Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum Denise Borda tirbaħ il-House of Sport 10k Ladies Race Denise Borda (Zurrieq Wolves) irreġistrat l-ewwel rebħa tagħha fis-serje tat-tlielaq fuq distanza ta' 10 kilometri tal-House of Sport, meta rreġistrat rebħa konvinċenti fit-tellieqa annwali mgħarufa bħala il-Ladies Race. Minkejja t-theddid ta' ħalba xita, it-temp irriżulta perfett għat-tellieqa li bdiet kmieni il-Ħadd filgħodu. It-tellieqa popolari, bdiet u temmet f 'Tigne Point. It-tellieqa popolari għan- nisa biss rat kważi 120 parteċipanta jieħdu sehem. Borda, li kienet wieqfa għal xi zmien minħabba injury, ħadet postha fuq quddiem mill-bidu tat-tellieqa imma kien segwita mill-qrib minn Anna Skinner (Raptorz Running Club) u Charyl Fava (Agones SFC). Skinner żammet mal-passi ta' Borda matul ir-rotta kollħa, rotta li kienet miżgħuda bit- tlajja. Borda spiċċat it-tellieqa f 'ħin ta' 43 minuta 58 sekonda, bi Skinner tidħol erba 'sekondi warajha. Fava ħadet it-tlielet post 37 sekonda wara. Il-premjijiet ingħataw lir-rebbieħa minn Charlie Demanuele, Direttur tat-Tellieqa. It-tigrija li jmiss tal-House of Sport 10k Series hija l-Edizzjoni tal-Mdina li se ssir nhar il- Ħadd 14 ta 'April. Riżultati Kategorija Open 1 - Denise Borda (Zurrieq Wolves) 2 - Anna Skinner (Raptorz Club Running) 3 - Charyl Fava (Agones SFC) Grupp Età 30-34 1 - Rebecca Fleming (Raptorz Running Club) 2 - Maureen Farrugia (Starmax) 3 - Lorna Mifsud Grupp Età 35-39 1- Joanna Camilleri (Pembroke Athleta) 2- Donatella Fenech (Ladies Running Club) 3 - Cherylie Grech Grupp Età 40-44 1 - Davina Spriggs (Raptorz Running Club) 2 - Denise Cuschieri 3 - Karelle Vella (Ladies Running Club) Grupp Età 45-49 1 - Alison Tabone 2 - Audrey Craig (Ladies Running Club) 3 - Fiona Vassallo Grupp Età 50-54 1 - Miriam Abela Orland (Agones SFC) 2 - Victoria Fenech Buontempo (Ladies Running Club) 3- Claire Incorvaja Grupp Età 55-59 1 - Mary Grace Demicoli (Starmax) 2 - Luana Zammit 3 - Susan Fenech (Birkirkara St. Joseph) Grupp Età 60+ 1 - Christine Attard (Ladies Running Club) Il-kalendarju tat-tlielaq tal-Klassi Sport Boats jingħata bidu r-Royal Malta Yacht Club LEWWEL tellieqa tal- programm Sport Boats għall-2019 ingħata bidu fir-Royal Malta Yacht Club fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet b'serje ta' erba' tlielaq mifruxa fuq is-Sibt u l-Ħadd. Bidliet drastiċi fil- kundizzjonijiet tat-temp, irriżultaw fi tliet tlielaq iseħħu nhar is-Sibt u tellieqa waħda biss nhar il-Ħadd. Erba' SB20s u J70 ħadu sehem, b'riżultat li t-tim Orange Marine, mmexxi minn John Horn, ħareġ bħala r-rebbieħ ġenerali, bi tliet rebħiet. Warjah daħlu Triple Action, immexxi min Andrew Mifsud u l-ekwipaġġ tiegħu. Fit tielet post daħlu Seriously Bonkers ta' Robert Ciantar. Il-kundizzjonijiet tas-Sibt raw il-flotta tiffaċċjariħ mill-grigal u bufuri tar- riħ li laħqu sa ferm aktar minn 20 mil nawtiku fis-siegħa. L-Uffiċjal tat- Tellieqa, Luca Lacitignola, qiegħed korsa ġewwa l-port ta'Marsamxett sabiex jiżgura s-sigurtà tad-dgħajjes li huma bejn 20 u 30 pied u jiżnu inqas minn żewġ tunnellati. Dawn il-kundizzjonijiet ippermettew biss li l-flotta tikkompeti fi tliet tlielaq nhar is-Sibt. It-tlielaq tas-Sibt kienu ddominati mit-tim Orange Marine ta' John Horn li rebaħhom kollha. Warajh kien it-tim Triple Action ta' Andrew Mifud u l-ewkipaġġ tiegħu. Abela Scolaro. Il-Ħadd kienetaffari kompletament differenti bir-riħ bilkemm laħaq sa kwazi biss seba mil nawtiku fis-siegħa. Dawn il-kundizzjonijietirriżulta wf 'tellieqa waħda biss rat biss lil-Seriously Bonkers jispiċċaw u jieħdu r-rebħa tal-ġurnata. It-tellieqa li jmiss, l-Act 2, se ssir bejn it-23 u l-24 ta' Marzu li ġej. Għal aktar informazzjoni żuru is-sit elettroniku www.rmyc.org u il-paġni fuq Facebook tar-Royal Malta Yacht Club u s-Sport Boats Class (Malta). Riżultati L-ewwel post - Orange Marine (Guillaume Poirier, Richard Draper, Charles Cronin u John Horn) It-tieni post–Triple Action (Andrew Mifsud, Pierre Mifsud, Maurizio Jacono, Mark Camilleri) It-tielet post–Seriously Bonkers (Robert & Marcus Ciantar, Duncan Camilleri, Catherine Halpin) House of Sport 10k Ladies Race Ritratt - Alex Denisuic Ritratt - Angie Conti Il-Klassi Sport Boats

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019