Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
Sports 26 minn Cristian Antony Muscat PAUL Baldacchino - president tal-Malta Ten- Pin Boling Association li tant jaħdem biex dan l-isport ikompli jikber fil-popolarità u fis-suċċessi kontinwi f 'pajjiżna. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-Ten-Pin Bowling u kif komplejt tevolvi fl-istess sport? Bdejt immur il-bowling mal-ħbieb bħala ħarġa. Meta bdejt niskopri li hemm teknika fina wara din il-logħba aktar tħajjart. Charles Farrugia, kien rani nilgħab u nsista li jdaħħalni mat-tim tiegħu, 'Blasters'. Spiċċajt iffissat, nilgħab kważi kuljum u nitgħallem it-teknika. Wara dħalt mat-tim Bank of Valletta u erba' snin wara rbaħna l-kampjonat nazzjonali. B'kollhox irbaħt disa' titli ma' erba' timijiet differenti u 10 darbiet runner-up. Mat-tim Ramis għad għandi rekord nazzjonali, li issa hu l-eqdem rekord fil-bowling. Fl-2013 ħafna ħajruni nieħu l-presidenza u l-irwol tiegħi nbidel minn plejer għall- amministratur. X'responsabbiltà tħoss li int il-President tal-Malta Ten Pin Bowling Association? Ir-responsabbiltà hija kbira għax l-aspettativi f 'dan l-isport huma kbar. Biżżejjed ngħid li kemm ili president, għadha qatt ma għaddiet sena li ma rbaħniex tal-anqas medalja waħda tad-deheb fil-kampjonati internazzjonali l-kbar bħall-Commonwealth jew tal-Meditterran. Qabel f 'din il-kariga kien hemm Julian Pace Bonello li llum jokkupa l-irwol ta' President tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC). Kemm għenek l-istess Pace Bonello qabel dħalt għal din ir-responsabbiltà? Julian kien poġġa lill- Assoċjazzjoni fuq sisien sodi u kien tani hand-over tajba. Il-pariri ta' Julian dejjem utli u naf li dejjem nista' nfittxu għall-gwida. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol u mal-bowling? Trid tqassam il-ħin sewwa u importanti li jkollok eżekuttiv ħabbrieki. L-attivitajiet tal-Bowling jaqgħu kollha filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa u għalhekk ma jaħbtux mal-ħinijiet tax- xogħol. Hemm biżżejjed interess minn tfal u żgħażagħ fil- bowling fil-gżejjer Maltin? Bħala numri ma żdidux imma għandna nukleu li huwa dedikat immens u jittrenja ħafna mal-kowċis b'dedikazzjoni. Ħajjet iż- żgħażagħ iddur mal-loghba tal-bowling. Meta jsiefru barra dejjem imorru tajjeb. Hemm prospetti tajbin, però rridu nsibu r-riżorsi ħalli nibagħtuhom jikkompetu barra minn Malta aktar spiss. Il-livell dejjem tiela' u importanti li ż-żgħażagħ tagħna jibqgħu jikkompetu matul is-sena kollha. Finanzjarjament huwa diffiċli li wieħed jipprattika l-bowling? Xi bżonnijiet finanzjarji jinvolvi l-bowling? Iva, plejer li jieħu dan l-isport bis-serjetà jkollu jinvesti kemm fl-apparat personalizzat kif ukoll irid iħallas miżati biex jieħu sehem fil-kampjonati. Dan għaliex il-Bowling jiġi pprattikat f 'ċentri privati li jitmexxew kummerċjalment u għalhekk hemm ċerti ħlasijiet. Però għandna l-appoġġ tal-Eden Superbowl li jgħinuna ħafna fit-taħriġ. Bħala bowlers lokali, dawn isibu għajnuna minn SportMalta? Isibu ħafna għajnuna, u alla ħares ma tkunx SportMalta li tassistina sabiex nikkompetu barra. Li ma kienx għal SportMalta u l-Kumitat Olimpiku, il-livell tagħna ma telax u ma rbaħniex daqshekk medalji barra minn Malta. Il-media tippromovi l-bowling f 'pajjiżna? Naħseb li meta tqis is- suċċess li niksbu barra minn Malta, nemmen li l-bowling jistħoqqlu aktar prominenza. Però rrid nammetti li aħna wkoll kellna n-nuqqas tagħna peress li ilna fuq sentejn bil-pożizzjoni ta' PRO vakanti. Issa rridu nieħdu l-opportunità u naħdmu mill-qrib mal-Media ħalli nippromovu l-isport tagħna bis-saħħa tal-Kampjonati tal- Mediterran li ser isiru ġewwa Malta f 'April li ġej. Kif tqis il-livell tal-bowlers Maltin meta kkumparat ma' bowlers internazzjonali? Taħseb li dan naqas jew żdied minn meta bdejt tipprattika l-bowling? Dejjem kellna plejers tajbin u ta' kalibru, però kienet Sue Abela li spikkat matul il-karriera tagħha b'aktar minn 30 midalja tad-deheb li rebħet fil-kampjonati tal-Mediterran u kienet saħansitra iċ-champion tal- Ewropa fl-1999. Kemm ili president, issa hemm atleti oħrajn li wkoll kisbu midalji prestiġjużi. Biżżejjed insemmi lil Tiziana Carranante li rebħet il-midalja tad- deheb fil-Commonwealth u lil Sara Xuereb li rebħet il-midalja tal-Bronż fil- kampjonati Ewropej taż- żgħażagħ, kif ukoll oħrajn li rebħu midalji fit-tazza tal-Mediterran. Barra minn hekk stabbilixxejna rekord tal-Mediterran fit-tim ta' b'erbgħa, liema rekord diġà ilu fis-seħħ tliet snin. Taħseb li fil-futur bowler Malti jista' jaqla' l-għixien tiegħu esklussivament mill- bowling? Iva, però wieħed irid jimraħ barra minn xtutna. Kellna plejers Maltin li spikkaw barra u kapaċi jirbħu, speċjalment kieku jkunu full timers. Fl-Ewropa ftit issib full-timers, imma għandna talent tajjeb. U meta kkumparat ma' barra minn Malta kif tqis ir- riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu l-bowling f 'Malta? Barra minn Malta qatt ma jemmnu li għandna biss ċentru wieħed u kif minn gżira żgħira kapaċi negħlbu lil pajjiżi kbar. Il-fatt li għandna kowċis tajbin u players dedikati dan isaħħaħna. Wasal żmien li jkollna ċentru dedikat għal taħriġ, fejn nistgħu nitħarrġu fi tmiem il-ġimgħa u filgħaxija u mingħajr restrizzjoni ta' ħin. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieq li ssir realtà fil-futur qrib f 'dak li jirrigwardja bowling lokali? Żewġ ħolmiet: li nirbħu l-midalji meta jkun hemm il-Kampjonati Mediterranji ġewwa Malta f 'April li ġej u li jfittex jkollna ċentru ta' taħriġ professjonali. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjament partikolari? Hemm lista twila, imma żgur dejjem nirringrazzjaw lil SportMalta, lil MOC u lill-isponsors uffiċjali tagħna għax mingħajr l-għajnuna tagħhom ma konniex naslu fejn wasalna. Nirringrazzja lill-membri kollha għax għandna komunità tal- bowling verament dedikata. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li jixtiequ jagħmlu karriera fil-bowling. Importanti li tkun toġgħobhom il-logħba u li lesti jiddedikaw ħin għat- taħriġ. Dan huwa sport sabiħ li tista' ddum tipprattikah għal ħafna snin. Min jixtieq jieħu l-bowling bis-serjetà għandu jagħmel kuntatt magħna u jibda jitħarreġ. Għandna avvenimenti għal dawk li għadhom jibdew. Il- punt tat-tluq huwa li wieħed jinkiteb fi Skola Sport. illum Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 'Kemm ili president, għadha qatt ma għaddiet sena li ma rbaħniex tal-anqas medalja waħda tad-deheb l- kampjonati internazzjonali l-kbar' - Paul Baldacchino sewwa u importanti li jkollok eżekuttiv ħabbrieki. Ewropa fl-1999. Kemm ili il-ġimgħa u filgħaxija u Paul Baldacchino