Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
15 15 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum Opinjoni D in il-ġimgħa nikkunsidraha waħda speċjali, għaliex fiha nedejna l-ewwel inizjattiva li qatt ħa gvern favur programmi ta' Akkomodazzjoni Speċjalizzata. Il-mistoqsija tiġi waħidha: x'inhi Akkomodazzjoni Speċjalizzata u lil min tolqot? Dan hu kunċett ġdid. Il-Gvern qed jagħraf li hemm faxex speċifiċi ta' nies vulnerabbli li għandhom bżonnijiet partikolari u attenzjoni individwali. Hemm bosta eżempji li wieħed jista' jsemmi, fosthom persuni bi sfidi ta' saħħa mentali, vittmi ta' vjolenza domestika, nies li qed jirkupraw minn xi vizzju, u faxex oħra ta' nies vulnerabbli. L-isfidi ta' dawn ħutna ma jissolvewx jekk ittihom biss ċavetta ta' post u tagħlaq il-bieb warajk. Għal dawn in-nies, f 'Malta diġà titħaddem sistema ta' akkomodazzjoni speċjalizzata għalihom minn NGOs li jagħmlu xogħol imprezzabbli. Iżda għal dawn l-għaqdiet ma jfisser xejn li tinżgħalhom il-kappell biss. Ridna ngħinuhom b'mod konkret. Għalhekk nhar l-Erbgħa li għadda ftaħna sejħa ta' interess għal dawn l-għaqdiet biex jibbenefikaw minn dan l-ewwel programm ta' Akkomodazzjoni Speċjalizzata li għalih allokajna nofs miljun ewro. L-għaqdiet jistgħu jibbenifikaw minn spazji adekwati u għajnuniet finanzjarji biex dawn il- postijiet jiġu tranġati. Ta' min isemmi wkoll li permezz ta' dan il-programm, qed nagħmlu użu minn djar battala u abbandunati li kienu tal-Gvern iżda li amministrazzjonijiet preċedenti dejjem naqsu milli jagħmlu użu minnhom għal għexieren ta' snin. Hawnhekk nixtieq nirrimarka li dan il- programm hu frott ta' bord ta' esperti li ħtart f 'Jannar u li f 'inqas minn xahar, ħadem fuq dan il-programm, identifika l-prijoritajiet u ppubblika gwidi ċari ta' prattiċi ideali għall-użu ta' dawn l-għaqdiet. Fil-jiem li ġejjin il-membri tal-istess bord se jkunu qed jiltaqgħu direttament mal-NGOs interessati biex iħejju t-triq għal din il-kollaborazzjoni. Ċert li dan il-programm ta' Akkomodazzjoni Speċjalizzata se jħalli bosta benefiċċji. L-ewwel nett, se nkunu qed noffru soluzzjoni għal bżonnijiet partikolari ta' membri vulnerabbli. Fi kliem ieħor, qed nanalizzaw aktar il-każijiet ta' akkomodazzjoni b'attenzjoni individwali u nitfgħu fil- ġenb il-politika ta' one-size- fits-all. It-tieni nett, permezz ta' din il-miżura tal-Baġit qed nassistu wkoll biex dawn in-nies vulnerabbli jibqgħu integrati fis- soċjetà waqt li qed jirċievu s-servizzi li għandhom bżonn. Għaldaqstant, din l-istrateġija qed tmur oltre l-qasam tal- Akkomodazzjoni għaliex b'din l-inizjattiva qed tevita wkoll li wieħed jispiċċa eskluż mis-soċjetà. It-tielet benefiċċju li hu evidenti jikkonċerna s-servizz professjonali tal- istess NGOs. B'din l-għajnuna sostanzjali li se ntuhom, se nkunu qed ngħinu biex dawn is-servizzi professjonali jitkattru għall-ġid tas-soċjetà. Qatt ma rridu li nagħlqu l-bieb lil xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna biex hu wkoll jimxi 'l quddiem. Il-programm ta' Akkomodazzjoni Speċjalizzata diġà hu r-raba' miżura maġġuri li qed inħabbru fl-ewwel xahar u nofs ta' din is-sena. F'Jannar bdejna billi saħħaħna l-benefiċċju tal-kera għal familji bi dħul baxx u medju, kif ukoll twaqqfu żewġ bordijiet ta' esperti li qed jaħdmu fuq il-politika ta' akkomodazzjoni bi prezz li jintlaħaq, u l-programm ta' Akkomodazzjoni Speċjalizzata li l-frott tiegħu bdejna narawh din il-ġimgħa. Ma' dawn kien hemm ukoll il-ftehim għal finanzjament ta' 500 appartament ġdid għal akkomodazzjoni soċjali li ffirmajna fil-preżenza tal-Prim Ministru. Il-bini ta' 680 appartament ieħor li diġà qed isir ix-xogħol fuqhom jagħmel dan il- proġett tal-Gvern bħala l-akbar investiment fl- akkomodazzjoni soċjali minn żmien Mintoff lil hawn. B'umiltà nistqarr li dan kollu juri l-impenn u l-ħidma bla heda li għaddejjin biha biex nindirizzaw bosta sfidi li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħi. Ħidma li hija mnebbha minn politika infurmata u riċerka biex inħallu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Dan il-Gvern se jibqa' jippreżenta inizjattivi differenti u jaħdem qatigħ f 'dan is-settur, biex ħadd ma jinqata' lura u anke dawk l-aktar vulnerabbli jibqgħu mexjin 'il quddiem. Akkomodazzjoni b'attenzjoni individwali SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 820451 – 'Prepare the Ground for Economic Independence' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall- provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/05/2018 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Riċerka u Żvilupp tal-Kontenut għal Sessjoni ta' Taħriġ u għal Info booklet fuq l-Equal Pay għal Trade Unions Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mil-Ħamis is-7 ta' Marzu 2019 sa l-4:00p.m. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir l-Erbgħa 27 ta' Frar 2019 fl-10:00a.m. fl-uffiċċju tal- NCPE. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mil-Ġimgħa l-15 ta' Marzu 2019 fis-1:00p.m. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali RODERICK GALDES