Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 Aħbarijiet 32 9.5% Pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet 2018 Programm Dri jiet, Ugwaljanza u Ċi adinanza (2014-2020) Proġe ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali HEKK kif bħalissa l-PN għaddej minn żmien diffiċli mill-ġdid, b'riżenji li issa diġà qed jgħoddu għal tnejn fl-ewwel ġimgħa wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, jirriżulta li l-istess partit se jkun qed ibigħ il- każin tiegħu ta' Birżebbuġa. Il-każin, li għal snin twal tħalla fi stat ħażin ħafna mill-istess partit, se jkun qed jinbidel fi blokka appartamenti u ħanut fil-livell ta' isfel. Ikkuntattjat minn dan is-sit is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli kkonferma dan il-bejgħ għalkemm qal illi dan il-każin kien diġà fuq il-lista ta' każini għall-bejgħ minn qabel. Hu kkonferma wkoll li l-PN se jkun qed ifittex post ieħor fil-lokalità ta' Birżebbuġa għall-każin. Il-bejgħ tal-każin ta' Birżebbuġa jiġi wara bejgħ ta' każini oħrajn matul l-aħħar snin fosthom il-każin ta' San Ġiljan, Ħal Għaxaq u Fleur De Lys. Dan il-bejgħ qed isir hekk kif huwa mifhum li l-Partit Nazzjonalista għandu dejn li jlaħħaq il-miljuni. Bosta każini, anke tal-Partit Laburista, qed isiru ristoranti wkoll biex ikun massimizzat l-ispazju f 'termini finanzjarji. FRANCO Debono, eks Deputat Nazzjonalista, qed iħeġġeġ lin-Nazzjonalisti 'ta' sinsla' biex imorru jipprotestaw quddiem id-Dar Ċentrali. F'messaġġ li ħalla fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu huwa qal li, "wara li ġara llum," probabbilment f 'referenza għall-co-option ta' Jean Pierre Debono, "nhar it-Tnejn għandha tkun organizzata protesta kbira quddiem id-Dar Ċentrali." "Wasal iż-żmien li n-Nazzjonalisti ta' sinsla jinżlu fit-toroq u jgħajtu 'issa daqshekk'. Il-PN se jbigħ il-każin ta' Birżebbuġa... minfloku blokka appartamenti Franco Debono jappella lin-Nazzjonalisti biex jipprotestaw quddiem id-Dar Ċentrali Il-każin tal-PN f 'Birżebbuġa | Ritratt ta' James Bianchi