Illum previous editions

ILLUM 2 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Delia huwa l-Kap, Delia responsabbli! F'demokrazija l-isbaħ ħaġa, jew waħda mill-isbaħ affarijiet hija l-alternanza tal-poter, jiġifieri sitwazzjoni fejn partit ikollu oppożizzjoni b'saħħtiha, b'direzzjoni u bi skopijiet ċari, ġenwini u pożittivi li lesta biex tieħu l-Gvern u tkompli toħloq il-ġid, tkabbar l-orizzonti ta' dan il-pajjiż u ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-poplu. Illum. dan mhux il-każ f 'pajjiżna. Illum, forsi għall- ewwel darba f 'ġenerazzjonijiet sħaħ, għandna Gvern li sar qawwa elettorali kbira, b'popolarità stratosferika u oppożizzjoni mkissra, bla direzzjoni u abbandunata minn eluf kbar ta' attivisti u votanti li sa ftit snin ilu kienu jidentifikaw magħha. Ejja nagħmlu żewġ affarijiet ċari. Din it-telfa rekord mill-1947, ilha ġejja. Din l-emorraġija ilha għaddejja fil-PN minn mindu l-istess partit daħħal lil pajjiżna fl- Unjoni Ewropea (ara paġni 5, 6 u 7 għal aktar dwar il-kuntest u t-telf tal-PN fl-aħħar 16-il sena). Jiġifieri huwa vera, li wieħed ma jistax jitfa t-tort kollu ta' dan l-akkumulazzjoni ta' telf qawwi u umiljanti fuq Adrian Delia. Hemm parti mit-tort, jgħid x'jgħid f 'paġni 12 u 13 ta' din il-gazzetta, li għandu jaqa' fuq riġlejn Lawrence Gonzi: l-arroganza li ħalla tikber, id-deċiżjonijiet oxxeni bħall-użu tal-Heavy Fuel Oil u l-estenjoni taż- żoni tal-iżvilupp u l-fatt illi ħafna mill-Ministri ġew assolutament jaqgħu u jqumu mill-bżonnijiet tan- nies, kemm iġġustifikati u anke jekk le. Jiġifieri tajjeb li issa mill-pulptu komdu, l-eks Prim Ministru jagħti l-prietki fuq x'għandu jsir fil-PN, imma tajjeb jiftakar ukoll li parti mill-problema tal-lum ħoloqha hu stess ilbieraħ! Imma dan ma jfissirx li Delia u dawk ta' madwaru jistgħu jaħslu jdejhom u jippretendu li qisu ma ġara xejn u li għada jisbaħ jum ġdid u kollox ward u żahar. Din it-telfa kbira, kemm fl-elezzjoni tal- Parlament Ewropew kif ukoll fl-elezzjoni tal-Kunsilli lokali kienet umiljazzjoni u messaġġ lil Delia u dawk li hu għażel biex imexxu lill-PN. Umiljazzjoni għax hija l-akbar telfa li qatt sofra l-PN mill-Indipendenza lil hawn u l-akbar li qatt sofra kemm ilhom jeżistu l-Kunsilli Lokali. L-umiljazzjoni li kellhom jgħaddu minnha l-aġenti tal-PN u n-Nazzjoanlisti inġenerali kienet kerha u kienet imġebbda għal ġimgħa sħiħa ta' telfa wara telfa wara telfa. Din l-umiljazzjoni ma kienet xejn jekk mhux riżultat ta' qasma totali fil-PN, li din il-gazzetta ilha tirrapporta dwarha. Meta bdejna nirrapportaw dwarha wħud bdew jgħidu li huwa 'gideb', 'tixwix' u 'aġenda moħbija' ta' din il-gazzetta. Wara din l-elezzjoni qed ikunu n-Nazzjonalisti stess li jaċċettaw illi l-Partit maqsum u li hemm min qed jaħdem direttament kontra t-tmexxija. S'hemmhekk Delia huwa l-vittma. Imma fl-aħħar mill- aħħar hu l-Kap, huwa f 'idejh biex jgħum l-ibħra mqallbin u jagħmel dak li jidher impossibbli. Huwa f 'idejh li jikkalma r-rabja, huwa f 'idejh illi jara illi l-partit ikun rikonċiljat biex jersaq quddiem il-poplu bħala ħaġa waħda, huwa f 'idejn Delia li jressaq iż-żewġ poli lejn xulxin u jagħtihom raġuni tajba għalfejn għandhom jingħaqdu. Dan Delia m'għamlux, anzi huwa ċar aktar minn qatt qabel li Delia ma jista' qatt ikun dak il-fattur li jgħaqqad u ma jista' qatt ikun il-kolla li twaħħad dawk il-poli flimkien u ma jista' qatt ikun ir-raġuni għalfejn eluf u eluf kbar ta' Nazzjonalisti jerġgħu jersqu lejn il-partit. U mhux biss il-firda imma wkoll il-kampanja elettorali tal-PN. Min ħa ħsiebha l-kampanja? Min ta l-parir li ġimagħtejn minn erbgħa għandhom ikunu ffukati fuq l-abort? Għalfejn ħa dan il-parir Delia? Filwaqt li l-Labour u Joseph Muscat kienu għaddejjin gass mal-pjanċa jikkonvinċu, il-PN kien qed jinħela jitkellem fuq kwistjoni li lanqas qatt ma dehret fil-lista tal- preokupazzjonijiet tal- elettorat. Dawn kollha deċiżjonijiet ħżiena li wasslu għar-riżultati li rajna. Prattikament, fil-Kunsilli l-PL mesaħ lill-PN 'il barra mill-mappa. U allura xi ħadd jeħtieġ iġorr ir-responsabbilità u dak ix-xi ħadd mhu ħadd ħlief Adrian Delia. Delia huwa l-Kap u kif ngħidu bl-Ingliż 'the buck stops with him'. Huwa f 'idejh li jew iwarrab jew inkella, lil hinn mill-paroli, jara kif se jwettaq operazzjoni urġenti fil-PN. Jekk il-PN u speċjalment Delia, se jkomplu jġibu ruħhom daqslikieku ma ġara xejn, kif fil-fatt kien hemm min ġab ruħu f 'dawn il-ġranet, ikunu biss ħatja għat-tkissir tal-Partit Nazzjonalista u jibqgħu mfakkrin bħala l-agħar ġenerazzjoni ta' mexxejja li qatt kellu dan il-partit. Il-mument huwa issa. Jew issa jew tliet snin oħra ta' umiljazzjonijiet, telf u ġlied. Imma l-PN jiflaħ għal tliet snin oħra ta' dan? Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 June 2019