Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum 11 minnhom fil-kampjonat. Fl-2008, irnexxieli nirbaħ it-tieni promozzjoni tiegħi mal-Magpies wara li rbaħt Promotion Decider kontra Balzan Youths bl-iskor ta' 3-0 taħt il-ħarsa u s-sapport tal-familja tiegħi. Żmien li ma ninsieh qatt! Wara Rabat ma' min ingħaqadt? Wara ammont ta' logħbiet fl-Ewwel Diviżjoni, il-kowċ ta' Mellieħa ta' dak iż-żmien (illum kowċ nazzjonali ta' Malta) Ray 'Żażu' Farrugia wera interess kbir fija, fejn mort fuq loan ta' nofs staġun ma' Mellieħa li kienu qegħdin jilagħbu fit-Tieni Diviżjoni. Wara dak l-istaġun (2009-2010) irritornajt mal-klabb ta' Rabat Ajax taħt il-ħarsien tal-kowċ Ġermaniż Michael Molzahn fit-Tieni Diviżjoni. Dak l-istaġun kien tassew sfortunat għalija, fejn kelli ngħaddi minn operazzjoni fil-grojn fejn kienet diffiċli ferm għalija biex nirritorna lura fl-azzjoni. Imma l-qalb ma waqfitx tħabbat! Il-kuntratt tiegħi ma' Rabat Ajax intemm fl-istaġun ta' wara fejn irnexxieli jieħu l-Free Release. Minn dak iż-żmien sal-lum, qatt ma ninsa l-aqwa żminijiet tal-futbol tiegħi li għaddejthom ma' dak il-klabb u r-Rabat se jibqgħu dejjem f 'qalbi sa mewti. Matul l-istaġun 2010-2011 ingħaqadt mat-tim ta' Attard FC u l-proġett ambizzjuż tagħhom ta' promozzjoni. Infatti, irnexxieli nikseb promozzjoni oħra ma' Attard wara li għelibna lil Pembroke bl-iskor ta' 4-1 fi Promotion Decider. Irnexxieli niskorja wkoll f 'dik il-logħba. Ta' min ifakkar li jien kont spiċċajt l-aqwa skorer tal-klabb għal dak l-istaġun bi 11-il gowl. Matul l-istaġun ta' wara, kelli nieqaf daqsxejn minħabba raġunijiet personali ta' xogħol. Matul l-istaġun ta' wara, bdejt il-Pre-Season ma' Bormla taħt il-ħarsien ta' Ramon Zammit u Herman Bugeja, imma kelli nieqaf minħabba triq twila mill- Imtarfa sa Bormla. Spiċċajt bla klabb u bdejt ninżel mat-tim tal-Imtarfa u kont wasalt sal-punt li nieqaf. Minn dejjem tajt importanza kbira lill- iskola u x-xogħol u dan il-fattur sfortunatament żammni milli nilgħab f 'livelli aktar 'il fuq tal-futbol Malti. Imma l-qalb baqgħet tħabbat u kelli telefonata mill-plejer rispettat fil-futbol Malti Alex Portelli biex ningħaqad mat-tim ta' Dingli Swallows fit-Tieni Diviżjoni taħt il- ħarsien ta' Jason Cachia - telefonata li swietni ħafna fil-karriera tiegħi. Fl-2013, ingħaqadt ma' Dingli Swallows u minn hemmhekk ma ħaristx lura u rnexxieli nerġa' nsib il- kundizzjoni fiżika tiegħi u sibt ukoll it-tieni familja. L-istaġun li għadda kien is-sitt staġun konsekuttiv tiegħi ma' Dingli Swallows, fejn issilitna b'rasna mgħollija għall-promozzjoni għat-Tieni Diviżjoni. Matul il-logħba kontra Għargħur tas-16 ta' Frar li għadda, ilħaqt it-tragward ta' 239 logħba uffiċjali fil-futbol Malti. Barra l-109 logħba fit-Tieni Diviżjoni u l-100 fit-Tielet Diviżjoni, lgħabt tliet logħbiet fl-Ewwel Diviżjoni, sitt apparenzi fl-FA Trophy, 17-il apparenza fin- Knock-Out Cup, tlieta fin-KO Cup tal-Ewwel Diviżjoni u apparenza fin-National League Anniversary Cup. S'issa, skorjajt aktar minn 52 gowl fil-karriera tiegħi - 24 fit-Tieni Diviżjoni, 20 fit-Tielet Diviżjoni, sebgħa fis-2nd/3rd Div KO Cup u gowl wieħed fl-FA Trophy. Tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti wara dan kollu? F'dan il-punt tal-karriera tiegħi, nixtieq nirringrazzja lill-mara tiegħi Nadine, lil missieri Pawlu Said u lill-familja kollha tiegħi għall- appoġġ li dejjem urewni, lill-kowċis kollha li lgħabt taħthom u lill-plejers ħbieb tiegħi li permezz tagħhom niddeskrivi l-karriera tiegħi bħala ''avventura mill-isbaħ!'' Imma l-qalb baqgħet tħabbat u kelli telefonata mill-plejer rispettat ferm fil-futbol Malti Alex Portelli biex ningħaqad mat-tim ta' Dingli Swallows - telefonata li swietni ħafna... " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019