Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
12 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Minn Yendrick Cioffi Il-Partit Nazzjonalista, nhar is-Sibt li għadda, ġarrab telfa kbira. Kont qed tistenna telfa bħal din? Jew kont qed tistenna li jonqos id-distakk? L-esperjenza politika tiegħi għallmitni li s-surveys tal-ġimghat ta' qabel l-elezzjoni jagħtu stampa pjuttost ċara mhux tar-riżultat finali, iżda tal-andament (trend) ta' kif ser jinxteħtu l-voti. Mill-ewwel kien ċar li l-PN ser ikollu riżultat negattiv l-aktar minħabba l-fatt li kien ser ikun hemm numru ta' votanti Nazzjonalisti li kienu ilhom jgħidu li ma jridux jivvutaw għal raġuni jew oħra. Għalhekk nista' ngħid li ma kontx sorpriż. Inti li segwejt l-affarijiet minn barra, iżda li taf ukoll x'inhi s-sitwazzjoni interna tal-Partit Nazzjonalista, x'taħseb li kienet ir-raġuni li wasslet biex il-PN jitlef b'distakk daqshekk kbir? Fejn żbalja l-Partit Nazzjonalista? Forsi aħjar nispjega li jiena għażilt li nibqa' 'l bogħod mill-istrutturi u x-xogħol intern tal-Partit sa mill- ewwel ġurnata li jiena rreżenjajt fl- 2013. Rari kkummentajt fil-pubbliku u meta għamilt hekk ippruvajt inkun attent dwar kull kelma li għedt. Dan għamiltu apposta għaliex emmint li kelli d-dover inwarrab u nħalli lill-kap il-ġdid imexxi hu kif l-aħjar jidhirlu mingħajr il-periklu li n-nies jaħsbu li d-dell tiegħi għadu jinfluenza d-deċiżjonijiet tal-Partit. Tant hu hekk li jiena irriżenjajt mhux biss mill-kariga ta' Kap tal-Partit imma anke mis-siġġu parlamentari li kelli. Għalhekk, l-analiżi tiegħi hi magħmula minn dak li naħseb jiena, minn dak li jgħiduli n-nies u mis-surveys li jiġu ppubblikati minn żmien għal żmien. Fl-opinjoni tiegħi hemm ħafna raġunijiet għal dan ir-riżultat imma parti minnu hu dovut għal kontroversji interni li żviluppaw f 'dawn l-aħħar żminijiet u li aljenaw numru sostanzjali ta' votanti Nazzjonalisti. Inti tlift elezzjoni b'36,000 vot u rreżenjajt minnufih. Simon Busuttil b'40,000 u telaq. Adrian Delia b'aktar minn 42,000 u tilef it-tielet siġġu fil- Parlament Ewropew u qed jinsisti li jibqa'. Nixtieqek tkun skjett. Adrian Delia għandu jagħmel bħalkom u jirriżenja? F'dan il-każ (jiġifieri għad-deċiżjoni li jieħu il-Kap tal-Partit) il-paraguni ma jreġġux. Ma tistax tqabbel riżultat ta' elezzjoni ġenerali ma' riżultat ta' elezzjoni għall-MEPs jew għall-Kunsilli Lokali. L-anqas ma tista' tqabbel riżultat ta' elezzjoni ġenerali waħda ma rriżultat ta' elezzjoni ġenerali oħra b'distakk ta' snin twal. Fil-politika ċ-ċirkostanzi jinbidlu. L-għaqal jitlob li jittieħdu deċiżjonijiet li jindirizzaw l-isfidi ta' dakinhar u mhux tal-imgħoddi. Is-suġġeriment tiegħi fiċ-ċirkostanzi hu li l-Kap tal-Partit jieħu hu stess l-inizjattiva biex it-tmexxija tiegħu terġa' tiġi kkonfermata skont ir-regoli tal-istatut. Ejja nkunu ċari. Ħafna kienu qed jaħsbu li l-PN se jtella' lil Roberta Metsola u lil Frank Psaila. Minflok telgħu Metsola u David Casa. Ejja ngħiduha kif inhi, huwa sigriet magħruf li t-tnejn li huma ma tantx jaraw għajn m'għajn ma' dawk viċin Delia u viċi-versa. Taħseb li dan kien messaġġ ċar biex Delia u ta' madwaru jitilqu? Jiena ma naqbilx man-narrativa kif qiegħed tiddeskriviha inti fil- mistoqsija tiegħek. Fl-opinjoni tiegħi l-eluf ta' voti li ġabu ż-żewġ persuni li inti semmejt huma kollha messaġġ b'saħħtu tal-votanti li jfisser illi huma jemmnu fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, kontra l-kriminalità, favur l-onestà u l-integrità u b'difiża feroċi għall-fama u l-interessi ta' pajjiżna. L-iskuża li qed iġġib it-tmexxija tal- PN, hija li meta wieħed iħares lejn is-sondaġġi, il-PN naqqas id-distakk li dawn kienu qed juru. X'tgħid dwar dan? Ma taħsibx li dan daħk fil-wiċċ? Jiena ma niġġudikax lil min għandu d-dover li jinterpreta r-riżultat u jarahom fid-dawl taċ-ċirkostanzi li hu jew hi jsibu ruħhom fihom. Sta għal min qiegħed jisma' dak li qiegħed jingħad biex jomgħod sew u jara jekk jaqbilx jew le ma' dik l-analiżi. 'Jien għext ċirkostanzi aktar X'inhu l-aħjar li tirbaħ anke bi ftit u tagħmel isem tajjeb għal pajjiżek, jew li tirbaħ bil-ħafna u ċċappas lil pajjizek b'fama dubjuża? " Ġimgħa wara telfa wara l-oħra għall-PN, l-ILLUM tpoġġi bilqiegħda mal-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi. X'qed iwassal lill- PN biex jitlef bil-kbir elezzjoni wara l-oħra? Delia mhux aħjar jitlaq? Simon Busuttil qed iħallih jaħdem? Gonzi jwieġeb