Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Valletta Cosmed Pharmacy, Soccors, Triq Villambrosa, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, Msida Penny Lane Pharmacy, 37, & 39, Adjacent Store, Triq is-Sejjieħ, Swieqi Norman's Pharmacy, 133, High Street, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla Bellavista Pharmacy, Triq Salvu Buhagiar, Marsascala Gerada's Pharmacy, 46, Triq Mater Boni Consigli, Żejtun St. Andrew's Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Luqa Brown's Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Xagħra Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 li jsir Punent forza 3 għal 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn L-OGĦLA: 23˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Sabiħ bil-possibilita ta' rqajja ta' ċpar fuq il-baħar mal-lejl Viżibilità Tajba lokalment ħażina fl- irqajja taċ-ċpar Riħ Punent forza 2 għal 3 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 u jdur mill-Punent mal-lejl agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - MALTA Public Transport introduċiet servizz innovattiv li joffri lill-klijenti l-possibbiltà li jibbukkjaw post fuq waħda mill-karozzi tal-linja l-ġodda permezz tat-Tal-linja App, li ġiet aġġornata. TD Plus huwa proġett pilota li permezz tiegħu l-passiġġieri jistgħu jagħżlu l-ħin u minn fejn u sa fejn jixtiequ jivjaġġaw. Is-sistema awtomatikament tiċċekkja l-aqwa vjaġġ disponibbli u tipprovdi konferma lill-passiġġiera bid- dettalji tal-vjaġġ tagħhom. "Dan huwa metodu kompletament ġdid għat- trasport pubbliku u r-rispons li rċivejna wara perjodu intensiv ta' ttestjar fil-ġimgħat li għaddew kien inkoraġġanti ħafna," qal Konrad Pulè, General Manager ta' Malta Public Transport. Żied jgħid li, "it-trasport pubbliku qed jevolvi madwar id-dinja, u aħna rridu nkunu fuq quddiem billi noffru lill-passiġġiera modi innovattivi u konvenjenti ta' vjaġġar madwar Malta. Dan huwa proġett eċitanti ħafna u nittamaw li nirċievu aktar suġġerimenti biex inkomplu ntejbu dan is-servizz ġdid." TD Plus hija sistema kompletament ġdida għal Malta. L-operatur tat-trasport pubbliku ngħaqad ma' Ecolane, li hija kumpanija li tipprovdi software speċjalizzat, biex tipprovdi dan is-servizz innovattiv. TD Plus tuża teknoloġija li tqabbel it-talbiet magħmula minn passiġġieri differenti u awtomatikament tagħżel l-iktar rotta effiċjenti. Dan is- servizz joffri aktar flessibilità, iktar kumdità u valur miżjud, filwaqt li jiffranka l-ħin. Il-klijenti jistgħu jibbukkjaw numru ta' passiġġieri fuq vjaġġ wieħed, u jitolbu aċċess għal siġġijiet tar-roti jew pushchairs. Is-sistema tibgħat ukoll notifiki biex tgħarraf lill-passiġġieri li l-karozza tal- linja qiegħeda fi triqtha lejn il-bus stop. "Għandna pjaċir bl-isħubija ma' Malta Public Transport għas-servizz TD Plus," qal Steve Ross, CEO ta' Ecolane. "Hekk kif is-servizzi ta' microtransit ikomplu jevolvu, Ecolane tirsisti biex tipprovdi soluzzjonijiet teknoloġiċi u innovattivi, li jtejbu l-għażliet ta' mobbiltà u l-impenn fill-komunità, għal persuni li kieku ma jkollhomx aċċess, speċjalment meta jiġu offruti b'mod inklużiv bħala parti mit-trasport pubbliku." Malta Public Transport inizjalment qed topera s-servizz TD Plus fuq numru ta' bus stops fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, il-Furjana, il- Pietà, Blata l-Bajda, l-Imsida, San Ġwann, San Ġiljan, is- Swieqi u Pembroke. Is-servizz huwa disponibbli kuljum bejn il-05:30 u l-22:30. Bħala offerta speċjali ta' introduzzjoni matul ix-xahar ta' Ġunju, is-servizz se jkun disponibbli b'noll ta' €2 għal kull vjaġġ għal dawk il-klijenti kollha li jibbukkjaw permezz tat-Tal-linja App. Il-klijenti jistgħu jagħżlu li jħallsu għall- vjaġġ tagħhom bil-kreditu fuq il-Tal-linja Card tagħhom, jew jużaw il-karta tal-kreditu tagħhom. Il-flotta tinkludi sitt minibuses ġodda li huma baxxi u aċċessibbli għal kulħadd. Il-passiġġiera jsibu wkoll servizz tal- Wi-fi b'xejn u USB charging points għal iktar konvenjenza. Il-minibuses jistgħu jakkomodaw sa 16-il passiġġier. Dan is-servizz innovattiv jifforma parti mill-istrateġija ta' Malta Public Transport biex toffri soluzzjonijiet ta' mobbiltà affidabbli lill-klijenti, u tħeġġeġ aktar u aktar nies biex jużaw it-trasport pubbliku bħala alternattiva vijabbli għall-karozzi privati. It-Tal- linja App hija disponibbli b'xejn fuq l-App Store u Google Play Store. Aktar informazzjoni tinstab fuq publictransport.com.mt. Servizz ġdid b'sitt karozzi tal- linja ġodda li se jopera bejn San Ġiljan u l-Belt Valletta Is-servizz huwa disponibbli kuljum bejn il-05:30 u l-22:30 u tista' tibbukja permezz ta' TD Plus