Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Minn Yendrick Cioffi u Albert Gauci Cunningham ILGAZZETTA ILLUM tista' tiżvela kif l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien lest li jirriżenja wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014, meta l-Partit Nazzjonalista ftit li xejn irnexxielu jbiddel id-distakk ta' aktar minn 36,000 li bih tilef l-elezzjoni ġenerali tal-2013. Kienu Deputati tal-Partit Nazzjonalista li kkonfermaw ma' din il-gazzetta kif Busuttil tant kien ċert li se jirriżenja li kien laħaq kiteb l-ittra tar-riżenja u biddel fehmtu biss wara li l-Partit Nazzjonalista rebaħ it-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Propju għalhekk li l-istess Deputati u oħrajn, qed jistennew u jisħqu li Adrian Delia għandu jagħmel l-istess ġaladarba l-Partit Nazzjonalista mhux talli tilef it-tielet siġġu talli d-distakk tal-elezzjoni ġenerali tal- 2017 kompla jiżdied bi 3000 vot. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014 kienet l-ewwel test politiku għal Simon Busuttil li ftit xhur wara li kien ħa t-tmun tal- Partit Nazzjonalista wara t-telfa kbira li dan kien ġarrab fl-Elezzjoni Ġenerali tal- 2013, meta l-Partit Laburista rebaħ il-Gvern b'distakk ta' 35,107 voti. Jidher li Simon Busuttil xejn ma kien kuntent bir-riżultat li ġab il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2014 u dan minkejja li d-distakk mhux talli ma kienx żdied talli kien naqas bi ftit għal 33,677 vot. Fil-fatt, Deputati Nazzjonalisti li tkellmu ma' din il-gazzetta żvelaw kif Simon Busuttil kien lest li jirriżenja wara dan ir- riżultat u saħansitra kien laħaq kiteb l-ittra tar-riżenja, informazzjoni li sal-lum baqgħet qatt ma kienet pubblika. Deputat minnhom spjega mal-ILLUM kif Busuttil kien intalab jistenna li jintemm il-proċess kollu tal- għadd tal-voti, li bis-sistema l-antika, kien ħa madwar tlett ijiem. "Busuttil biddel fehmtu biss meta fl-aħħar ħin il- Partit Nazzjonalista kien irnexxielu jeleġġi t-tielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Din kienet xi ħaġa pożittiva għall-partit," insista l-istess Deputat. L-ILLUM, bagħtet tistaqsi lil Busuttil u talbitu jikkonferma din l-informazzjoni. Filwaqt li ma ċaħadx, qal biss li ma jixtieqx jidħol f 'dawn il- kwistjonijiet. Delia jżid id-distakk, jitlef is-siġġu u jrid li jibqa' Il-Ħadd li għadda l-istorja kienet ħafna differenti. Il-Partit Nazzjonalista flok naqqas id-distakk kbir li bih il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal- 2017, kompla jżidu biex issa jlaħħaq it-42,656 vot. Mhux talli hekk, talli l-gwadann li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-2014, meta rebaħ it-tielet siġġu, spiċċa biex intilef ukoll. Bħal fil-każ ta' Simon Busuttil fl-2014, l-elezzjonijiet tal-ġimgħa li għaddew kienu wkoll l-ewwel test politiku għal Adrian Delia u r-riżultat li kiseb, kien ħafna aktar diżastruż minn dak ta' Busuttil. Kien għalhekk li d-Deputati li tkellmu mal-ILLUM insistew li Delia għandu jerfa' r-responsabbilità, kif kien lest li jagħmel Busuttil, u jirriżenja. Minkejja dan kollu, Adrian Delia għadu mhux qed iqis dan ir-riżultat bħala l-ewwel test politiku tiegħu u kontra kull kurrent li qed jgħidlu xorta oħra, qed jibqa' jisħaq li t-tesserati tawh mandat biex iwassal lill-Partit Nazzjonalista sal-elezzjoni ġenerali. Anke lil Puli jriduh barra... L-iskuża li qed iġib il- Partit Nazzjonalista, b'mod partikolari s-Segretarju Parlamentari Clyde Puli, hija li l-Partit Nazzjonalista rnexxielu jnaqqas id-distakk li kienu qed juru s-sondaġġi sa ftit tax-xhur ilu, meta kienu qed jindikaw telfa għall-Partit Nazzjonalista ta' madwar 70,000 vot. Madanakollu, din l-iskuża mhix qed tinżel tajjeb ma' bosta inkluż ma' wieħed mid- Deputati li tkellmu magħna u li ddeskrivieha bħala "daħk fil-wiċċ." Intant, aktar kmieni din il-ġimgħa, is-sit illum.com. mt irrapporta wkoll kif, skont sorsi, għaddejjin manuvri fi ħdan il-Partit Nazzjonalista biex Puli ma jibqax Segretarju Ġenerali. Min-naħa tiegħu, f 'kummenti lill-istess sit, Puli insista li ħadd ma avviċinah biex iwarrab mill-kariga tiegħu, filwaqt li ddefenda l-ispjegazzjoni tiegħu dwar id-distakk bejn il-partiti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-gazzetta ILLUM tiżvela kif Simon Busuttil kien se jirriżenja wara l-elezzjonijiet Ewropej tal- 2014 u baqa' għax il-PN rebaħ it-tielet siġġu. Delia tilef it-tielet siġġu u kabbar id-distakk u qed jinsisti li jibqa'. Deputati jitkellmu… Busuttil kien lest biex jirriżenja fl-2014… Deputati tal-PN jippretendu li Delia jagħmel l-istess

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019