Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
Sports 25 Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum 'Bħala plejer ta' Balzan inħossni onorat li kont parti minn dan is-suċċess storiku' - Sean Cipriott minn Cristian Antony Muscat SEAN Cipriott - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li fil-ġimgħat li għaddew, inkuruna staġun mill-aqwa ma' Balzan permezz tar- rebħ tal-FA Trophy. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn mindu kont żgħir, minn dejjem kont insegwi l-futbol minħabba li missieri kien diġà involut u minn hemm dejjem urejt ix-xewqa tiegħi li nilgħab. X'fisser għalik it-tragward storiku tal-FA Trophy mirbuħ minn Balzan fil- ġimgħat li għaddew? Bħala tifel u plejer ta' Balzan inħossni onorat u kburi li kont parti minn dan is-suċċess storiku fejn ksibna l-ewwel tazza maġġuri lejn ir-raħal tagħna. Jalla din it- tazza tkun l-ewwel u mhux l-aħħar li jikseb dan il-klabb! X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek ma' Balzan? Matul l-aħħar staġun l-esperjenza tiegħi ma' Balzan kienet waħda impjenattiva għaliex kelli taħriġ kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. Għalkemm forsi hi esperjenza diffiċli hi waħda sabiħa għax dejjem nitgħallem u nkompli nikseb iktar esperjenza fil- Kampjonat Premier. U fuq il-president Anton Tagliaferro? Nista' ngħid li hu raġel umli u dejjem sibna l-appoġġ mingħandu. Nitkellmu dwar l-aħħar staġun ta' Balzan. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu? Mill-perspettiva tiegħi matul l-aħħar staġun ma konniex konsistenti daqs is- snin ta' qabel, iżda fil-logħob ta' wara rnexxielna niksbu l-FA Trophy. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Naħseb li b'14-il tim fil-Premier ikun hemm iktar opportunitajiet għal żgħażagħ Maltin. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Le ma naqbilx, għax fil- ġurnata, kulħadd huwa kapaċi jagħti logħba denja lil kulħadd. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil- Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Bħal ħafna plejers oħra, le ma naqbilx, għaliex nemmen li jkunu qed jingħalqu l-bibien għall-plejers Maltin. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal- plejers Maltin? Iva, hawn ċerti barranin li jien nemmen li hawn Maltin għandhom livell aħjar minn tagħhom. Kemm int kuntent bil- grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-Kampjonat Premier? Ninsab pjuttost sodisfatt bil-grawnds fejn jintlagħab il-logħob tal-Premier. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun sa issa? Ir-referis huma umani wkoll u kulħadd ikollu l-mumenti tajbin u ħżiena tiegħu. B'mod ġenerali, il- livell tar-referis huwa wieħed sodisfaċenti. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Fost il-ħafna sagrifiċċji, dieta bbilanċjata u taħriġ b'mod professjonali huma essenzjali. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill- kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Hija x-xewqa ta' kull plejer li jilgħab man-nazzjonal. Dik hija waħda mill-ħolmiet tiegħi sa minn mindu kont żgħir. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Nispera li jkolli futur mill- isbaħ fil-karriera tiegħi bħala plejer, għaliex il-futbol huwa wieħed mill-prijoritajiet tiegħi. Nixtieq nirbaħ unuri kif ukoll nirrappreżenta lil pajjiżi mat-tim nazzjonali. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Il-messaġġ tiegħi hu biex dejjem iżommu saqajhom mal-art, jitħarrġu u jkunu lesti biex jitgħallmu u jevitaw affarijiet li jbegħduhom mill- isport.