Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
13 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum Ħafna qed jitfgħu t-tort f 'saqajn dik li qed tissejjaħ 'il-fazzjoni ta' Simon Busuttil.' Inti dejjem żammejt lura u ma kkummentajtx, iżda ċert li taf x'inhi s-sitwazzjoni fil-PN. Vera teżisti din il-firda fil-Partit Nazzjonalista. Taħseb li 'l-fazzjoni ta' Busuttil' taħti għar-riżultat li ġarrab il-Partit Nazzjonalista? Kull Partit Politiku huwa koalizjoni ta' ideat u sta għal min qiegħed imexxi biex jipprova jiġbed sintesi u jwassal għal riżultat li jkun aċċettat minn kulħadd. Jiena personalment għext ċirkostanzi bħal dawn u anke aktar diffiċli minn dawn. Kultant jirnexxilek u kultant le. Intenni li fl-opinjoni tiegħi r-riżultat ta' din l-elezzjoni jirrappreżenta reazzjoni ta' faxxa ta' votanti nazzjonalisti għal issues differenti u li minħabba fihom għażlu li ma jivvutawx. Meta inti rriżenjajt fl-2013, inti għażilt li ma tibqax fil-Parlament. Taħseb li kienet għaqlija d-deċiżjoni ta' Simon Busuttil li jibqa' fil- Parlament? Ma tħossx li dan kien xkiel għal Adrian Delia? Kif diġà weġibtek għat-tieni mistoqsija, iċ-ċirkostanzi jkunu differenti u għalhekk kulħadd jieħu d-deċiżjoni li jaħseb li hi l-aħjar fiċ- ċirkostanzi li jkun qiegħed jiffaċċja. Hawn min jisħaq ukoll illi li kieku l-Partit Nazzjonalista ma rebaħx l-elezzjoni tal-2008, fi żmien meta inti kont Prim Ministru, l-istorja kienet se tkun ħafna aktar differenti. Ma taħsibx li l-fatt li l-PN għamel ħames snin oħra fil-Gvern, kompliet iżżid l-antipatija tal-elettorat lejn il-PN? Ma taħsibx li kieku llum, is- sitwazzjoni tal-PN hija ħafna aħjar? Jista' jkun iva u jista' jkun le. Jista' jkun li l-PN kien ikun aħjar imma l-pajjiż agħar. Il-verità hi li fil-ħajja ħadd minna ma għandu l-lussu li jdawwar l-arloġġ lura jew li jbiddel dak li ġara fl-imgħoddi. L-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu huwa li nitgħallmu mill-iżbalji bħalma nitgħallmu mis-suċċessi li kellna. Inħalli l-ispekulazzjoni dwar il-passat għal min għandu l-ħin x'jaħli. Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar elezzjonijiet, u jneħħi l-maġġoranza żgħira tal-2008, il-PN ilu ma jirbaħ elezzjoni b'maġġoranza komda mill-2003. Allura ma taħsibx li l-problema hija waħda aktar fundamentali? Il-PN qed jinjora dan? Le. Ma naqbilx. L-għan aħħari fil-politika mhuwiex biss li tirbaħ l-elezzjonijiet imma li ssarraf ir-rebħa f 'ġid għal poplu Malti u Għawdxi. Il-PN fil-Gvern irnexxielu jwassal lill-pajjiż fejn hu llum u kontra dawk kollha li għamlu minn kollox biex jagħżlu triq oħra. Ġibna s-sħubija fl-Unjoni Ewropeja u llum minn kien kontra sar jaqbel magħna. Ġibna l-munita Ewropea u llum min kien kontra sar jaqbel magħna. Ftaħna l-ekonomija tagħna għas-suq Ewropew u llum minn kien kontra sar jaqbel magħna. Ġibna l-biljuni mill-Unjoni Ewropea u llum min kien kontrina qed igawdi minnhom. X'inhu l-aħjar li tirbaħ anke bi ftit u tagħmel isem tajjeb għal pajjiżek, jew li tirbaħ bil-ħafna u ċċappas lil pajjiżek b'fama dubjuża? Ngħiduha kif inhi, mingħajr dawk ta' Delia jew dawk ta' Busuttil, il-Partit Nazzjonalista jibqa' partit b'saħħtu iżda ma jistax jirbaħ elezzjoni. Wara din it-telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista, x'taħseb li għandha tkun it-triq 'il quddiem? Il-PN se jqum minn din id-daqqa, jew kienet waħda mortali? X'għandu jagħmel il-PN biex jerġa' jkun il- partit tal-maġġoranza? Il-PN għandu jagħraf l-isfidi li għandu quddiemu, isib il- kompromess intern biex l-attenzjoni sħiħa tiegħu ddur fuq is-sustanza tal-politika: dik li sserraħ ras in-nies li bi-PN fil Gvern, il-poplu Malti jibqa' jgawdi l-ġid mingħajr ma jitlef ġiehu. Mhux l-ewwel darba li ssemmiet il-qasma tal-Partit Nazzjonalista. Kien hemm Deputati stess, li ma għandhomx fiduċja f 'Delia, li semmew miegħi din il-probabbilità. Possibbli? Taħseb li dan jista' jseħħ? Le. Jiena għandi fiduċja li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jagħraf li qiegħed fil-politika b'servizz lejn il-Partit u l-pajjiż u mhux f 'servizz lejn l-ambizzjonijiet personali. U jekk Delia jiddeċiedi li jibqa' akkost ta' kollox? X'jista' jiġri? Il-PN jista' jirbaħ? Jien m'iniex profeta. Li nista' nagħmel biss hu li nagħti l-opinjoni tiegħi u anke jekk din ma tiġix aċċettata, xorta nibqa' nara kif nista' ngħin u nappoġġja dawk il-valuri, prinċipji u programmi li jiena nemmen fihom. aktar diffiċli minn dawn' Emmint li kelli d-dover inwarrab u nħalli lill-kap il-ġdid imexxi hu kif l-aħjar jidhirlu, mingħajr il-periklu li n-nies jaħsbu li d-dell tiegħi għadu jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-Partit "