Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

ILPRESIDENT tal- Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Mark Anthony Sammut irreżenja mill- kariga fl-istess ġurnata illi tlaqqa' l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista biex jiddiskuti co-option fil-Parlament, wara li David Stellini rreżenja minn Deputat tal- PN. F'messaġġ b'saħħtu ħafna lill-midja, fil-bieb tad-Dar Ċentrali, Sammut, sostna illi r-riżultat "diżastruż" li kiseb il-PN f 'dawn l-elezzjonijiet "ikisser kull mandat li għandha t-tmexxija tal- partit. Kien x'kien il-mandat, illum b'dan ir-riżultat, huwa irrelevanti." Din kienet l-ewwel u l-aktar stqarrija b'saħħitha fil-PN minn meta kienu mħabbrin ir-riżultati ħżiena ħafna tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali illi raw lill-PN jitlef b'distakk ta' 43,000 u 47,000 vot rispettivament. Imma Sammut ma waqafx hemm u kompla jinsisti illi l-poplu se jagħti l-ġudizzju tiegħu u se jara min verament qed jaħdem għall-partit u min qed jaħdem għalih innifsu. Sammut sostna illi fil-PN bħalissa hemm klima negttiva fejn min jiftaħ ħalqu huwa msejjaħ traditur. "Ma nistax noqgħod nistenna lill-partit jieħu tkaxkira oħra u jekk tgħallimt xi ħaġa f 'dan il- partit kienu dejjem l-irġulija u d-diċenza." Kien hawn li Sammut sostna illi d-diċenza titlob li dan ir-riżultat ikisser il-mandat lit-tmexxija tal-PN. Hu qal li l-agħar ħaġa li tista' ssir hija li l-partit jirrifjuta li jaċċetta r-realtà. "Din hija l-ewwel darba li l-partit ma żammx il-voti ta' dawk li dejjem ivvutawlu u l-ewwel darba li tilef b'ditsakk ta' 16%." "Is-surveys kellhom raġun! Ma noqogħdux nippruvaw ngħattu x-xemx bl-għarbiel. Huwa insult li nippruvaw inpinġu dan ir-riżultat bħala suċċess meta mqabbel mas- surveys," saħaq Sammut f 'referenza indiretta għal Clyde Puli. "Huwa insult li nifirħu illi aħna t-tieni l-akbar partit. Irridu nieqfu ngħaddu lin-nies biż-żmien." Huwa temm jgħid li l-PN jeħtieġ joħroġ mis-sitwazzjoni li jinsab fiha sabiex dawk li jridu jibnu l-partit mill-ġdid jersqu 'l quddiem. 'Qed nikkunsidra l-pass li jmiss...' - Chris Said Mhux wisq ħin wara li Mark Anthony Sammut għadda messaġġ skjaċċanti kontra t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u rriżenja mill- kariga fil-PN, id-Deputat Għawdxi Chris Said indika li anke hu qed jieħu ċerti kunsiderazzjonijiet wara li minflok l-Għawdxi Kevin Cutajar kien co-opted Jean Pierre Debono. Said, sostna ilbieraħ illi "Għawdex għandu bżonn il- ħaddiema fl-għalqa. Għandna ħafna fejn nkomplu naħdmu. Ir-riżultati tal-Kunsilli Lokali f 'Għawdex kienu xaqq ta' dawl f 'bosk mudlam. Bla dubju li f 'dan il-mument deputat ieħor Għawdxi jagħti spinta biex nkomplu x-xogħol enormi li għandna f 'din il-gżira ... Barra minn hekk sakemm niftakar jien kull meta saret co-option il-partit dejjem mexa' li din tkun mill- istess distrett." Said ġab eżempju tal-2004 meta saret co-option wara li Josef Bonnici kien nħatar Awditur fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri, meta minkejja li hu kien ġab ħafna voti u kien hemm deputat inqas minn Għawdex, xorta kienet co- opted persuna mid-distrett ta' Bonnici. "Fl-aħħar jumejn mijiet ta' Għawdxin kellmuni u insistew miegħi li jkun żball enormi jekk il-Partit 'jarmi' lil Għawdex f 'din is- sitwazzjoni. Qed nwassal ukoll il-pożizzjoni ta' dawn l-eletturi Għawdxin," sostna qabel il-vot tal-lum. Ftit tal-ħin ilu Said qal li jinsab iddiżgustat bil-co-option ta' Jean Pierre Debono u qal li qed jikkunsidra l-pass li jmiss. 3 Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum Aħbarijiet Jirriżenja mill-Eżekuttiv tal-PN u jgħid li t-tmexxija m'għadx għandha mandat biex tmexxi IL-KARTI TAL-FLUS IL-ĠODDA TAL-EURO Il-karti tal-flus il-ġodda tal-€100 u l-€200 ġew introdotti fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro fit-28 ta' Mejju 2019. Huwa importanti li tiffamiljarizza ruħek mal-karatteristiċi tas-sigurtà billi tuża l-metodu ħoss, ħares u mejjel. KARATTERISTIĊI ĠODDA TAS-SIGURTÀ META TMEJJEL IL-KARTI TAL-FLUS Numru aħdar żmerald in-numru żmerald juri simboli tal-€ Ologramma satellitari simboli żgħar tal-€ jiċċaqalqu madwar in-numru IL-KARTI TAL-FLUS ATTWALI TAL-€100 U L-€200 SER JIBQGĦU VALUTA LEGALI KARATTERISTIĊI OĦRA TAS-SIGURTÀ 2 3 2 5 6 1 6 4 Stampar imqabbeż Watermark bil-wiċċ Strixxa olografika Tieqa bil-wiċċ 6 6 1 1 2 2 3 3 4 4 5 5 28 TA' MEJJU 2019 www.centralbankmalta.org www.ecb.europa.eu/banknotes Il-President tal-Eżekuttiv tal-PN jirriżenja u jgħid li r-riżultat elettorali "kisser il-mandat" tat-tmexxija tal-PN ħafna fejn nkomplu naħdmu. Ir-riżultati tal-Kunsilli Lokali deputat ieħor Għawdxi jagħti spinta biex nkomplu x-xogħol meta saret co-option il-partit dejjem mexa' li din tkun mill- Said ġab eżempju tal-2004 tal-Awdituri, meta minkejja li hu kien ġab ħafna voti u kien il-Partit 'jarmi' lil Għawdex f 'din is- sitwazzjoni. Qed nwassal ukoll il-pożizzjoni ta' dawn l-eletturi Għawdxin," sostna qabel il-vot tal-lum. Ftit tal-ħin ilu Said qal li jinsab iddiżgustat bil-co-option ta' Jean Pierre Debono u qal li qed jikkunsidra l-pass li jmiss. għandha mandat biex tmexxi Il-President tal-Eżekuttiv tal-PN jirriżenja u jgħid li r-riżultat elettorali

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019