Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
Sports 30 illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 KAYNE Said mhuwiex isem ġdid fil-futbol Malti, fejn dan l-istaġun kien wieħed tassew memorabbli għalih għaliex laħaq tragward li ftit biss irnexxielhom jilħquh qablu. Said, li llum għandu 33 sena, lagħab ma' diversi klabbs fl-Ewwel, fit- Tieni u fit-Tielet Diviżjoni matul il-karriera tiegħu s'issa. Kayne Said huwa biss l-għaxar plejer fuq il-gżejjer Maltin li matul il-karriera tiegħu rnexxielu jilgħab aktar minn 100 logħba fit-Tieni u fit- Tielet Diviżjoni. Tragward tassew ta' suċċess u li mlieh b'esperjenza liema bħalha. Għalih il-qalb, l-irġulija u l-umiltà huma ferm aktar importanti mit-talent! Skont Said dawk it- tliet doni jagħmluk rispettat minn kulħadd! L-istaġun li għadda kien is-sitt staġun tiegħu ma' Dingli Swallows fejn tħabtu għat-tielet post fit-Tielet Diviżjoni. Ta' min insemmu li matul l-istaġun li għadda, eżattament kontra Mdina (9 ta' Frar 2019 Draw ta' 2-2), Said laħaq ukoll it-tragward ta' 100 preżenza bil-flokk ta' Dingli Swallows. Tragward ta' prestiġju, kemm għalih personali u kif ukoll għall-klabb ta' Dingli Swallows. Fil-logħba ta' wara dik kontra Mdina, eżattament kontra Għargħur (16 ta' Frar Rebħa ta' 3-1), Said laħaq ukoll it-tragward ta' 100 preżenza fit-Tielet Diviżjoni taħt il-ħarsien tal- kowċ Marco Buttigieg. Lura fl-2015 Kayne Said lagħab ukoll il-100 logħba tiegħu fit-Tieni Diviżjoni, eżattament ma' Dingli Swallows taħt il-ħarsien ta' Roland Sollars u Marco Buttigieg kontra l-eks klabb tiegħu Mellieħa (1 ta' Frar 2015 Telfa ta' 0-1) fejn irnexxilu jiskorja aktar minn 20 gowl f 'dan il-livell. B'kollox Said iħaddan 109 preżenzi fit-Tieni Diviżjoni. Rekord ta' apparenzi fit-Tieni Diviżjoni: 06/07 Rabat Ajax FC - 22 apparenza; 07/08 Rabat Ajax FC - 22 apparenza (inkluża Decider); 08/09 Mellieħa SC – 11-il apparenza; 09/10 Rabat Ajax FC - 10 apparenzi,; 11/12 Attard FC - tmien apparenzi; 13/14 Dingli Swallows FC – 14-il apparenza; 14/15 Dingli Swallows FC – 13-il apparenza. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien ġej minn "familja ta' futbol'' - il-familja Said. Hekk kif kemm in-nannu tiegħi kif ukoll missieri kellhom irwol ferm attiv fil-futbol Malti. In-nannu Pawlu Said huwa leġġenda għat-tim tar-Rabat, fejn lagħab tmien staġuni konsekuttivi fl-Ewwel Diviżjoni (ekwivalenti għall-Premier tal-lum), barra perjodu li huwa għamel f 'Sydney, l-Awstralja (1964-1969). Missieri Pawlu Said, flimkien ma' ħuh Albert Said kienu plejers ta' Santa Venera bejn is-Snin Sebgħin u d-Disgħinijiet. Imbagħad hemm iz-ziju ''ż-żgħir'', Stephen Said, li għadu l-aqwa skorer għat-tim ta' Santa Venera b'75 gowl taħt ismu. Anke z-ziju Mark Said saħansitra kellu preżenzi mat-tim nazzjonali taħt is-16-il sena fil-bidu tat- Tmeninijiet meta kien plejer ta' Santa Venera. Jien trabbejt fil-lokalità tal-Imtarfa u bdejt nilgħab il-futbol fl-età ta' ħames snin meta missieri Pawlu Said iddeċieda li jirreġistrani mat- tim ta' Rabat Depiro Youth Nursery. Hemmhekk, mill-ewwel urejt li kont se nkun talent Rabti fil-futbol Malti. Bqajt tiela' sal-livell tal-minors taħt il-ħarsien tal-kowċis Joe Bugeja, Keith Genovese u Carmelo Camilleri, fejn fl-aħħar staġun tiegħi mal-istess minors ta' Rabat Ajax permezz tal- gowls tiegħi (aktar minn 25 gowl) u l-prestazzjonijiet ferm tajbin tiegħi kont saħansitra nnominat għall-unur tal-Aqwa Plejer tal-Youth FA. Meta għamilt id-debutt ma' Rabat Ajax? Għamilt id-debutt tiegħi mat-tim tal-kbar ta' Rabat Ajax fl-età ta' 19-il sena fl-istaġun 2005-2006 (l-uniku staġun li r-Rabat għamlu fit-Tielet Diviżjoni) eżattament fil-logħba tan-KO Tieni u Tielet Diviżjoni kontra Ħal Qormi fir-rebħa ta' 1-0 fil-5 ta' Settembru 2005. Irnexxieli niskorja l-ewwel gowl tiegħi fit-tieni logħba uffiċjali tiegħi mal-kbar fl- istess kompetizzjoni kontra Santa Venera fir-rebħa ta' 3-1. Matul dak l-istaġun, taħt il-gwida tal-kowċ Joe Gerada, ir-Rabat irnexxielhom jirbħu l-promozzjoni lura għat-Tieni Diviżjoni wara li rebħu lil Santa Luċija 1-0, lis-Sirens 1-0 u lil Gżira United 4-1 fil-Promotion Play-off. Kif komplejt tevolvi mar-Rabtin? Mill-ewwel sirt plejer popolari mal-Ajax. Fl-istaġun ta' wara fit- Tieni Diviżjoni, skorjajt 14-il gowl, ''Għalija l-qalb, l-irġulija u l-umiltà huma ferm aktar importanti mit-talent'' Cristian Antony Muscat Kayne Said - l-għaxar plejer fl-istorja tal-futbol Malti li laħaq 100 preżenza kemm fit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni, fejn matul il-karriera tiegħu tgħallem jilgħab f'kull pożizzjoni. Matul l-aħħar staġun laħaq ukoll it- tragward ta' 100 logħba bil-flokk ta' Dingli Swallows Huwa l-għaxar plejer fl-istorja tal-futbol Malti li laħaq 100 preżenza kemm fit-Tieni u t-Tielet Diviżjoni. Matul il-karriera tiegħu tgħallem jilgħab f 'kull pożizzjoni. Matul l-istaġun li għadda laħaq ukoll it- tragward ta' 100 logħba bil-flokk ta' Dingli Swallows. KAYNE SAID F'dan il-punt tal-karriera tiegħi nixtieq nirringrazzja lil marti Nadine, lil missieri Pawlu Said, lill-familja kollha, kowċis u plejers għall-appoġġ li dejjem urewni " "