Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 RIĊENTAMENT, kontinġent tal-Malta Darts Association irritorna mir-reġjun tal- Katalunja fi Spanja wara li ħa sehem fit-18-il edizzjoni tal- Mediterranean Cup. It-tim tal-irġiel kien kompost minn Norbert Attard, John Agius, Albert Scerri u Godfrey Abela mmexxi minn Marvic Micallef bħala manager waqt li t-tim tan-nisa kien kompost minn Althea Ciantar u Amy Abela u David Brydon bħala manager. Tony Tonna u Chris Bailey kienu l-markers uffiċjali. Il-Ħamis 9 ta' Mejju, it-tim tal- irġiel lagħab kontra l-Katalunja (4-2), Rumanija (8-9) u Gibiltà (9-3) waqt li dak tan-nisa tilef mat-Turkija 1 (1-4), Franza 2 (2-4), Katalunja Ħomor (3-4) u rebħu kontra r-Rumanija (4-3). Il-Ġimgħa 10 tax-xahar kien hemm il-logħob individwali fejn fi Grupp A Albert Scerri wasal sas-Semi Finali b'rebħiet kontra Onur Yilmaz tat-Turkija (4-3), Valero Gasca (4-1) ta' Spanja u r-Rumen Adrian Frim (4-3). Fi Grupp B John Agius rebaħ ma' Sergio Garrido tal-Katalunja (4- 0) u ma' Alexandru Stoian (4-3) tar-Rumanija però tilef fil-Kwarti tal-Finali kontra Jose Castillo (0-4) ta' Spanja. Fi Grupp C Norbert Attard tilef mal-Ispanjol Fernando Lopez (3-4) u fl-aħħar fi Grupp D Godfrey Abela tilef mar-Rumen Laszlo Kadar bl- istess riżultat. Għan-nisa, kemm Althea kif ukoll Amy iltaqgħu mar-Rumeni Monica Dan u Oana Birsan rispettivament. Amy tilfet il- logħba tagħha (2-4), filwaqt li Althea waslet sal-Kwarti tal- Finali. Waranofsinhar kien hemm il-logħob tal-pari fejn il-koppja Norbert Attard/Godfrey Abela rebħu kontra Gultekin / Subasi (4-1) tat-Turkija però tilfu fir- rawnd ta' wara kontra Georgiou / Kapnisis (3-4) ta' Ċipru, filwaqt li John Agius / Albert Scerri tilfu l-logħba tagħhom kontra r-Rumeni Frim / Pascaru (1-4). Ta' min jinnota li Tony Tonna rebaħ it-tournament organizzat għall-Markers. Is-Sibt 11 ta' Mejju Team Malta rebħu s-Semi-Finali kontra Spanja (9-5). Albert Scerri u Althea Ciantar, it-tnejn tilfu s-Semi-Finali rispettiva tagħhom. Fil-finali, it-tim Malti ltaqa' kontra t-tim b'saħħtu tar- Rumanija u għalkemm kien hemm ħafna logħob li seta' mar kull naħa, ir-Rumeni ħarġu rebbieħa (9-2). It-tim irritorna b'erba' midalji tal-fidda u tnejn tal-bronż. illum Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Kontinġent tal-Malta Darts Association jikseb suċċess fil-Mediterranean Cup

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019