Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
23 Wara s-suċċess, aktar milli kien mistenni, tal-film animat The Secret Life Of Pets tal-2016, ma kinitx sorpriża li nħadem is-sequel. Bħax-xogħol ta' qablu, The Secret Life Of Pets 2 jesplora l-ħajja emozzjonanti ta' dawn l-annimali ħbieb tagħna, r-rabta tagħhom mal- familja li jrabbuhom u anki jerġa' jiżvela l-kurżità ta' kull sid - x'inhuma jagħmlu fid-dar dawn l-annimali domestiċi meta jkunu waħedhom? Il-kelb Terrier Max (vuċi ta' Oswalt) qed jipprova jidhra xi tibdiliet f 'ħajtu minn mindu sidu, issa miżżewweġ, għandu tarbija. Hu jrid jipproteġi liċ-ċkejken u din il-ħaġa tant qed tagħtih fastidju li sar nervuż wisq. Waqt żjara ġo razzett, Max u sieħbu Duke ikollhom jiffaċċjaw baqar li ma jittollerawx klieb, volpijiet ostili u dundjan irrabjat. Dan kollu jkompli jżid it-tensjoni li għandu fuqu dan it-Terrier. Sħabu Gidget u Snowball, ukoll isibu ruħhom fl-inkwiet, billi waħda trid iġġib ġugarell f 'appartament mimli qtates u l-oħra trid teħles tigra bajda minn ġo ċirklu. Sadanittant, Sergei s-sid taċ- ċirklu permezz tal-ilpup terribbli tiegħu, irid jaħtaf lil dawn it-twajbin. Waqt li l-ewwel nofs ta' din il-produzzjoni tixbah l-atmosfera domestika u ferrieħa tal-film ta' qabel, The Secret Life Of Pets 2 jirranka b'azzjoni mħarrka u aktar tensjoni li tħalli liż-żgħar attenti fuq ix-xwiek! Breakthrough huwa dramm sentimentali b'atmosfera reliġjuża, ispirat minn storja inkredibbli imma vera li seħħet fl-2015. Fit-traġedja li tigri ttiddomina l-imħabba persistenti u qawwija ta' omm li qatt ma qatgħet qalbha li jista' jseħħ xi miraklu. John Smith (Ruiz), tifel ta' 14-il sena mill- Gwatemala jkun addottat u mrobbi minn Brian (Lucas) u Joyce Smith (Metz) f 'Lake St. Louis, Missouri. Għalkemm għandu ġenituri li tassew iħobbuh u jirrispettawh, John iħossu qisu ħuta barra mill-ilma ma jaf xejn fuq ħajtu ta' meta kien ċkejken. Meta hu u sħabu jkun jilagħbu fuq xmara ffriżata, ma jagħtux kas tat-twissija ta' wieħed ġar, jinqasam is-silġ u John jegħreq u jmut. L-għajnuna tasal wara xi kwarta fejn kull attentat għal 45 minuti sħaħ tat-tobba biex iħaddmulu qalbu jfalli. Joyce, b'fiduċja kbira f 'Alla titlob lill-Ispirtu s-Santu għal xi miraklu li tassew iseħħ. Dan il-film hu bbażat minn fuq il-ktieb The Impossible ta' Joyce Smith stess u Ġinġer Kolbaba. Il-qofol ta' Breakthrough jistrieħ fuq l-interpretazzjoni ntensa li tagħti Chrissie Metz bħala ommu. Din il-mara ta' ħxuna kbira imma b'wiċċ esspressiv u anki attraenti, dejjem attiva u ħabrieka fil-ġimgħatejn li binha jdum l-isptar ma tabbandunahx minuta minkejja li jkun mitluf f 'koma u b'interess ħerqan dejjem tieħu kull informazzjoni li jkollhom it-tobba u l-infermiera l-oħra fuqu. Bid-dmugħ f 'għajnejha u b'ħarsitha 'l fuq sikwit titlob għalih waqt li jkollha sapport inkoraġġanti mill-kap tal-knisja, l-ġirien u l-ħbieb u anki l-istaff tal-iskola bit-tfal b'kollox. Din il- produzzjoni verament tinvolvi li dak li jkun u diffiċli joħroġ xi ħadd miċ-ċinema b'għajnejn xotti. Naħseb li xi mumenti tal-film huma attrezzati b'sentimentaliżmu żejjed biex idaħħlu lill-ispettratur u jinvolvuh aktar fl-andament. Nispera li fl-Oscars li jmiss ma jinsewx lil Chrissie Metz! illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 TV/Ċinema Il-mużiċist Elton John huwa leġġendarju ta' żmienna. Rocketman huwa tribut formidabbli, fantasija epika mużikali dwar is-snin tad-deheb li sawru lil dan l-ikona minn tifel ġenju tal-pjanu f 'superstilla internazzjonali. Dan ix-xogħol bijografiku, tassew ikkulurit bi spettaklu li jgħammex l-għajnejn ilu jiġi żviluppat għal madwar 10 snin, b'dan il-proġett jgħaddi minn studjo għall-ieħor. Il-film tassew jieħu l-ħajja bil-kanzunetti memorabbli u tant maħbubin ta' Elton John, hawn kantati minn Taron Egerton li jinterpretah b'manjiera verament eċċezzjonali. Reginald Dwight, tifel ġenju tar-Royal Academy of Music kien jgħix f 'Pinner, Middlesex li wara, bi sħubija mużikali mal-liriċist Bernie Taupin (Bell), bl-isem ta' Elton John sar figura prominenti tal- kultura pop. L-avvenimenti li naraw fil-film iseħħu permezz ta' flashbacks b'Elton stess liebes kostum ta' kuluri jgħajtu u rix imħabbel, imur f 'laqgħa tal-Alcoholics Anonymous u permezz ta' kanzunetti tassew immuntati bi preċiżjoni li jħalluk bla nifs, xi wħud minnhom kif kien jimmaġinahom f 'moħħu meta kien jisker jew taħt l-influwena ta' sustanzi abbużivi u anki dipressjoni, juru l-mumenti kruċjali ta' ħajtu u anki kif aċċetta l-inklinazzjoni sesswali tiegħu. It-titlu tal-film jirreferi għal waħda mill- aktar kanzunetti popolari tiegħu. Dan il-kantant stess hu sodisfatt ħafna kif ġie muri f 'dan ix-xogħol. Fil- final insiru nafu li issa John ilu 28 sena nadif mix-xorb u drogi u kemm għamel karità u ħareġ flus għar-riċerka biex jgħin lil dawk li qed isofru mill-marda tal- AIDS. Rocketman tant hu divertenti u allegruż, b'mod ukoll drammatiku li jispelli l-kelma ENTERTAINMENT b'ittri kbar! Atturi Ewlenin: Taron Egerton; Jamie Bell; Richard Madden; Bryce Dallas Howard; Gemma Jones; Stephen Mackintosh. Direttur: Dex- ter Fletcher. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 121 min. Ċert. 15 Carmel Bonnici The Secret Life of Pets 2 Breakthrough Vuċijiet Ewlenin: Pat- ton Oswalt; Kevin Hart; Jenny Slate; Lake Bell; Nick Kroll; Harrison Ford. Direttur: Chris Renaud. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 86 min. Ċert P.G. Atturi Ewlenin: Chrissie Metz; Josh Lucas; Topher Grace; Marcel Ruiz; Mike Colter; Sam Tram- mell; Dennis Haysbert. Direttrici: Rox- ann Dawson. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 116 min. Ċert. 12A Films għal din il-ġimgħa Rocketman