Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420
illum | Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 18 Opinjoni I t-8 ta' Marzu hija l-ġurnata li fiha se nkun qed inniedi l-kampanja elettorali tiegħi għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se tkun kampanja bbażata fuq l-esperjenza li jiena ksibt tul dawn il-ħames snin. Ħidma li fil-qofol tagħha hemm Malta bħalha prijorità. L-interessi taċ-ċittadini u dak li għandu impatt dirett fuq ħajjithom: l-edukazzjoni, is-saħħa, il-kwalità tal- arja. Mhux biss. Temi oħra ta' interess nazzjonali bħalma huma t-tassazzjoni, l-immigrazzjoni irregolari u li niddefendu lil pajjiżna kontra attakki li huma instigati minn argumenti partiġġjani. Tul dawn il-ħames snin, tgħallimt ukoll. Tgħallimt xi tfisser li tkun rappreżentanta ta' pajjiżek fil-Parlament Ewropew; tgħallimt in-nies x'jistennew minnek. Mhux dawk li għandhom id-dritt tal-vot biss, imma anke t-tfal u l-istudenti li jkunu qed isegwu dak li jkun għaddej u l-mistoqsijiet u l-kurżità tagħhom ma tafx limiti. Fuq kollox, dak li qed nagħmlu llum se jkollu impatt fuq il- ġejjieni tagħhom. Għalhekk li pereżempju nisħaq ħafna dwar it- tibdil klima u naħdem fuq leġislazzjonijiet li jagħmlu d-differenza f 'dan is-sens. B'sodisfazzjoni ngħid li aktar ma jmur, aktar qed nara kumpaniji f 'Malta li l-mod ta' kif joperaw jirrifletti ħsieb innovattiv u li jinvestu f 'sistemi ta' enerġija aktar effiċjenti. Nemmen li rridu nagħmlu aktar biex nagħtu kumpaniji bħal dawn l-appoġġ meħtieġ. F'dawn is-sitt snin, il-Gvern Laburista saħħaħ il-bażi ekonomika ta' pajjiżna. Biddel lil dan il-pajjiż minn wieħed ta' dejn u defiċit għal surplus u suċċessi. Malta saret pajjiż b'ċifri rekord ta' impjiegi. Pajjiż li żied l-għajnuna soċjali li biha n-nies iqumu fuq saqajhom u jingħataw l-għajnuna meħtieġa biex jerġgħu jsiru indipendenti. Fejn jidħlu d-drittijiet ċivili, pajjiżna huwa l-għira tal-pajjiżi Ewropew. U huwa propju għalhekk li nemmen li għandna l-bażi b'saħħitha biex tgħina nagħmlu l-pass li jmiss. Jien insejħilha Malta l-livell li jmiss. Din hija l-aspirazzjoni tiegħi. Il-viżjoni tiegħi u ta' dan il-moviment Laburista li ma jiddejjaqx jiġġedded. Għalhekk nemmen li issa rridu naħdmu għal-livell li jmiss fil-kwalità tal-ħajja; il-livell li jmiss fl-istandards ta' pajjiżna; il-livell li jmiss fl-edukazzjoni. Ejja nieħdu l-ambjent fil-livell li jmiss. Fuq kollox, il-livell li jmiss f 'dak li nagħmlu u fir-rappreżentanza tagħna fil-Parlament Ewropew. Li naħdmu għall-interess ta' pajjiżna u mhux għall- interessi partiġġjani. U għalhekk nemmen illi biex inniedi l-kampanja elettorali tiegħi għandi bżonn lilkom. Għax din se tkun il-kampanja tagħkom. Bħalma ħdimt f 'dawn il-ħames snin fuq il-prijoritajiet għal Malta, irrid inpoġġi fuq quddiem nett il-prijoritajiet tagħkom. Tagħkom l-istudenti. Tagħkom il-ħaddiema. Tagħkom il-familji. Tagħkom l-anzjani. Tagħkom li għandkom aspirazzjonijiet ta' kif nagħmlu minn din il-gżira pajjiż aħjar għal uliedna u min ġej warajna. Għalhekk qed indur fuqkom u nistaqsikom tikkomunikaw miegħi l-issues li tixtiequ li niffoka fuqhom. Kif tħossu li nistgħu nieħdu lil pajjiżna fil-livell li jmiss? Tistgħu tibagħtuli l-ideat tagħkom permezz tal- indirizz elettroniku miriam@ miriamdalli.com. Għalfejn qed inħeġġiġkom tkunu parteċipi b'mod attivi? L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew huma dwarkom iċ-ċittadini. Aħna l-politiċi qegħdin hawnhekk biex nirrappreżentawkom fuq livell Ewropew. Meta jkunu diskussi liġijiet ġodda, jew meta aħna bħalha Ewroparlamentari ngħafsu fuq il-Kummissjoni Ewropea biex toħroġ bi proposti leġislattivi li intom tgħidulna fejn hemm lok għal tibdil. Għalhekk qed niġi quddiemkom għax nemmen li din hija l-kampanja ta' kull wieħed u waħda minnkom. Bħalma emmint tul din il- leġislatura, nibqa' nemmen aktar minn qatt qabel li din hija l-opportunità tagħna li verament nżommu isem pajjiżna 'l fuq għax nemmen li dawn il-gżejjer tagħna, u intom, ma ħaqqkom xejn anqas minn hekk. Il-kampanja tagħkom F'dawn is-sitt snin, il-Gvern Laburista saħħaħ il-bażi ekonomika ta' pajjiżna. Biddel lil dan il-pajjiż minn wieħed ta' dejn u defiċit għal surplus u suċċessi. MIRIAM DALLI Bħalma ħdimt f 'dawn il-ħames snin fuq il-prijoritajiet għal Malta, irrid inpoġġi fuq quddiem nett il-prijoritajiet tagħkom.