Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
Tkompli minn paġna 5 filwaqt li l-bonanza tat-tenders tinqasam ma' kemm jista' jkun kumpaniji. Dan kollu ma jfissirx li kulħadd kuntent u 'sinjur żgħir' u li m'hawnx problemi, imma jfisser li m'hemmx dik l-urġenza għall-bidla għax klassijiet sħaħ ta' nies qed jaraw il-Gvern ta' Muscat bħala wieħed ta' kontinwità pożittiva u wieħed li qed joħloq il-ġid li qed igawdu minnu (kuntratturi, ċerti setturi ta' ħaddiema tal-Gvern, dawk li għandhom proprjetà għall-kiri, dawk kollha li joffru servizzi anċillari fit- turiżmu...) jew li se jibdew igawdu minnu (dilettanti tal-motorsport, min qed jikri – minħabba l-White Paper...). Din hija fil-fatt l-akbar problema tal-PN: qisu l-poplu huwa l-klijent, dak il-klijent f 'ristorant A huwa moqdi minn kulma jrid u xħin jibda jgerger jerġa' jibda jiġi moqdi. Dan mhux se jmur f 'ristorant B fejn ma jafx eżatt x'qed ikun offrut. L-aspirazzjonijiet ta' klassijiet differenti qed jaqdihom Partit Laburista fil-Gvern u allura l-bżonn li jinbidel dak il-Gvern jonqos. Raġuni 2 – nuqqas ta' politika ċara li tiddistakka lill-PN minn mal-Labour It-tieni kaġun tat-telfa hija nuqqas ġenerali ta' politika ċara li tiddistakka lill-PN minn mal- politika tal-Gvern u se nġibu tliet eżempji: il-barranin, l-iżvilupp fil- kostruzzjoni u l-kaċċa. Fuq il-barranin Adrian Delia tkellem ħafna u mess ma' ħafna punti li weġġgħu u dejqu lin-nies, primarjament in-nuqqas ta' ppjanar u l-iffullar. Dan kollu huwa tajjeb iżda mbagħad meta kien ippubblikat il-programm elettorali ħareġ bi ftit proposti ħafna minnhom vagi u li ilhom isiru (burden sharing, aktar flus mill-UE, taħriġ fil-lingwa...). Jiġifieri meta ġejna għall-azzjoni wara diskorsi twal u b'saħħithom dwar il-barranin, twieled ġurdien. Delia messu kien aktar kuraġġuż u ħareġ bi proposti aktar b'saħħithom u aktar kontroversjali. Matteo Salvini rebaħ għax wiegħed li jagħlaq il- fruntieri u hekk għamel għall-kritika (ħafna minnha ġusta) ta' bosta. Delia uża l-lingwaġġ ta' Salvini, imma mbagħad beża' jipproponi għax beża' li jitlef l-voti. Mela l-proposta ta' Muscat tal- integrazzjoni sabet il-baħħ fil-PN u aktar kienet qed tħabbatha mal-ideat razzisti ta' Lowell. Imbagħad hemm kwistjoni oħra li dwarha qed iqumu diversi ilmenti mill-pubbliku; l-iżvilupp tal-kostruzzjoni madwar il-pajjiż, flimkien mal-inkonvenjent li dan qed joħloq u l-bini bla rażan. Filwaqt li Delia għamel diversi referenzi għal din il-problema huwa ċar illi, għal darb'oħra, naqas milli jipproponi. kif se jibni relazzjoni differenti mal-kuntratturi? Kif se jaċċerta li din ir-relazzjoni ma ssirx wisq qrib? X'jaħseb dwar bini f 'ODZ? Kieku jsir Prim Ministru għada xi jbiddel mill-politika dwar il-pompi tal-petrol? Jista' jassigura lill-poplu illi l-partit mhux qed ikun iffinanzjat minn kuntratturi? Kif ibiddel il-ħinijiet illi fihom jista' jsir xogħol ta' kostruzzjoni? Jaħseb li moratorju huwa idea tajba, anke jekk għal ftit snin? Dawn il-mistoqsijiet ma kinux imwieġba u allura l-idea hija li bħal Muscat, Delia jkun fil-but tal- kuntratturi u l-miljunarji jekk isir PM. U allura jekk it-tnejn l-istess fuq din il-kwistjoni, m'hemmx raġuni biżżejjed biex wieħed jivvota lill-PN. Delia ma ġġilidx din il-perċezzjoni biżżejjed u għalkemm mess ma' din il-ferita ma indirizzahiex. U finalment, il-kaċċa. Mijiet jekk mhux eluf ta' kaċċaturi jinsabu rrabjati għaliex l-istaġun tal- gammiem twaqqaf mill-Unjoni Ewropea minħabba raġunijiet ta' sostenibbilità filwaqt li pajjiżi oħrajn għadhom għaddejjin b'din it-tip ta' kaċċa. Peter Agius, eks Kandidat tal-PN għall-elezzjoni li għaddiet, għamel tiegħu proposta tal-FKNK dwar trobbija tal-gammiema u kaċċa tagħha fl-istess numru li tkun rilaxxata. Jiġifieri jekk ikunu rilaxxati 100 u studji juru li dawn jistgħu għixu kollha, ikunu jistgħu jkunu kkaċċjati 100. Għalfejn m'għamilx din il-proposta tiegħu Delia? Għalfejn ma ħadimx biżżejjed biex jidher illi qed ikun kreattiv bi proposti li kapaċi jduru mal-liġijiet tal-UE? Din kienet opportunità mitlufa oħra u allura dawn il-votanti li jlaħħqu l-eluf, baqgħu b'għażla waħda, jiġifieri dik tal-Gvern. Din il-problema ta' nuqqas ta' proposti jew pożizzjonijiet identiċi tinfirex f 'diversi oqsma fosthom il-pagi diċenti, trejdjunoniżmu, il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex, l-ekonomija, l-edukazzjoni, kwistjonijiet LGBTIQ, il-finanzi tal-pajjiż, ix-xandir nazzjonali, ir-relazzjoni bejn Malta u l-UE, il-politika barranija, il- prezzijiet u oħrajn. Il-pożizzjoni fuq dawn il-kwistjonijiet u fejn irridu mmorru fil-futur, mhix wisq differenti bejn dik tal-Gvern u tal- oppożizzjoni. Dan ifisser illi ħafna minn dawk li jdejjaqhom l-approċċ tal-Gvern għal waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet issa sfaw orfni politiċi. Raġuni 3: nies differenti, f 'dgħajjes differenti, jaqdfu f 'direzzjonijiet differenti Problema kbira oħra tal-Partit Nazzjonalista hija li, kuntrarjament għall-PL mhux kulħadd qed jaqdef fl-istess direzzjoni. Il-gazzetta ILLUM ippubblikat diversi artikli dwar din il-qasma fil-partit u llum dak li kien ikkunsidrat 'spekulazzjoni' sar verità li diversi Nazzjonalisti stess qed jirrikonoxxu u jirreaġixxu għaliha fil-pubbliku. Meta għandek numru ta' Deputati Nazzjonalisti li huma stess qed iħeġġu lin-nies ma jivvutawx jew inkella saħnsitra jgħidu lin- Nazzjonalisti biex jivvutaw biss lil żewġ kandidati tkun qed tistieden l-inkwiet. Il-fatt illi l-PN issa ilu sena u nofs maqbud f 'battalji interni bejn żewġ fazzjonijiet dejjaq u naffar ħafna Nazzjonalisti ta' rieda tajba, kabbar u saħħaħ l-idea illi l-PN mifni bl-inkwiet u t-taħwid u allura saħħaħ il-perċezzjoni li l-istess partit mhuwiex elettibbli. Il-ġlied intern, irrappurtat ukoll bi prominenza fosthom fuq din il- gazzetta, għamel ħsara lill-immaġini tal-partit u qed ikompli jagħmel ħafna iktar ħsara hekk kif qed jinxtered fuq Facebook. Partit mifni bl-inwkiet u d-daqqiet ta' stalletti ma jista' qatt ikun fdat. Il-PN jeħtieġ jaħdem biex kemm jista' jkun ibiddel din il-perċezzjoni li issa qabdet art. Delia, jekk verament irid jibqa', se jkollu jibda laqgħat urġenti ma' kull Kunsillier, uffiċjal, Deputat u MEP li ma tantx jara għajn m'għajn miegħu u juri lill-pajjiż kollu li qed jagħmel dan. Se jkollu jibda programm sħiħ ta' rikonċiljazzjoni strutturata li tibda fid-Dar Ċentrali u tibqa' sejra f 'kull dar ta' familji u individwi li ma vvutawx jew li llum saru jappartjenu lill-Partit Laburista. Jista' jkun li f 'dan il-proċess Delia jkollu jneħħi mill-mazzriet li qed iwaqqfu l-progress. Wieħed irid jistaqsi persuni bħal Pierre Portelli, Jean Pierre Debono u Clyde Puli x'sehem taw, x'sehem iktar misshom taw u fejn fallew. Jista' jkun li dan il-proċess ta' rikonċiljazzjoni jkun ifisser ukoll il-bżonn li jittieħdu pożizzjonijiet li se jnaffru lil uħud u se jbiddlu l-istatus. U finalment ir-rikonċiljazzjoni tista' tfisser ukoll li l-aqwa mħuħ tal- partit li m'għadhom jidhru mkien jew tnaffru jinġiebu lura: l-eks Segreatarju Ġenerali Joe Saliba, l-eks Ministru Joe Borg, l-eks Ministru Tonio Fenech, l-eks Ministru Louis Galea, ix-xandar David Thake u diversi Kunsilliera li f 'din l-elezzjoni baqgħu d-dar. Rikonċiljazzjoni se tfisser illi jerġgħu jinbnew pontijiet Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Partit mifni bl-inwkiet u d-daqqiet ta' stalletti ma jista' qatt ikun fdat. Il-PN jeħtieġ jaħdem biex kemm jista' jkun ibiddel din il-perċezzjoni li issa qabdet art. Delia, jekk verament irid jibqa', se jkollu jibda laqgħat urġenti ma' kull Kunsillier, uffiċjal, Deputat u MEP li ma tantx jara għajn m'għajn miegħu u juri lill-pajjiż kollu li qed jagħmel dan. Se jkollu jibda programm sħiħ ta' rikonċiljazzjoni strutturata li tibda fid-Dar Ċentrali u tibqa' sejra f 'kull dar ta' familji u individwi li ma vvutawx jew li llum saru jappartjenu lill-Partit Laburista. Jista' jkun li f 'dan il-proċess Delia jkollu jneħħi mill-mazzriet li qed iwaqqfu l-progress. Wieħed irid jistaqsi persuni bħal Pierre Portelli, Jean Pierre Debono u Clyde Puli x'sehem taw, x'sehem iktar misshom taw u fejn fallew. Jista' jkun li dan il-proċess ta' rikonċiljazzjoni jkun ifisser ukoll il-bżonn li jittieħdu pożizzjonijiet li se jnaffru lil uħud u se jbiddlu l-istatus. U finalment ir-rikonċiljazzjoni tista' tfisser ukoll li l-aqwa mħuħ tal- partit li m'għadhom jidhru mkien jew tnaffru jinġiebu lura: l-eks Segreatarju Ġenerali Joe Saliba, l-eks Ministru Joe Borg, l-eks Ministru Tonio Fenech, l-eks Ministru Louis Galea, ix-xandar David Thake u diversi Kunsilliera li f 'din l-elezzjoni baqgħu d-dar. Rikonċiljazzjoni se tfisser illi jerġgħu jinbnew pontijiet