuluri tal-boċċi li huma l-abjad, l-aħmar u l-isfar. Fil-pool hemm disa' boċċi bin-numru u kuluri stripes. Kif nafu l-mejda tal-isnuker hija iktar minn tal-pool u tal-biljard. Riċentement int irbaħt il- kampjonat Ewropew ta' taħt it-23 sena. X'fisser għalik dan kollu? Din għalija kienet ħolma li saret realtà. Għamilt ħajti kollha naħdem u nistinka sabiex wasalt għal dan it- tragward. Wara li tlajt għal diversi drabi fil-finali u ġieli tliftha bi ftit, din id-darba rnexxieli nagħmilha. Dan kollu frott tal-perseveranza tiegħi fejn qatt ma qtajt qalbi minkejja kull diffikultà li ltqajt magħha. Kif tipprepara ruħek mentalment qabel logħba pool? Jien dejjem ngħid bejni u bejn ruħi li kull plejer jista' jirbaħli u qatt ma ninżel għal-logħob b'kunfidenza iżda dejjem saqajja mal-art. U fuq kollox trid tkun lest li tiffaċċja sitwazzjonijiet inkrepattivi speċjalment meta l-boċċa ma tiġikx fil-pożizzjoni li tixtieq jew mitt elf ħaġ'oħra li tista' tinqala'. Allura tikkonfermali li l-moħħ jilgħab parti importanti fil-logħba tal-pool? Dażgur. Moħħok irid ikun kontinwament hemm għax inkella problemi jkollok. Int bħala plejer tal-pool trid tħaddem rasek u tipprova ġġib lill-avversarju tiegħek dahru mal-ħajt. L-istess ħaġa jista' jiġri lilek u għalhekk li trid tkun mentalment b'saħħtek. Kif tarah il-livell tal-pool f 'Malta? Hawn livell għoli ħafna. Għadna kemm ġejna fil-finali tat-timijiet u kellna lil Lydon Debono li rebaħ xi kompetizzjonijiet. Fl-istess ħin aħna sirna champions tal-Ewropa iżda minkejja kollox ma tantx nara li jagħtu daqshekk kasna l-awtoritajiet. Hemm bżonn li jkollna aktar rappurtaġġ dwar il- bravuri li qed inġibu lejn pajjżna. Jiġifieri tikkonferma li mhux qed tingħata biżżejjed importanza lil din il-logħba? Hekk hu. L-awtoritajiet konċernati ftit jagħtu kasna. Kien hemm għażliet fl-Isportivi Nazzjonali fuq it-tim nazzjonali tal-futbol ta' taħt id-19-il sena u anke tal-basketball. Iżda aħna li spiċċajna champions fuq livell internazzjonali le. Insaqsi; għaliex dan kollu? Meta ssiefru għal kompetizzjoni internazzjonali tħallsu l-passaġġ minn butkom jew issibu xi għajnuna finanzjarja? Le minn daqshekk tkun l-assoċjazzjoni li tħallsilna dawn l-ispejjeż. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha involuti għax din hija għajnuna kbira. Mil-lat personali, jien ikolli nieħu leave speċjali mix-xogħol u kulma jagħtuni huwa biss għaxart ijiem. Imbagħad meta nkun ser indum iktar ikolli nieħu leave mhux imħallas għalkemm din mhux is-soluzzjoni ideali. Madankollu l-pool huwa ħajti u għalhekk kapaċi nagħmel dan it-tip ta' sagrifiċċju. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol, mat-taħriġ u mal-logħob innifsu? Mhux faċli ħa ngħidlek. Huwa sagrifiċċju kbir li nagħmel 12- il siegħa xogħol biex imbagħad nibqa' sejjer għat-taħriġ. Il-familja bilkemm naraha iżda għal din il- logħba nagħmel kollox. Imbagħad jien ngħid oħra; biex tasal fejn trid importanti li tagħmel dawn it-tip ta' sagrifiċċji. Meta nħares lura ma jiddispjaċini xejn minn dak li għamilt. Kemm jgħinuk l-assoċjazzjoni tal- pool f 'pajjiżna? Kif għedtlek diġà l-assoċjazzjoni tħallas għal ħafna mill-passaġġi li jkollna meta nikkompetu barra minn pajjiżna. Il-problema tagħna huwa l-leave mix-xogħol għax 'Għamilt ħajti kollha naħdem u nistinka Cristian Antony Muscat Scott Muscat -plejer lokali tal-ogħla livell l-Pool u l-jiem li għaddew irrealizza l-ħolma tiegħu li jsir Champion Ewropew ta' taħt it-23 sena. Wara li tlajt għal diversi drabi fil-finali u ġieli tliftha bi ftit, din id-darba rnexxieli nagħmilha. Dan kollu frott tal-perseveranza tiegħi fejn qatt ma qtajt qalbi minkejja kull diffikultà li ltqajt magħha. Jien ngħidilhom biex dejjem jagħmlu moħħhom hemm u jiddeċiedu liema sport jixtiequ jaqbdu. Fuq kollox importanti li dak li jagħmlu jieħdu pjaċir jagħmluh. Il-pool hija logħba ferm sabiħa li tieħu gost tilgħabha. Nissuġġeriha lil kulħadd.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019