Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 Suċċess kontinwu għall-Jalen Kickboxing Club IL'JALEN Kickboxing Club' huwa wieħed mill- klabbs ewlenin tal-arti marzjali li hawn f 'pajjiżna - klabb li matul iż-żmien laqa' fi ħdanu 'boxers' u 'kickboxers' ta' ċertu livell. Il-klabb ġie mwaqqaf minn Sabom Mark Manicalo madwar 12-il sena ilu għal ħabta tas-sena 2006 u l-isem oriġina minn isem ibnu Jalen. Fil-bidu tal-ewwel snin li għaddew il-klabb beda jopera minn ġewwa r-Razzett tal-Ħbiberija, wara minn ġewwa l-MCAST, imbagħad mill-Gymnasia u wara beda full-time ġewwa Ħal Tarxien. Dan il-klabb jilqa' studenti ta' etajiet varji, li jibdew minn żgħar ta' erba' snin u jibqgħu sejrin sa klassijiet tal- veterani. Fl-ewwel snin kien hemm taħriġ tal-boxing sakemm il-klabb eventwalment speċjalizza fil- kickboxing. Ġurnata tipika fil-JKBC tibda b''mixed circuit training' kmieni filgħodu, imbagħad ikun hemm ħin għal taħriġ personali. Filgħaxija jkun hemm lezzjonijiet tal-K1 kickboxing u MMA ('mixed martial arts') Il-kowċing qiegħed f 'idejn Sabom Mark Manicalo, 4th Dan Black Belt WUMA. Ukoll hemm l-'assistant instructor', Chris Cachia 4th Dan Black Belt flimkien ma' għajnuna ta' Black Belts oħra. Ġewwa l-JKBC , lit-tfal ninfurmawhom dwar l-effetti tal-bullying u li dawn qatt m'għandhom iwettqu l-ebda tip ta' bullying fuq ħaddieħor, u jekk dan jiġri lilhom, kif għandhom jaġixxu. Matul it-taħriġ jiġu diskussi u riferuti diversi dieti għall-fiżika tal-individwu u dieta. ideali għal wieħed li jkun qed jikkompeti. Jiġu diskussi wkoll metodi ta' kif wieħed jista' jirrilassa u jneħħi l-istress. "The time for me has come to pass on what I have learnt''- dan huwa l-motto tal-JKBC. Il-klabb huwa affiljat mal-MKB association sport Malta u mal-WUMA/ WKSF. Fost diversi l-ismijiet magħrufa li tħarrġu minn JKBC hemm Brandon 'Boġon' Borg li huwa rebbieħ ta' diversi unuri, Zven Zammit, Francesco Ciantar, Marley Benner, Milos Anic, Jaid Aguis, Sheldon Camilleri Conti, Leanne Montesin u Jade Camilleri Conti, li lkoll huma kick-boxers rebbieħa tal-JKBC. Jalen Kickboxing Club ħa sehem f 'diversi kompetizzjonijiet, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Fil-'WKN competitions' dejjem kiseb riżultati pożittivi u fil-Wuma dejjem rebaħ diversi midalji. Dan iġiegħel lil dan il- klabb biex iħares 'il quddiem għal iktar suċċessi. Fit-tieni ġimgħa ta' Diċembru 2018 l-istess klabb ħa sehem fin-'national championship' fejn Leanne Montesin rebħet it-titlu tat-tfajliet 55Kg, hekk kif Sheldon Camilleri Conti rebaħ it-titlu tas- subien bi 33 kg, waqt li ħa sehem ukoll Marley Benner fil-klassi ta' 23Kg. Il-ġlieda li kellu jieħu sehem fiha Jaid Aguis fil-klassi ta' 62Kg ġiet imressqa għal Mejju 2019. Ġewwa Rosolini fi Sqallija l-klabb ħa sehem fil-World Championship WBU, fejn iċ-champion Milos Anic tilef bil-punti kontra kick-boxer Taljan. Rematch ser terġa' ssir fi Frar fil-padiljun tal-isports f 'Kordin. Għal kull min hu interessat li jsir jaf iktar dwar dan il- klabb, aktar tagħrif jinsab fuq is-sit elettroniku: www.facebook.com/jalen. u Jade Camilleri Conti, li lkoll huma kick-boxers rebbieħa tal-JKBC. Dan iġiegħel lil dan il- klabb biex iħares 'il quddiem għal iktar suċċessi. subien bi 33 kg, waqt li ħa sehem ukoll Marley Benner bil-punti kontra kick-boxer Taljan. Rematch ser terġa' ssir

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019