Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar2019 "GĦANDNA Gvern bla pjan, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq pjan fit-tul u jressaq proposti konkreti biex jaħseb għal għada u li jagħti s-serħan tal-moħħ lill-familji," hekk qal il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Parlament David Agius meta kien qed jindirizza t-tieni sessjoni plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal- PN bit-tema Flimkien għal Pajjiżna. David Agius qal li l-Partit Nazzjonalista elenka numru ta' azzjonijiet li ħa l-PN fl-aħħar żmien fosthom il-kritika li saret dwar lużu tal-kontejners għall- klassijiet, il-kritika għal numru ta' kuntratti li saru u li fihom kienet innegozjata art pubblika, il-każ fil-Qorti li l-Kap tal-PN Adrian Delia fetaħ biex jannulla l-ftehim li sar mal-Vitals Global Healthcare u l-azzjoni tal- partit dwar kontijiet tad- dawl u l-ilma li kellhom żball fihom. Agius qal li l-Gvern Laburista m'għandux pjan għas-setturi ewlenin bħat- trasport, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-ambjent, u m'għandux direzzjoni għall-investiment biex il-ġenerazzjonijiet t'għada jakkwistaw il-ħiliet meħtieġa għall-futur. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għandu l-viżjoni politika li noħolqu soċjetà li jimpurtaha. Agius qal li mill- Oppożizzjoni, il-PN qed iressaq proposti konkreti fosthom 80 proposta għall- Kunsilli Lokali, għall-bdiewa u r-raħħala, għall-qbiela, il-kanċer, l-iskart tal- kostruzzjoni, work-life balance u għal Għawdex reġjun fil-Kostituzzjoni ta' Malta. Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-benesseri tan-nies u jinsab impenjat sabiex jinbnew spazji sportivi u rikreattivi ġodda, jissaħħu l-fondi u jiżdiedu l-poteri tal-Kunsilli, tissaħħaħ il-ħidma favur il-persuni b'mard mentali, l-obeżità, is-solitudni u kundizzjonijiet oħra bħad-dyslexia. Temm jgħid li l-PN jinsab ippreparat biex fl- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali f 'Mejju li ġej ikun il-vuċi tal-familji u tal- ħaddiema, "biex nerġgħu nagħtu d-dinjità lil min spiċċa mingħajr saqaf fuq rasu, vuċi għal min spiċċa fil-morsa tal-prekarjat u ċ-cheap labour." Il-Kunsill Ġenerali tal- PN jagħlaq illum bid- diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. 'Ippreparati biex inkunu l-vuċi tal-ħaddiem u vuċi kontra l-prekarjat' - David Agius Aħbarijiet David Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019