Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 10 VotEWROPA 2019 Minn Liam Carter ĠIMGĦA wara li l-maġġoranza tal-Ewropew ħarġu jivvutaw sabiex jeleġġu r-rappreżentati tagħhom fi Brussell, il-gazzetta ILLUM tanalizza r-riżultat fit-totalità tiegħu. Fost l-affarijiet li ta' min wieħed jinnota huma l-kisbiet li għamlu l-Ħodor fl-Ewropa, il-maġġoranza li tilfet għall-ewwel darba fl-istorja tal- Unjoni Ewropea, il-Gran Koalizzjoni u r-riżultat ta' Salvini fl-Italja u ta' Le Pen fi Franza. It-turnout tinżel f 'Malta però tiżdied kważi kullimkien Skont l-informazzjoni aħħarija li ġiet żvelata mill-Kummissjoni Elettorali, it-turnout għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew f 'Malta din is-sena kienet ta' 72.7%. B'hekk din is- sena, it-turnout kienet ta' 2.1% anqas meta mqabbla mal-istess elezzjoni fl-2014. Minkejja t-tnaqqis lokali, kien hemm diversi stati membri li rreġistraw numri rekord ta' turnout għal din l-elezzjoni. Notevolment, 21 mit-28 pajjiż stat membru fl-UE jirreġistraw żieda fit-turnout tagħhom, bl-akbar żieda tkun irreġistrata fi Spanja bi 28%, hekk kif hawnhekk is- soċjalisti kisbu riżultat tajjeb. L-uniċi pajjiżi li fihom tnaqqset it-turnout kienu Malta, il-Belġju, l-Italja, il- Greċja, il-Lussemburgu, il-Bulgarija u l-Irlanda. Tintilef għall-ewwel darba l-maġġoranza tal-Gran Koalizzjoni Din l-elezzjoni qiegħda tiġi meqjusa bħala waħda storika. Dan minħabba li, għall-ewwel darba minn kemm ilhom isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, iż-żewġ partiti l-kbar fil-PE, il-PPE u l-S&D tilfu l-maġġoranza parlamentari tagħhom, magħrufa bħala l-Gran Koalizzjoni. Minkejja dan, il-PPE li jiġbor fi ħdanu l-MEPs Nazzjonalisti Maltin kiseb 24% tas-siġġijiet kollha jew inkella 180 MEP. Fl-2014 dan kellu 217-il MEP. Min-naħa l-oħra l-S&D li minnu jagħmlu parti l-MEPs tal-Partit Laburista kiseb 146 siġġu. Minħabba f 'hekk, issa l-partiti l-kbar fil-PE se jkollhom jirreferu għall- partiti l-oħra sabiex ikunu jistgħu jifformaw maġġoranza u b'hekk Ħarsa lejn ir-riżultat tal-Elezzjonijiet tal-Parlament Analiżi Ħarsa ħa fa lejn ir-riżultat ta' VOT Ewropa t-totalità tiegħu… Jispikkaw il-kisbiet tal-Ħodor, id-disfatta tal-Gran Koalizzjoni u Nigel Farage