Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 11 VotEWROPA 2019 jibdew jittieħdu d-deċiżjonijiet tant importanti. Riżulat eċċellenti għall-Ħodor fil-Ġermanja Għalkemm f 'Malta l-Alternattiva Demokratika, li jifforma parti mill- Grupp Ewroparlamentari tal-Ħodor kiseb riżultat xejn sodisfaċenti, il-partiti Ħodor fil-bqija tal- Ewropa kisbu riżultati tajbin. B'mod speċjali fil-Ġermanja fejn il-Ħodor irnexxielhom jaqbżu l-partit tas- Soċjalisti u Demokratiċi u kklasiffikaw fit-tieni post wara d-Demokristjani ta' Merkel. L-istess Ħodor kisbu riżultat tajjeb fi Franza, l-Irlanda, ir-Renju Unit u l-Awstrija. Salvini jegħleb liċ-5 Stelle anke fin-Nofsinhar tal-Italja u Le Pen tegħleb lil Macron Propju bħal dan iż-żmien sena, il-Lega Nord ta' Salvini u 5 Stelle (M5S) ta' Di Maio, irnexxielhom jifformaw gvern ġdid fl-Italja wara 88 ġurnata mill-elezzjoni. F'din l-elezzjoni, iż-żewġ partiti kienu spiċċaw fuq quddiem nett tar- riżultati biż-żewġ partiti popolisti jegħlbu għalkollox il-forzi politiċi tradizzjonali Taljani. Minkejja kollox, għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Salvini jista' jgħid li rebaħ għalkollox din l-elezzjoni hekk kif dan kiseb 34.33% tal-maġġoranza jew inkella 28 siġġu. Il-PD kiseb 19-il siġġu u l-M5S kiseb 14-il siġġu. Ta' min jinnota iżda r-riżultat pożittiv li kiseb il-Lega Nord fin-Nofsinhar tal-Italja, sorpriża għal ħafna li kienu jqisu dan il-partit bħala wieħed reġjonali u li ma tantx igawdi appoġġ fin-Nofsinhar tal- Italja. B'hekk mill-elezzjoni tal-2014 lil hawn, is-siġġijiet tal-popolisti Taljani fil-PE kważi rduppjaw. F'analiżi li kienet għamlet din il- gazzetta ftit ġimgħat qabel l-elezzjoni, kien ġie nnotat l-popolarità ta' partiti politiċi b'politika popolista madwar prattikament l-Ewropa kollha. Minkejja li ħafna minn dawn kienu mistennija jagħmlu kisbiet akbar minn kemm għamlu l-Ħadd li għadda, xorta jibqa' l-fatt li f 'ċertu pajjiżi, il-popolisti għamlu kisbet sostanzjali u f 'ċertu bnadi ritorn elettorali. Ta' min isemmi li fl-1999, 9% tas-siġġijiet kollha kienu okkupati minn politiċi popolisti wara l-elezzjoni tal-2019, 24% tas-siġġijiet intrebħu minn politiċi popolisti u Ewro-xettiċi. Fi Spanja pereżempju, il-moviment popolista tal-lemin, Vox irnexxielu jeleġġi MEP għall-ewwel darba, waqt li fil-Belġju, il-partit estremista Vlaams Belang, għamel ritorn. Fi Franza, il-partit ta' Le Pen, rebaħ lil dak ta' Macron. Fir-Renju Unit, il-Brexit Party ta' Farage li twaqqaf sitt ġimgħat ilu biss, kiseb l-akbar ammont ta' siġġijiet. Fil-bqija tal- Ewropa, riżultati simili nkisbu mill- partiti popolisti; fl-Ungerija 51% u l-Polonja 67% tas-siġġijiet kollha rispettivament. tal-Parlament Ewropew 2019 Analiżi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019