Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ħaddiema barranin: barka jew saħta? IMMAĠINA li int u taqra dan l-editorjal, issa stess, il- Gvern jaqbad u b'daqqa ta' pinna jkeċċi lill-ħaddiema barranin kollha kemm huma ġejjin minn fejn ġejjin. Ewropej, Afrikani, Ażjatiċi, Amerikani... kollha! Immaġina xi jkunu l-ewwel effetti. Ejja nibdew mill- ewwel naħa tal-munita: tal-linja jiżvujtaw, tkun tista' toqgħod paxxut. Fil-bajjiet jonqsu n-nies, mela allura toqgħod paxxut. Tmut id- domanda għall-kirjiet, mela allura solvejna l-problema ta' kirjiet li sallbet lin-nies u finalment inkunu mewwitna ħafna mill-problema ta' kompetizzjoni għall-pagi fuq il-post tax-xogħol għax jonqsu n-nies li lesti jaħdmu għal paga inqas. Dawk li jemmnu li l-barranin huma theddida se jibdew jemmnu li pajjiżna reġa' għandu identità, il-laħam ħalal ma jibqax jeżisti, restoranti ta' Malta biss u kulħadd jitkellem bil-Malti. Il-lemin estrem ma jifdallux raġuni biex jeżisti, sakemm ma jaqbadx ma' minoranza oħra, apparti l-barranin. Imma dik naħa waħda tal-munita u kif nafu munita ma jista' qatt ikollha naħa waħda. In-naħa l-oħra tar-realtà hija din; vera jiżvujtaw tal- linja, imma mbagħad il-qligħ tal-kumpanija mingħajr barranin tant jieħu daqqa ta' ħarta li l-Gvern ikollu jżid mhux bi ftit, is-sussidju miljunarju li jagħti lill- Malta Public Transport. Tiġi vallapena l-Gvern jerġa' jieħu s-servizz f 'idejh u kull min jaqbad tal-linja jaf x'jiġifieri; dewmien, ineffiċjenzi u ndħil politiku. Vera jkollna l-bajjiet nofshom vojta imma mbagħad kif se jmexxu n-negozji tagħna? Mela dal- ħaddiema barranin, bħala minimu, mhux qed jixtru ikel, mediċini, xorb u servizzi oħra? U allura jekk jitilqu dal-ħaddiema barranin xi jkun ifisser? Mhux li jonqos b'mod drastiku l-bejgħ ta' supermarkets, ħwienet tal- merċa u ħwienet oħrajn? Vera jonqsu l-kirjiet u nkunu solvejna l-problema. Imma nkunu ħloqna oħra, ħafna ikbar. F'daqqa waħda eluf ta' familji li għandhom dak l-appartament jew tnejn (jew xi garaxx) li qed jikru spiċċaw mingħajr dan id-dħul ta' €300, €600, €700 jew aktar fix-xahar. F'daqqa waħda dawn in-nies, qed nitkellmu dwar nies mill- klassi medja, għandhom self mill-bank li mhux qed jitħallas mill-kirja u allura għandek familja msallba. U vera jorħsu l-kirjiet, però issa liema sid se jikri appartament għal xi €200 fix-xahar kif kienu 10 snin ilu? Jaqbillu jipprova jbigħ! U allura s-settur tal-kirjiet jidħol fi kriżi oħra din id- darba ta' nuqqas ta' fornitura ta' proprjetà għall-kiri. Ix-xogħol jieqaf, ir-rota ekonomika tieqaf iddur, l-investituri jieqfu jinvestu, il-fornituri jieqfu jfornu għax is-suq ikun inxtorob u l-proprjetà tiegħek taqgħalha l-valur għax f 'daqqa waħda naqsu bin-nofs il-klijenti potenzjali (id-domanda). Dan apparti l-miljuni kbar li l-istat jitlef f 'taxxi li ma jidħlux. U allura inqas flus, aktar awsterità, inqas inċentivi u inqas benefiċċji soċjali u iva, sewwa qal il-Prim Ministru ftit żmien ilu, inqas sostenibbilità tal-pensjonijiet. Għax id- differenza hija li minflok eluf kbar iħallsu t-taxxi li minnhom se tinqata' l-bolla se jkunu eluf ħafna iżgħar li se jkunu qed iħallsu l-bolla u allura inqas flus għall-pensjonijiet u allura, iva l-probabbilità tat-tieni pilastru tal-pensjonijiet, li jfisser illi jkollna nżidu l-bolla. Fil-verità mhix theddida din. Jekk 10 jħallsu €100, 100 jħallsu €1,000. Apparti n-nisa separati minn ma' żwieġhom, familji jitkissru u ħbiberiji mfarrkin, skont uħud f 'dan ix-xenarju nkunu mill-ġdid ksibna l-identità. Għax l-identità tal-pajjiż hija kkalkulata b'kemm inti omoġenju għal uħud. Bl-istess argument jemmnu li pajjiż bħall-Korea t'Isfel hemm iktar kultura għax hija aktar soċjetà omoġenja. Argument fallaċi; kulma trid tagħmel huwa li tmur sal-Korea t'Isfel u tara kif anke din il-kultura hija tant imħallta ma' oħrajn, mit-toroq, il-bini, l-ikel u ħafna affarijiet oħra. Għax tara ħafna Koreani fit-toroq (jew nies li f 'għajnejna jidhru Koreani) ma jfissirx li huma u l-pajjiż huma Koreani "puri", fis-sens li jridu jfisser il-lemin estrem. Il-purità f 'moħħ il-puritani qiegħda! U allura x'jaqblilna bil- ħaddiema barranin jew mingħajrhom? Huma saħta jew barka? Ejja ngħidu li la huma saħta però lanqas huma barka. Huma realtà li biha, minkejja nuqqas ta' spazju u pressjoni fuq l-infrastruttura, qed jinħoloq ħafna ġid, l-ekonomija qed tiġri, hawn ammont kbir ta' Maltin li qed jaqilgħu ħafna flus, hawn kuntratturi u investituri li qed ikabbru l-operat u jagħmlu aktar profitti, qed jagħmlu surplus u iva, qed inkomplu nitħalltu bħala poplu. Kif ilna nitħalltu minn meta ġew il- Feniċi u l-Kartaġiniżi u aktar riċenti fl-istorja kkulurita tagħna, l-Għarab, l-Isqallin, il-Kavallieri u l-Ingliżi. Jiġifieri dak li qed jiġri issa ilu jiġri mijiet ta' snin. Din id-darba iżda, flok maħkumin mill-barrani, qed ngħixu miegħu u qed iqallgħana l-flus! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019