Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
ILPARTIT Nazzjonalista tilef l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew bil-kbir, fil-fatt it-telfa kienet waħda rekord fl-istorja politika moderna (minn ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1947). Din it-telfa issa qed tpoġġi u mistennija tkompli tpoġġi ħafna aktar pressjoni fuq Adrian Delia u t-tmexxija tiegħu mill-votant Nazzjonalist imma speċjalment mill- Grupp Parlamentari u dik is-sezzjoni ta' votanti Nazzjonalisti li nhar is- Sibt baqgħet id-dar. L-ILLUM ħasbet illi, qabel ma jagħmlu l-Partit Nazzjonalista, tkun hi li tippubblika l-verżjoni qasira tar- rapport tat-telfa u r-raġunijiet esterni li qed iwasslu lill-PN għal telfiet massiċċi li kull darba qed iċekknu dejjem iktar lil dan il-partit li għal ħafna snin ħafna kienu jaħsbu li xejn mhu se jneħħih mill-Gvern. Il-PN ilu ma jkollu maġġoranza 11-il sena u maġġoranza komda 16-il sena Imma ejja nibdew bil-kuntest tat-telfa. It-telfa ta' nhar il-Ħadd li għadda hija parti minn kullana u żgur mhix l-ewwel waħda. Din il- kullana tirrakkonta storja ta' poplu li ilu mxebba' mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, poplu li wara illi mexa u ġġieled mal-PN biex Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea, abbandunah mill-mument li fil-fatt dħalna fl-istess Unjoni Ewropea. Wara li l-PN rebaħ l-elezzjoni tal- 2003 b'maġġoranza ta' 12,000 vot fl-2003, kienet it-triq tan-niżla biss għal dan il-partit. Sena biss wara li l-PN rebaħ elezzjoni bbażata fuq sħubija mal-UE, il-Malta Labour Party rebaħ l-ewwel elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dakinhar kien kiseb kważi 119,000 vot u qabeż lill-PN b'21,295 vot. Bejn l-2004 u l-2007 saru tliet elezzjonijiet lokali li l-Partit Laburista rebaħ kollha: fl-2005 rebaħ b'53% b'distakk ta' 4,600, fl-2006 rebaħ dak il-grupp ta' lokalitajiet b'54% u allura distakk ta' 8,700 u fl-2007 rebaħ b'maġġoranza ta' 53% jew distakk ta' 6,200. Fl-2008, kontra kull mistenni l-Partit Nazzjonalista rebaħ l-elezzjoni ġenerali, anke jekk b'waħda mill- iżgħar maġġoranzi (1,580 iktar mill- Partit Laburista). Minn hemmhekk it-triq għan-niżla kienet iktar wieqfa għall-PN b'telfiet ħafna ikbar: fl-2009 għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Partit Laburista issa mmexxi minn Joseph Muscat, kiseb rebħa kbira b'distakk ta' 35,500 vot fuq il-PN. Fl-2013 il-PN reġa' tilef bil-kbir u l-PL spiċċa fil-Gvern ara snin twal fl-oppożizzjoni. Dakinhar il-PN tilef b'35,100 vot u mar fl-oppożizzjoni filwaqt li l-eks PM Lawrence Gonzi rriżenja. Sena wara, fit-tielet elezzjoni tal-Parlament Ewropew il-Partit Nazzjonalista reġa' sofra minn telfa kbira ta' 33,700 vot. Fl-2017 il-PN reġa' ħa telfa kbira fl-elezzjoni ġenerali li tilef b'35,280 vot. Wara din il-kullana ta' telfiet, jew aħjar tkaxkiriet kbar, waslet l-ikbar u l-agħar telfa elettorali, mhux biss f 'termini ta' distakk iżda wkoll f 'termini ta' rappreżentanza. Il-PN tilef b'distakk ta' ftit inqas minn 43,000 vot u tilef siġġu fil-Parlament Ewropew. Imma għalfejn dan it-telf kollu? Għaliex il-PN qed jibqa' jitlef u jitlef. X'ġara? L-ILLUM tanalizza dan kollu f 'dak li qed insejħulu r-rapport tat-telfa tal-PN li qed tfassal din il- gazzetta. Raġuni 1: il-PN m'għadux jirrappreżenta l-aspirazzjoni ta' ħafna votanti Ġeneralment faxex differenti tas- soċjetà għandhom aspirazzjonijiet differenti. Il-klassi medja trid li tkompli tkabbar l-orizzonti tagħha u takkumula l-ġid bl-inqas indħil jew bsaten mill-Gvern. In-negozji jixtiequ illi l-profitti jikbru filwaqt li l-Gvern, filwaqt li jibqa' jippromovi s-suq ħieles u liberu jagħmel il-ħajja aktar faċli għalihom biex joperaw, biex jakkwistaw permessi jew inkella biex jgħaddu n-negozju tagħhom lil uliedhom u wlied uliedhom. Din l-aspirazzjoni, sa ċerta punt, qed jilħaqha l-Gvern Laburista permezz tal-fatt illi kuntrarjament għall- Gvernijiet ta' Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici u kontra l-aspettattiva ta' bosta, iħaddan politka li hija kompletament kuntrarja għall- intervent tal-Gvern u li tħalli ħafna mill-istess ekonomija f 'idejn il-privat. Dan il-Gvern ressaq liġijiet għal tranżizzjoni aktar lixxa ta' negozju lill-ulied u naqqas l-ispiża tad-dawl u l-ilma u żamm il-prezz tal-gass stabbli. Flimkien mal-fatt illi hawn klima pożittiva ekonomika li qed tħeġġeġ aktar nies jixtru u allura r-rota qed iddur, dan kollu jagħmel lil-Labour Gvern 'sigur'. M'hawnx biża' li Muscat, jew kwalunkwe persuna li tiġi warajh, se tqum filgħodu u twettaq xi miżura erratika jew jivvinta xi policy li se tweġġa'. Hemm sens ta' kontinwità li qed tibgħat il-messaġġ illi għal li ġej il- klassi medja se tibqa' fejn hi jew titjieb. Dan huwa eżatt dak li kien jagħmel Gvern Nazzjonalista u li llum kompla jagħmel dan il-Gvern. L-istess dawk li jinsabu fil-faxex aktar baxxi tas-soċjetà u li kuntrarjament għal dawk tal-klassi tan-nofs jeħtieġu l-intervent tal-Gvern. Anke jekk ħafna għadhom jitħabtu biex ilaħħqu xorta jibqa' fatt illi dan il-Gvern żied il-pensjonijiet wara snin twal, beda u żied l-in work benefit u allura flus li nies f 'impjieg qed jaqilgħu, wettaq miżura illi permezz tagħha persuna li ssib impjieg wara xi żmien tirreġistra tibqa' tieħu l-benefiċċji għall-ewwel tliet snin. Għall-klassi tal-kuntratturi u l-intraprendituri l-kbar l-aspirazzjoni hija li jkomplu jkabbru l-profitti, li l-proċess tal-permessi jkun inqas burokratiku u li jmisshom biċċa mill-bonanza ta' tenders tal-Gvern. U hawn ukoll il-Gvern qed jieħu ħsieb illi l-proċess tal-permessi jkun aktar spedit u biċċa xogħol ta' bini ta' triq, biex nagħtu eżempju, tinqasam bejn tlieta jew erba' kuntratturi. B'hekk Muscat iżomm kemm jista' jkun kuntratturi u intraprendituri kuntenti 5 Aħbarijiet Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 | illum 'Rikonċiljazzjoni' – L-unika duwa għall-PN Il-PN tilef bil-kbir, imma issa ilu ma jkollu maġġoranza komda kważi 16-il sena u ilu ma jkollu maġġoranza 10 snin. Imma x'inhu jiġri? Għalfejn? X'jeħtieġ isir? L-ILLUM bir- raġunijiet għat-telf tal- PN u s-soluzzjonijiet Tkompli f 'paġni 6 u 7