Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum Hekk kif il-kwistjoni tar-reklamazzjoni tal-art tkompli tkun parti mid-diskussjoni politika, grupp ta' residenti mix-Xgħajra jagħmlu talba ċara lill-Gvern GRUPP ta' residenti mix-Xgħajra inkwetati dwar il-possibbilità tar- reklamazzjoni tal-art fir-raħal tagħhom qed jagħmlu talba ċara lill- Gvern sabiex jingħataw garanzija li x-xatt tagħhom u tal-madwar se jibqa' l-istess u ma jinbeniex. Din il-gazzetta tkellmet ma' George Xuereb li twieled u trabba f 'dan ir-raħal pittoresk fin- Nofsinhar ta' Malta. Fid- dawl ta' din il-possibbiltà, Xuereb flimkien ma' residenti oħra waqqaf il- grupp, 'Xgħajra Seafront Interest Group.' Mal-ILLUM huwa jispjega l-għan wara l-ħidma kotrana tagħhom. "Aħna qed nirrappreżentaw grupp ta' nies kbir li għandhom għal qalbhom l-ambjent naturali u dak soċjali ta' dan ir-raħal," spjega Xuereb. Hu kompla "hawnhekk hawn xatt mill-isbaħ, u l-baħar huwa mimli ħajja. Kull żvilupp li se jsir fiż-żona se jkun għad- detriment ta' dan ir-raħal." Skontu dan il-proġett mhux se jkun qed jeqred biss is-sbuħija naturali tax-Xgħajra iżda anke l-mod ta' kif hu flimkien mar-residenti l-oħra jgħixu l-ħajja tagħhom,. "Il-baħar u l-kosta nafuha daqs kemm nafu l-art, hawnhekk kull parti li hawn fix-xatt għandha isem. Fix-xhur tas-sajf jekk ngħidu se ninżlu ngħumu, mhux sempliċiment ngħidu nżilna fuq il-blat iżda sejrin ngħumu il-Kanala, inżilna ngħumu tal-Patrijiet, morna nistadu fuq it-torri," saħaq Xuereb. Żied jgħid ukoll li, "iż- żona li qed tissemma tinkludi wkoll bħala possibbiltà, in-naħa taż- Żonqor li għadu mhux żviluppat u allura huwa park naturali b'art verġni li għandu jkun protett." Għalhekk, hu flimkien mar-residenti l-oħra qed jagħmlu talba ċara lill- Gvern. "Qed nitolbu dikjarazzjoni ċara, min-naħa tal- awtoritajiet u min-naħa tal-Gvern li l-kosta tax- Xgħajra sa Wied il-Għajn se tibqa' kif inhi mingħajr bini ta' gżejjer artifiċjali," temm jgħid Xuereb. 'Bilfors trid issir miż-żona taż-Żonqor sal-Għadira' It-tħassib tar-residenti kien imqanqal minn mappa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi li kienet ippubblikat il-gazzetta oħt MaltaToday fl-aħħar tas-sena 2018. Skont din il-mappa, (ara l-istampa) il-kosta li testendi mix- Xgħajra sa Portomaso, f 'San Ġiljan, hi waħda miż-żoni ideali għar- reklamazzjoni tal-art. Minkejja li s'issa għad m'hemmx konferma uffiċjali li r-reklamazzjoni tal-art se sseħħ fix- Xgħajra, il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil- Klima José Herrera saħaq li r-reklamazzjoni tal-art bilfors trid issir miż-żona taż-Żonqor sal-Għadira. Fil-ġimgħat li għaddew hu kien żvela kif, "ir- reklamazzjoni tal-art ma tistax issir fuq in-naħa l-oħra tal-kosta tal-gżira għaliex hemmhekk għandek l-irdum u allura jibqa' sejjer fil-fond. Jekk ma ssirx f 'din iż-żona ma tista' ssir imkien," sostna Herrera. STOCK TAL-GVERN STOCK TAL-GVERN TA' MALTA Investiment Sod Ħruġ ta' €50,000,000 b'irkant ta' Stock tal-Gvern ta' Malta –B'Rata ta' Mgħax Fissa (soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €30,000,000) Stock tal-Gvern ta' Malta B'Rata ta' Mgħax Fissa It-Teżor iħabbar il-ħruġ b'irkant ta' €50,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta b'Rata ta' Mgħax Fissa soġġett għal dritt li jiżdied l-ammont li għandu jinġabar sa massimu ta' €30,000,000, kif ġej: (i) 1.4% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) – Fungibility Issue li jimmatura fl-2024, u (ii) 1.85% Stock tal-Gvern ta' Malta (It-Tielet Ħruġ) - Fungibility Issue li jimmatura fl-2029, jew (iii) F'ammonti miż-żewġ Stocks imsemmija aktar 'il fuq b'valur nominali flimkien ta' € 50,000,000 L-applikazzjonijiet magħmulin f'offerti b'irkant għal minimu ta' €500,000 u multipli ta' €100,000 kull waħda jiftħu l-Erbgħa 27 ta' Frar, 2019 fit-8.30a.m. u jagħlqu f'nofsinhar tal-istess jum, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. L-offerti fuq il-formoli preskritti għandhom jintbagħtu permezz ta' e-mail fl-indirizzi indikati fuq il-formola tal-applikazzjoni jew fuq fax 2596 7210 jew jintefgħu fil-Kaxxa tal-Offerti tat-Teżor, Floriana. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu mingħand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri ta' Servizzi ta' Investiment oħra awtorizzati, jew jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor, (www.treasury.gov.mt). GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA` FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL-JUM LI L-ISTOCK JINBIEGĦ ◆ SIGURTA` ◆ LIKWIDITA` ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta. George Xuereb lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Irridu dikjarazzjoni ċara mingħand il-Gvern li l-kosta tax-Xgħajra mhix se tinbena' Il-mappa żvelata mir-rapport tal-ERA Il-kosta tax-Xgħajra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019