Illum previous editions

ILLUM 24 February 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1085420

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 24 ta' Frar 2019 | illum bil-posta, illegali u perikolużi' X'tgħid il-liġi Maltija dwar mara li tikkaġuna l-abort tagħha stess? Dwar l-abort, il- liġi Maltija hija ċara u tonda. "Kull min b'ikel, b'xorb, b'mediċini, jew bi vjolenza jew b'kull mezz ieħor, jikkaġuna l-abort tal-mara tqila, sew bil-kunsens kemm ukoll mingħajr il-kunsens tagħha, jeħel, meta jinsab ħati, il-piena ta' priġunerija minn 18-il xahar sa tliet snin." Il-paragrafu ta' wara jkompli jgħid: "L-istess piena tingħata kontra l-mara li tikkaġuna l-abort fuqha nfisha, jew li tkun qagħdet għall-użu tal-mezzi li bihom l-abort ġie kkaġunat." Kemm hu faċli li ġġib pillola abortiva f 'Malta u kemm tiswa? Il-gazzetta ILLUM żaret is-sit ta' Abortion Support Network, liema sit issa għandu wkoll ħolqa bil-Malti li jagħti l-informazzjoni kollha lil dawk in-nisa li jixtiequ jsiefru biex jagħmlu abort legali jew inkella li "qed ifittxu informazzjoni dwar aġenziji reputabbli li jipprovdu pilloli - li huma siguri iżda illegali - għal abort mediċinali." Anke jekk dan in-Network qed jirriklama dawn il- pilloli, iwissi mill-ewwel li "jeżistu xi riskji - inkluż konsegwenzi legali - li huma assoċjati ma' li tixtri mediċini minn fuq l-internet." Fil-fatt hu stess jgħid li "ma nissuġġerixxu lil ħadd li jieħu mediċini mingħajr superviżjoni medika, jekk dan huwa possibbli." In-Network jisħaq li hemm żewġ organizzazzjonijiet reputabbli, li huma 'Women Help Women' u anke 'Women on Web,' li jipprovdu pilloli għal abort mediċinali u anke pariri. Madanakollu, minnufih jaħsel idu mill- operat tagħhom u jgħid li: "l-ASN ma tieħu ebda responsabbilità għall- azzjonijiet ta' dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet." L-ILLUM żaret is- siti ta' dawn iż-żewġ organizzazzjonijiet li t-tnejn li huma jitolbu donazzjoni biex ikopru l-prezz tal- pilloli u anke tal-posta. L-ewwel sit li żorna, "Women on Web," joffri servizz ta' konsultazzjoni online ta' 25 mistoqsija u jekk il-mara ma jkollha l-ebda marda severa u ma jkollhiex aktar minn 10 ġimgħat tqala, tabib liċenzjat japprova l-pilloli abortivi li jintbagħtu bil-posta. L-NGO tisħaq li l-pillola tista' tittieħed id-dar, sakemm wieħed ikollu l-informazzjoni kollha għax huma siguri u għax jittieħdu qishom mediċina normali. Madanakollu, fl-istess nifs, twissi lill- klijenti biex jassiguraw li jkollhom aċċess għal kura medika urġenti f 'każ li jkun hemm komplikazzjonijiet u biex jekk possibbli, ma jeħduhomx meta jkunu waħedhom. Jekk mara Maltija tordna pillola abortiva minn fuq dan is-sit, il-prezz huwa dak ta' €90. It-tieni sit, Women Help Women, jilqak billi jgħidlek li jekk inti tqila u ma tixtieqx it-tarbija, m'intix waħdek. "Miljuni ta' nisa kull sena jtemmu t-tqala," jisħaq dan is-sit, waqt li jinsisti li huwa dritt ta' kull mara li tikkontrolla ħajjitha. Minn fuq dan is-sit, f '10 minuti mara tista' twieġeb sett ta' mistoqsijiet biex ikun assigurat li ma għandha l-ebda kundizzjoni li timpediha milli tieħu dawn il-pilloli. Jekk dan ma jirriżultax, il-pillola tintbagħat bil-posta għall-prezz ta' €75, anke jekk l-NGO tappella għal donazzjoni akbar. 'Dawn l-organizzazzjonijiet jimpurtahom biss mill- abort' Fil-kummenti tiegħu ma' dan is-sit, l-Avukat Ramon Bonett Sladden saħaq li dawn l-organizzazzjonijiet ma jimpurtahom minn xejn aktar ħlief li nisa li ma jkunux jixtiequ tarbija jwettqu abort. Għall-kuntrarju fakkar li l-Fondazzjoni LifeNetwork Malta toffri wkoll assistenza kemm lil dawk in-nisa li ma jkunux iridu t-tarbija, lil dawk li jkunu mġiegħla biex iwettqu abort, fi kliemu xi kultant anke minn tobba Maltin u anke lil dawk in-nisa li jwettqu abort għal diversi raġunijiet, jiddispjaċihom u jkollhom bżonn l-għajnuna. "Aħna ma rridux li min jagħmel l-abort imur il- ħabs…dak xogħol il-Pulizija. Aħna l-għan tagħna huwa li noffru l-għajnuna lil dawn il-persuni," saħaq Bonett Sladden. "LifeNetwork Malta toffri l-appoġġ lil kulħadd. Dawn l-għaqdiet qed jitħallsu għall-abort u daqshekk. Ma jimpurtahomx x'jiġri wara jew minn dawk li qed ikunu mġiegħla jagħmlu abort iżda jixtiequ jżommu t-tarbija." Id-dibattitu dwar l-abort f 'Malta… L-ewwel darba li d-dibattitu dwar l-abort ifformalizza ruħu kien f 'Marzu tas-sena li għaddiet meta l-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa kien ippreżentat Position Paper li fiha qed tipproponi li l-abort ikun dikriminalizzat u allura ma jibqax punibbli bil- priġunerija. Mal-ILLUM, Lara Dimitijevic kienet qalet li għalkemm l-abort f 'Malta jibqa' tabù, mir-riċerka li għamlet il-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, jirriżulta li f 'Malta hawn bejn 300 u 400 mara li jew wettqu l-abort barra minn Malta jew inkella ordnaw il-pillola abortiva minn fuq l-internet. Dimitijevic kienet semmiet ukoll riċerka li turi kif it- tqala mhux mixtieqa jista' jkollha ħsara psikoloġika u effetti fuq is-saħħa fiżika tal-mara u kien hawn li mill- ġdid fakkret li l-mara hija individwu u għalhekk ma għandhiex tbati. Fil-Position Paper, il- Fondazzjoni kienet appellat biex l-abort ikun aċċessibbli u jsir b'mod sigur f 'ċerti każi fosthom, stupru, inċest, biex tkun salvata l-ħajja tal-mara, problemi serji fil-fetu, u anke meta hemm riskju ta' mard mentali u fiżiku għall- omm. Kemm il-partiti l-kbar u anke l-partiti ż-żgħar dejjem iddikkjaraw li huma kontra kull forma ta' abort, anke jekk il-ġimgħa li għaddiet, l-Alternattiva Demokratika kienet appellat għal dibattitu rispettuż dwar dan is-suġġett delikat. X'jaħsbu l-Maltin dwar l-abort? Mill-aħħar stħarriġ dwar l-abort tal- MaltaToday, li kien ippubblikat fi Frar tas- sena li għaddiet, 83% ta' dawk li ħadu sehem kienu wieġbu li ma jaqblux mal-abort fl- ewwel 12-il ġimgħa tat-tqala anke jekk f 'ċertu ċirkostanzi. 95% wieġbu li ma jaqblux mal-abort mingħajr l-ebda raġuni, fl-ewwel 12-il xahar tat-tqala u 97% qalu li ma jaċċettawx li xi ħadd jagħmel abort, mingħajr l-ebda raġuni, f 'kull stadju tat-tqala. Maġġoranza relattiva qablet biss mal-abort meta l-ħajja tal-omm tkun fil-periklu. 46% kienu wieġbu favur, 27% kontra u 27% ma kinux jafu jwieġbu. Mistoqsija jekk jaċċettawx li jsir abort f 'każ lit-tarbija tkun se tbati minn diżabilità severa, 67% wieġbu li ma jaqblux. 18% biss wieġbu favur. Il-Maltin jidher li lanqas f 'każi ta' stupru ma jaċċettaw li jsir abort hekk kif kienu 15% biss li wieġbu favur filwaqt li 72% wieġbu kontra. Astrid Camilleri Ramon Bonett Sladden

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 24 February 2019