Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum Rudolph Agius jikseb il-kuruna tal-Middle Distance Triathlon fl-Ocean Lava Malta Triathlon IT-TRIATHLON tal- Ocean Lava Malta, miżmuma taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon u nnominata bħala l-Kampjonati tal- Middle Distance Triathlon ilbieraħ rat azzjoni ta' klassi fi Triq il-Kosta tas-Salina. Għalkemm it-temp kien iktar favorevoli meta mqabbel mas-snin ta' qabel, ir-riħ qawwi li kien hemm xorta rriżulta f 'tellieqa iebsa għall-atleti fit-tellieqa ta' 113 kilometru. It-tellieqa rat 40 atleta jikkompetu fil-kategorija individwali u 20 tim fil- kategorija tar-relay. L-ewwel atleta li ħareg mill-baħar wara t-taqsima tal-għawm kien Rudolph Agius (Birkirkara St.Joseph), wieħed mill- favoriti li jirbaħ it-tellieqa. Warajh kien Mark Schram, wiċċ ġdid fix-xena, segwit minn Joseph Galea (Pembroke Athleta). Kemm Agius kif ukoll Galea rreġistraw ħinijiet imtejba mit-tellieqa tas-sena l-oħra. Tranżizzjoni mgħaġġla minn Schram ratu joħroġ fuq quddiem għat-taqsima tar-rota, mifruxa fuq medda ta' 90 kilometru. Hekk kif kompliet tiżvolgi it-tellieqa bdiet tidher l-esperjenza tal-atleti. Galea, li s-sena kiseb is-sitt post kien is-sorpriża ta' din is-sena. Galea kiseb l-aħjar ħin fit-taqsima tar-rota u daħal fit-tieni transizzjoni fuq l-art bejn Agius u ħarġu prattikament ma' xulxin fit- taqsima tan-nofs maratona. Agius wera s-snin ta' esperjenza tiegħu f 'din id- distanza biex kiseb vantaġġ ta' kwazi tmien minuti fuq Galea u b'hekk rebaħ ir-raba' titlu tiegħu fuq din id-distanza. Fit-tielet post kien Michael Bongailas, li għeleb lill- favorit ieħor, Josef Bonavia. L-atleta tal-Birkirkara Saint Joseph, Jesrit Camilleri rreġistra l-aħjar ħin fit- taqsima tal-ġiri. "Kuntent ħafna bir-rebħ tar-raba' titlu tiegħi. Din ma kinitx tellieqa faċli! Kien hemm pjuttost ftit sfidi, mhux l-inqas ir- riħ qawwi. Jiena kelli kompetizzjoni tajba minn Joseph Galea, imma xorta waħda kont kapaċi nqassam it-tellieqa sew partikolarment minħabba t-tellieqa li jmiss, li ser issir ġewwa Franza."- Rudolph Agius, Champion Nazzjonali tad-Distanza Medja. It-tellieqa tan-nisa kienet affari kemxejn iktar kwieta b'ħames atlelti biss. Anjelika Ruggier kienet l-ewwel mara barra mill- ilma, u r-raba in ġenerali. Noelle Haudenschild kienet it-tieni barra mill- ilma iżda tilfet posta hekk kif żvolġiet it-tellieqa. Ruggier żammet il-vantaġġ miksub wara l-għawma u żammet l-ewwel post il-ħin kollu. Għalkemm Maureen Farrugia ma kellhiex bidu mgħaġġel, pattiet fit-taqsima tar-rota fejn hi rreġistrat it-tieni l-aħjar ħin f 'din it-taqsima. Fit-taqsima tal-ġiri Karen Amato qabdet pass tajjeb sabiex kisbet it-tieni post. Farrugia, li kienet qiegħda tieħu sehem fl-ewwel tellieqa ta' dan it-tip, kisbet it-tielet post fuq il-podju. "Ninsab sodisfatta bil-ħin li ksibt li kien ħafna aħjar minn dak tas-sena l-oħra. Issa niffoka fil-kampjonati Ewropej tat-Triathlon li ser jisiru ġewwa l-Olanda fil- ħmistax li ġejjin" – Anjelika Ruggier, Rebbieħa tal- Kategorija tan-Nisa." It-tellieqa laqgħet ukoll lura lil Nicky Farrugia, wieħed mill-veterani tat- triathlon f 'Malta li flimkien ma' Charlie Demanuele, kien wieħed mill-pijunieri fit-triathlon fuq distanzi twal. Fit-tellieqa ħa sehem ukoll Allan Lawrence ta' 75 sena li ta wieħed mill-aħjar eżempji ta' determinazzjoni li t-tellieqa rat f 'dawn l-aħħar snin. Wieħed jista' jiġi skużat li jaħseb li t-tellieqa tar-Relay Team tkun affari inqas kompetittiva madankollu b'timijiet komposti minn atletli bħal Hannah Cutajar, Christian Formosa, Mark Zammit, Dillon Cassar, Josann Attard Pulis u Bernard Sant it-tellieqa kienet ser tkun definittivament kompetittiva ħafna. It-tim kompost minn Hannah Cutajar, Christian Formosa u Dillon Cassar kisbu l-aqwa unuri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019