Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 17 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum Opinjoni H uwa magħruf sew li Malta għandha l-akbar densità ta' wirt storiku fid-dinja. Dan huwa xhida tal-istorja rikka ta' pajjiżna li jinsab f 'salib it-toroq tal-kultura Mediterranja. Huwa magħruf ukoll li f 'pajjiżna nsibu wħud mill-aktar siti storiċi u arkeoloġiċi affaxxinanti li jeżistu madwar id-dinja. X'għandna fuq wiċċ l-art nafu u qed nagħmlu minn kollox biex nippreservawh. Hemm siti importanti wkoll u ta' sinifikat kbir taħt wiċċ l-art, b'oħrajn li jiġu skoperti minn żmien għal żmien. Bħal pereżempju l-iskoperta li tħabbret dan l-aħħar meta waqt li qed isir xogħol fil-viċinanzi ta' Għar Dalam skoprejna għadam ta' annimali. Fosthom sinna ta' volpi, li jkomplu jiddefenixxu u jikkonfermaw kemm dan is-sit huwa wieħed mill-iprem siti paleontoloġiċi, arkeoloġiċi u naturali tal-gżejjer tagħna. Madankollu, u dan huwa s-sabiħ tal-gżejjer tagħna, ir-rikkezza arkeoloġika ma tiqafx hemm. Għandna wirt ieħor li jinsab f 'qiegħ il-baħar. Għalkemm fil-passat kien hemm tentattivi biex dan il- wirt jingħata l-attenzjoni li jixraqlu, imma din it-tip ta' arkeoloġija fil-ġżejjer Maltin imxiet kemxejn bil-mod. Dan huwa wirt li għandu mhux biss ikun imħares, imma anke jkun aċċessibbli l-ewwel nett għalina bħala poplu biex ingawduh u napprezzawh, imma wkoll biex niftaħru bih mat-turist li jiġi jżurna. Għalhekk tajjeb li nfakkar fix-xogħol li qed isir mill-Ministeru li jien responsabbli għalih, biex nagħtu spinta lill-wirt storiku ta' taħt il-baħar. Quddiem il-Parlament hemm Abbozz ta' Liġi biex jemenda l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, li bħalissa għadu kemm għadda minn quddiem Kumitat Permanenti għall- Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Liġi bi qbil unanimu. Emendi li għandhom l-għan li jirregolaw aħjar il-professjoni tal- konservazzjoni-restawr u fornituri oħra ta' servizzi kulturali u biex jagħmel provvedimenti dwar il- patrimonju kulturali ta' taħt l-ilma. Il-bżonn li tkun emendata l-liġi tal-2002 ilha tinħass mill-2014. Hemm ukoll ix-xogħol impekkabbli li daħlet għalih Heritage Malta, l-entità Nazzjonali li taħt il-kappa tagħha tiġbor mużewijiet, il-konservazzjoni tal-wirt storiku u wkoll il-wirt kulturali. Anki din qed tagħmel proġett wara proġett, restawr wara restawr f 'dan is-settur. Proġetti wkoll innovattivi bħall-Underwater Cultural Heritage Unit bl-għan li nipproteġu, niddokumentaw, nippromovu u nagħmlu aktar aċċessibbli l-patrimonju kulturali ta' taħt il-baħar. Dan kien pass wara li twettaq l-impenn li ngħata fl-Our Ocean Conference organizzata f 'Malta fl-2017. Dwar din mexjin u ħa nkomplu naħdmu bis- sħiħ biex inwettqu dak li nwiegħdu anki f 'dan il- qasam tant importanti tal- wirt storiku. U hawnhekk nasal għal dak li bi pjaċir ħabbart din il-ġimgħa - ftehim ta' self bejn il-Fundazzjoni Cousteau u Heritage Malta li permezz tiegħu se jkunu esebiti selezzjoni ta' oġġetti li kienu jintużaw mill-Kaptan Jacques-Yves Cousteau. Din l-esebizzjoni hija ppjanata għall-2021 meta x-xogħlijiet strutturali maġġuri fil-Mużew Marittimu jkunu konklużi. X'kisba din! B'għaqal u diskussjonijiet ferm interesanti wasalna wkoll għal dan il-ftehim. U grazzi għal dan il- ftehim se nkomplu nsaħħu l-mużewijiet u l-wirjiet tagħna biex nipprovdu s-soċjetà, kif ukoll lit-turisti tagħna b'opportunità unika li jaraw numru ta' oġġetti li ntużaw mil-leġġendarju Kaptan Cousteau, li verament kellu għal qalbu lil pajjiżna. Intenni dak li għidt kemm-il darba li bħala Gvern ninsabu impenjati li nkomplu nipprovdu aktar aċċessibbiltà fis-settur kulturali u grazzi għal dawn it-tipi ta' inizjattivi nistgħu nkomplu nżidu aktar għarfien dwar l-istorja tagħna bħala gżira, b'mod biex din tkun apprezzata mill-pubbliku. *** Ħafna huma dawk li jiftakru d-dokumentarji li kienu jsaħħru lil dawk dilettanti u wkoll li mhumiex ta' Jacques Cousteau. Esploratur famuż tal- oċeani, ko-inventur tal- Aqua-Lung, u pijunier fir-riċerka ta' taħt il-baħar, Cousteau ħoloq rabta interessanti ma' Malta meta uża l-vapur Calypso biex jakkumpanjah matul il- vjaġġi avventurużi tiegħu. Il-baħar kien jaffaxxinah wisq lil Cousteau u kellu wkoll xewqa kbira li juri lill-pubbliku postijiet mhux magħrufa jew inaċċessibbli. Peress li qatt ma kien ikun sodisfatt bil-ħin li seta' joqgħod taħt l-ilma kien kontinwament ifittex modi ġodda ta' kif se jestendi t-tul tal-għadsa. Hu magħruf li tejjeb id-disinn tal-Aqua- Lung li eventwalment wassal għat-teknoloġija tal-iskuba b'ċirkwit miftuħ kif nafuh illum. Bl-assistenza tal- Inġinier Jean Mollard, ta l-ħajja lil diving saucer li kienet vettura esperimentali li taħdem taħt l-ilma u li setgħet tilħaq il-fond ta' 350 metru, u aktar tard anke 500 metru. Ipparteċipa fl-ewwel operazzjoni arkeoloġika taħt il-baħar fuq ir-relitt Ruman f 'Mahdia, it-Tuneżija, bl-użu ta' għads awtonomu, li fetħet it-triq għall-arkeoloġija xjentifika taħt il-baħar. Cousteau pproduċa aktar minn 120 film u iżjed minn 50 ktieb iżda probabbilment hu l-iktar magħruf għas- serje televiżiva The Undersea World of Jacques Cousteau li introduċiet filmati mill-isbaħ ta' kreaturi tal-baħar, koralli, teżori u relitti mgħerrqa, diving saucers u djar taħt il-baħar, lill-udjenza dinjija. Il-vapur Calypso sar ukoll ikona. Oriġinarjament użat bħala bastiment manjetiku li jiġbed il-mini tal-gwerra u wara bħala lanċa li taqsam bejn Malta u Għawdex, Cousteau mmodifika dan il- vapur biex jaħdem fl-oċeani. Għal dan il-għan il-vapur ġie mogħni bi strumenti li jintużaw għall-għads u għar- riċerka xjentifika. Fl-1996, il-vapur Calypso intlaqat aċċidentalment minn barkun u għereq fil-port ta' Singapore. Madanakollu hu ttella' mill-qiegħ sabiex jiġi rranġat. Cousteau miet sena wara fl-età ta' 87 sena. L-esebiti fil-Mużew Marittimu, il-Birgu, se jinkludu majjiera tal-injam li ttieħdet mill-vapur Calyspo. Din se tkun mogħtija lil Heritage Malta biex tifforma parti mill-kollezzjoni nazzjonali ta' Malta. Esebizzjoni bħal din se tkun qed tiffaċilita lill-mużew biex jiddiskuti temi bħat- tniġġis tal-baħar u aspetti oħra relatati mal-ħajja tal-baħar u l-importanza tal-oċeani għall-ħajja fuq id-dinja. Dan hu pass ieħor 'il quddiem li se jgħin lill- mużew ikun aktar rilevanti mal-kwistjonijiet moderni tal-lum waqt li fl-istess ħin se jgħaqqad il-patrimonju marittimu lokali ma' dak tal- bqija tad-dinja. Dan huwa s-sabiħ tal- kollaborazzjoni bejna l-Maltin u entitajiet u individwi biex inkomplu ngħollu 'l fuq l-esperjenza tagħna fil-qasam kulturali – anki dak ta' taħt il-baħar. Grazzi Familja Cousteau! *** Xtaqt insemmi wkoll ix-xogħol impenjattiv tad-Direttorat tar-Restawr li jaqa' taħt il-Ministeru. Programmi ta' restawr li ma jiqfux li ma niddejjaqx ngħid li qed ibiddlu wiċċ il-ġżejjer tagħna. Flimkien mal-kollegi tiegħi żorna x-xogħol ta' restawr li issa jinsab lejn tmiemu, tal-Kappella ta' San Ġwann il-Battista fis-Siġġiewi. Id-Direttorat tar-Restawr bħalissa għandu 71 proġett ta' restawr għaddejjin fi stadji differenti ta' implimentazzjoni. Dan in-numru ma jinkludix progetti oħra ta' restawr li qed isiru minn entitajiet oħrajn bħal Heritage Malta. Din il-Kappella hija waħda minnhom. Grazzi għal dawn il- proġetti, qegħdin inkomplu nipproteġu u nsaħħu l-wirt lokali tagħna biex dan ikun verament disponibbli għal kulħadd, speċjalment għal ġenerazzjonijiet futuri biex dawn japprezzaw l-istorja ta' pajjiżna. Bis-saħħa ta' proġetti ta' restawr u konservazzjoni, s'issa diġà ħdimna f '70% mil- lokalitajiet, u grazzi għal aktar proġetti li huma għaddejjin, u oħrajn li qed jiġu ppjanati, qegħdin verament insaħħu s-settur kulturali, filwaqt li nipprovdu aktar sostennibbiltà u professjonalizzazzjoni fi ħdanu. Apparti minn dan, qegħdin insaħħu wkoll il-prodott lokali bħala destinazzjoni kulturali. *** Tajjeb li kulħadd igawdi minn dak li għandhom x'joffru l-gżejjer tagħna. Inħarsuh, nipproteġuh u nħalluh bħala legat għal dawk ta' warajna. Jien u t-tim tiegħi qed nagħmlu l-parti tagħna u minn qalbi ngħid li meta nħares lejn ix-xogħol li sar, dak li qed isir u dak li hemm ippjanat li jsir, inħossni kuntent li dan is-settur tajnieh l-importanza li tistħoqqlu. OWEN BONNICI Rikkezza kulturali taħt il-baħar Tajjeb li kulħadd igawdi minn dak li għandhom x'joffru l-gżejjer tagħna. Inħarsuh, nipproteġuh u nħalluh bħala legat għal dawk ta' warajna. Id-Direttorat tar-Restawr bħalissa għandu 71 proġett ta' restawr għaddejjin fi stadji differenti ta' implimentazzjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019