Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat ADAM Smeir - talent tal- ogħla livell fil-futbol lokali u li matul dan l-istaġun għandu l-għan ewlieni li flimkien mal-plejers sħabu jixpruna lil Zejtun Corinthians biex jiksbu l-promozzjoni storika għall- ewwel darba fil-Kampjonat Premier. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Dan l-isport minn dejjem kien jogħġobni. Logħba li meta konna żgħar konna nagħmlu ħinijiet twal nilagħbu. Kelli forsi tmien snin meta mort l-ewwel darba fin-nursery tar-Rabat u minn hemm qatt ma ħarist lura. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul dan l-istaġun s'issa bħala Żejtun Corinthians? F'dan l-istaġun l-aspettattivi tal-klabb u tagħna l-plejers kienu li jkollna staġun aħjar milli kien għadu kif intemm. Però l-affarijiet ma marrux kif pjanat. It-tim baqa' magħqud u flimkien irnexxielna nitilgħu fin-naħa ta' fuq tal- klassifika. Tahseb li se jirnexxielkom tiksbu l-promozzjoni għall- Premier? Onestament mhux qed naħseb fuq il-promozzjoni. Qed nikkonċentra li nkomplu nirbħu. Rebħa wara oħra u naraw fejn nistgħu naslu. Biss ikun unur kbir jekk jirnexxielna ntellgħu lil Zejtun Corinthians fil- Premier għall-ewwel darba. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Iva naqbel. Il-format qed juri li l-kampjonat għadu miftuħ u bbilanċjat fiż-żewġ naħat tal-klassifika. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? F'kull kampjonat madwar id-dinja jkun hemm id- differenza bejn il-klabbs. Ma tagħmilx differenza kemm ikun hemm skwadri fil- kampjonat. Naqbel ukoll li tagħti ċans ikbar lill-klabbs żgħar jitilgħu fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Tal-barranin hija sikkina taqta' miż-żewġ naħat. Però, meta tħares lejn id- dedikazzjoni u l-impenn li n-nurseries jagħtu lit-tfal tagħhom, il-barranin qed jieħdu l-opportunità taż- żgħażagħ Maltin. Klabb finanzjarjament stabbli jaqbillu jġib plejer lest milli jrawwem tifel min-nursery. Jekk se nibqgħu amateurs f 'ċerti aspetti ma nistgħux nippretendu aħjar. Parti kbira li l-attendenzi qed ikunu miżeri hija li qabel in-nies tal-lokalità kienu jinżlu jaraw kampjonat kompost maġġorment minn plejers Maltin jew tar-raħal / belt tagħhom u llum lanqas tkun taf min qed jilgħab għax il- plejers barranin jinbidlu aktar mill-ħwejjeġ ta' taħt. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Plejers barranin li konna naraw Ta' Qali sa għaxar snin ilu m'għadekx tara. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul dan l-istaġun sa issa? Ir-referis huma umani bħalna. Jagħmlu s-sagrifiċċji tagħhom ukoll. Inqis li huwa ta' livell tajjeb. Meta jiġu l-affarijiet kontrik, ovvjament li tgerger. Imma kif jgħidu... daqqa favur u daqqa kontra! X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol f 'pajjiżna irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? U int personali, kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tieghek u mal-futbol? Dan huwa l-akbar nuqqas li għandu l-futbol Malti fl- opinjoni tiegħi - in-nuqqas ta' professjonalità f 'dak li nagħmlu. Qatt ma nistgħu nikkompetu ma' timijiet barranin bil-materjal tagħna għax m'għandniex sistema professjonali li għandha tibda min-nurseries. Ma tistax toħroġ fis-6.30am għax-xogħol u wara li tispiċċa tibqa' sejjer għat- taħriġ u d-dar qabel id-9pm ma tasalx. Qatt ma nistgħu ntejbu l-livell tagħna jekk ħa nibqgħu b'din is-sistema. Nifhem li biex tagħmel il-qabża, irid ikun hemm ħafna flus involuti. L-MFA trid tinvesti f 'akkademja tal- futbol li tħabbatha mal-aqwa fl- Ewropa, il-bqija m'aħna se naslu qatt! Kif qed tħares lejn il-futur tieghek fil-futbol? Qed nimxi staġun, staġun u nagħti l-aħjar tiegħi kull darba li ninżel għat-taħriġ u għal-logħob. Fiżikament, għadni nħossni tajjeb ħafna u ma naranix nieqaf għalissa la nħoss li fadalli x'nagħti. Nixtieq li ntella' lil Zejtun fil-Premier għax wara dawk l- istaġuni kollha ma' Rabat, ħassejt li tawni enerġija u sfidi ġodda. In-nies laqgħuni ferm u ħassejt apprezzament u mħabba kbira min-naħa tagħhom. Min jaf forsi 'l quddiem ikun il-pjaċir tiegħi li nerġa' nilbes il-flokk ta' Rabat. Biss irrid inkun ċert li jkun hemm proġett ambizzjuż li jkun ta' ġid għaż- żewġ partijiet. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Liż-żgħażagħ ngħidilhom li t-triq ma tkunx faċli però l-futbol jimlielek ħajtek bil- ferħ. Dejjem b'xi sfida ġdida biex toħroġ l-aħjar tiegħek. Ibqgħu leali għax l-irġulija fil-grawnd tgħinek tkun raġel barra l-grawnd u tkun stmat minn kulħadd! 'Ikun unur kbir jekk jirnexxilna ntellgħu lil Żejtun Corinthians l-Premier għall-ewwel darba' - Adam Smeir Adam Smeir

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019