Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
ma' dawk li ffurmaw il-koalizzjoni Nazzjonalista li daħħlet lil pajjiżna fl-UE; il-Korpi Kostitwiti kollha, l-impjegaturi u b'mod speċjali l-midja bl-Ingliż (partikolarment The Times) illi dejjem kienu ta' spalla għall-PN u l-politika tiegħu. Jekk il-PN mhux se jirnexxilu jġib lil Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi, Kristy Debono, David Casa u Frank Psaila, biex insemmu ftit, taħt umbrella waħda, il-PN se jibqa' jitlef elezzjoni, wara oħra wara oħra. Raġuni 4: kampanja fqira ċċentrata mal-abort Naturalment kull kampanja elettorali għandha effett fuq ir- riżultat anke jekk f 'dan il-każ id-distakk tant kien tant kbir li probabilment anke kieku l-Partit Nazzjonalista kellu l-aqwa kampanja possibbli xorta kien jitlef din l-elezzjoni. Wieħed mill-iżbalji strateġiċi tal-kampanja kienet li l-Partit Nazzjonalista ffoka ħafna fuq l-abort, tant li Delia semmieh għal ftit jew ħafna ħin fl-aħħar ġimagħtejn u nofs tal- kampanja elettorali. Infakkru illi pereżempju fid-diskors li kien għamel Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fil- Mellieħa kien kollu diskors riservat għas- suġġett tal- abort. Dan l-enfasi fuq l-abort għandu żewġ problemi: l-ewwel nett il-Gvern mhux qed iwiegħed li se jdaħħal l-abort anzi diversi esponenti tiegħu għal diversi drabi ċaħdu dan. Allura meta Delia għamel din l-elezzjoni, fi kliemu referendum dwar l-abort kien qed jidher illi qed jiġġieled kwistjoni li għadha mhix qiegħda fuq l-aġenda tal-poplu, tant hu hekk illi b'telfa ta' 43,000 vot qajla wieħed jista' jgħid li dan kien xi referendum fuq l-abort. Il-probabbilità hija li kieku verament isir referendum dwar l-abort id- distakk ikun bil-wisq inqas, jekk mhux ma jgħaddix ukoll. Dan ifisser illi l-maġġoranza tal-poplu ma tantx tat kredibbilità lill-idea ta' Delia dwar l-abort. Aktar minn hekk, il-Life Network Foundation li espressament taħdem kontra l-abort ukoll ħarġet tikkritika lil Delia u l-istqarrija tiegħu dwar referendum. Dan ifisser li dan ir- riskju assolutament ma ħadimx. It-tieni nett, meta l-PN iffoka tant fuq l-abort meta kellu quddiemu kwistjonijiet tant iktar importanti bħall-kirjiet, il-pagi, it-trasport pubbliku, il-faqar u l-governanza, fost oħrajn ta l-impressjoni li verament jinsab f 'paniku. Huwa vera li s-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) qed iwiegħdu d-drittijiet riproduttivi u l-abort però huwa vera wkoll li l-PL qatt ma ħa pożizzjoni favur l-abort u huwa vera wkoll li din tibqa' materja strettament nazzjonali. Fil-fatt, mhux talli l-abort mhux kwistjoni ta' responsabbilità Ewropea talli biex isir hekk trid tgħaddi mill- Kunsill, jiġifieri mill-Prim Ministri kollha tal-istati membri kollha, b'unanimità. L-abort qatt ma kien fil-lista ta' kwistjonijiet li l-poplu qed jinkwieta dwarhom. Fil-fatt fl-aħħar sondaġġ tal-Mediatoday f 'dan ir-rigward l-iktar kwistjonijiet importanti kienu MEPs li lesti jiddefendu isem Malta (26.1% tal-parteċipanti), l-ebda kwistjoni (21%), MEPs kapaċi (9.6%), l-ambjent (6.9%) u l-immigerazzjoni illegali (6.4%). L-inqas kwistjonijiet importanti kienu l-pagi baxxi (2.3% tal- parteċipanti), messaġġ lill- Oppożizzjoni (2.1%), kontinwità (1.4%), kirjiet (0.2%) u traffiku u toroq (0.2%). Jiġifieri minn lista ta' 16-il kwistjoni li l-parteċipanti qatt ma semmew l-abort, turija illi din il- kwistjoni m'għamlet ebda effett fuq ir-riżultat aħħari. Raġuni 5: nuqqas ta' ħeġġa fost l-għeruq tal-partit Il-ħames raġuni għat-telfa tal-PN hija n-nuqqas kroniku ta' ħeġġa fost l-għeruq tal-Partit Nazzjonalista. Dan in-nuqqas ta' ħeġġa deher primarjament fl-attendenzi mill- ifqar illi kellu l-PN għall-attivitajiet tiegħu 'Taħt it-tinda'. Dan ovvjament kompla jsaħħaħ l-idea u l-perċezzjoni illi l-partit huwa nieqes min-nies u li n-nies mhumiex kuntenti bid-direzzjoni tal-PN. Bir- riżultat issa, dik il-perċezzjoni hija msaħħa. Jidher illi l-PN kellu diffikultà jsib ukoll biżżejjed nies biex jaħdmu fil- proċessi elettorali. Din in-nuqqas ta' ħeġġa kienet ikkonfermata fl-elezzjoni ta' nhar is-Sibt 25 ta' Mejju li fiha eluf kbar ta' Nazzjonalisti jew ma ġabrux il-vot jew ma marrux jivvutaw speċjalment f 'Tas-Sliema, San Ġiljan u s-Swieqi, ilkoll fortizzi Nazzjonalisti. Raġuni 6: Joseph Muscat Is-sitt u l-aħħar raġuni hija lil hinn mill-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, sa ċerta punt. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista huwa avversarju formidabbli u kważi impossibbli li jingħeleb. Filwaqt li l-kampanja tal-Partit Nazzjonalista kienet qed tiffoka fuq l-abort kważi b'repetizzjoni monotona, kellek lil Muscat li fl-aħħar ġimagħtejn ta ż-żejt lill-magna u ta spinta lill- qawwa tad-diskorsi tiegħu. L-aħħar ġimagħtejn tal-kampanja Muscat kellu diskorsi mirqumin tajjeb li wassal b'ħila impekkabbli. Dan kollu m'għen xejn lill-PN li kien qed jiġġieled il-kampanja fuq kwistjoni, li kif rajna ma kienet kważi fuq moħħ ħadd. Muscat kellu warajh magna qawwija u effiċjenti ta' propoganda tal-Gvern u tal-partit, li infiltrat f 'kull settur ta' votanti inkluż u speċjalment fost iż-żgħażagħ. Jidher ċar illi Muscat rebaħ kif rebaħ, minkejja li sezzjoni ta' Laburisti ma vvotawx, għax baqa' jirnexxilu jattira voti ġodda lejn il- Partit Laburista. Kuntrarjament għal dan il-PN ilu jsofri minn emorraġija elezzjoni wara oħra li ma kinitx mibdula b'demm ġdid. Konklużjoni Lil hinn mill-attitudni rresponsabbli tal-'business as usual' ta' ċerti uffiċjali tal-partit il- konklużjoni ta' dan ir-rapport qasir hija din: Delia jeħtieġ itajjar lil min tah l-idea li l-abort għandha tieħu post ċentrali fil-kampanja elettorali. Ċarament dan kien riskju li ma tax frott. Adrian Delia jeħtieġ jirrealizza li hu ma jistax joffri r-rikonċiljazzjoni li l-PN tant għandu bżonn u allura jekk ma jiddeċidix hu li jitlaq ikollu jsib lil xi ħadd biex imexxi r-rikonċiljazzjoni. Dan jeħtieġ ikun persuna ta' stoffa, kredibbli, ta' esperjenza, li qatt ma pparteċipa f 'xi ħaġa marbuta ma' fazzjoni jew oħra tal-PN u xi ħadd li għandu esperjenza fil-medjazzjoni politika. U finalment dwar Muscat huwa importanti li l-PN ma jagħmilx l-iżball li jaħseb illi dan id-distakk se jisparixxi awtomatikament sempliċiment għax Joseph Muscat ma jibqax Prim Ministru u Mexxej Laburista. Il-Partit Laburista issa kiber biżżejjed u qed jiġbed lejh l-interessi wiesgħa u dojoq ta' tant nies li xorta se tkun diffiċli li jkisser l-eġemonija Laburista. 7 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum Nazzjonalista kellu l-aqwa kampanja possibbli xorta kien jitlef din l-elezzjoni. Wieħed mill-iżbalji strateġiċi tal-kampanja kienet li l-Partit Nazzjonalista ffoka ħafna fuq l-abort, tant li Delia semmieh għal ftit jew ħafna ħin fl-aħħar ġimagħtejn u nofs tal- kampanja elettorali. Infakkru illi pereżempju fid-diskors li kien għamel Adrian Delia l-Ħadd filgħodu fil- Mellieħa kien kollu diskors riservat għas- suġġett tal- abort. Dan l-enfasi fuq l-abort għandu żewġ problemi: l-ewwel nett il-Gvern mhux qed iwiegħed li se jdaħħal l-abort anzi diversi esponenti tiegħu għal diversi drabi ċaħdu dan. Allura meta Delia għamel din l-elezzjoni, fi kliemu referendum dwar l-abort kien qed jidher illi qed jiġġieled kwistjoni li għadha mhix qiegħda fuq l-aġenda tal-poplu, tant hu hekk illi b'telfa ta' 43,000 vot qajla wieħed jista' jgħid li dan kien xi referendum fuq l-abort. Il-probabbilità hija li kieku verament isir referendum dwar l-abort id- distakk ikun bil-wisq inqas, jekk mhux ma jgħaddix ukoll. Dan ifisser illi l-maġġoranza tal-poplu ma tantx tat kredibbilità lill-idea ta' Delia dwar l-abort. Aktar minn hekk, il-Life Network Foundation li espressament taħdem kontra l-abort ukoll ħarġet tikkritika