Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 'JIENA kont ħlift ħalfa miegħi nnifsi li jiġri x'jiġri u jgħidu x'jgħidu jiena ma naqta' qalbi qatt." Hekk saħaq mal-gazzetta ILLUM l-Avukat Kevin Cutajar li nhar it-Tnejn li għadda ħa l-ġurament bħala Deputat Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista wara r-riżenja tal-eks Deputat David Stellini. Qabel staqsejnieh fuq il-politika, il-co- option tiegħu u s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista, xtaqna nsiru nafu aħjar lil Cutajar u l-ħajra tiegħu li jidħol fil- politika u l-isfidi li jiltaqa' magħhom minħabba d-diżabilità tiegħu. Cutajar spjega magħna kif tilef il-vista, bħal sajjetta fil-bnazzi, meta kellu 13-il sena. "Għall-bidu kienet traġedja," saħaq id-Deputat sakemm darba fost oħrajn għamel patt miegħu nnifsu li ma jaqta' qalbu qatt. "Dik wegħda li għamilt miegħi nnifsi u se nżommha sal-mewt." Minn hemm, Cutajar qatt ma ħares lura. Fi kliemu, meta tibda tirraġuna b'dan il-mod, ma tibqax tħares lejn id-diżabilità bħala traġedja iżda bħala sfida. "Dan jaqleb kollox ta' taħt fuq… jiddependi kif tħares lejhom l-affarijiet. Jekk tħares lejha bħala traġedja tista' tindifen għax mhux se tinqala' minnha. Se tispiċċa b'dipressjoni, dwejjaq, tara kollox iswed. Jekk taraha bħala sfida se tagħmel ħiltek biex tegħlibha," saħaq l-Avukat Cutajar. "Din hija l-filosofija li wasslitni biex nagħmel dak li għamilt." Illum Cutajar huwa Deputat Parlamentari. Kien hemm min faħħar il-fatt li huwa l-ewwel Deputat b'diżabilità iżda kien hemm min qabblu mal-eks Ministru Laburista Lino Spiteri li wkoll kellu diżabilità. Iżda dan il-paragun ma tantx jinżel tajjeb mad- Deputat. "Lino Spiteri llum huwa ġgant tal- politika Maltija. Jiena ma jiena xejn," insista Cutajar. Lanqas ma jaqbel li jkun hemm min joqgħod jiftaħar bil-fatt li huwa l-ewwel persuna b'diżabilità fil-Parlament Malti għax fi kliemu dan ifisser li l-persuni kollha b'diżabilità jkunu qed jitpoġġew f 'keffa waħda. "Kull diżabilità għandha l-bżonnijiet tagħha. Ma nafux jekk kienx hemm Deputati li kellhom diżabilità moħbija," saħaq Cutajar. "Jiena nkun l-ewwel, it- tieni u t-tielet ma tagħmillix differenza." Meta beda fil-politika u għaliex? Li jkun fil-Parlament ilha ħafna xewqa tal-Avukat Cutajar. Illum għandu 41 sena, iżda ilu tiela' l-iskaluni tal-politika minn meta kellu 20 sena. "Jiena bdejt u għadni fil-volontarjat. Tajt ħafna ħin għall-qasam tal-persuni b'diżabilità. Minn hemm nibtet l-idea li nkun ta' kontribut għas-soċjetà," spjega d-Deputat. Staqsejnieh jekk jiftakarx dak il- mument meta għall-ewwel darba tħajjar joħroġ għall-politika u spjega kif interessa ruħu aktar fiha meta kien qed jistudja l-liġi Kostituzzjonali fl- Università ta' Malta. "Minn hemm 'il quddiem bdejt ninvolvi ruħi aktar. Wara l-għaqdiet volontarji, ħriġt erba' darbiet għall- Kunsill Lokali, ħriġt darbtejn għall- Elezzjoni Ġenerali u darba għall- Parlament Ewropew," saħaq Cutajar. 'Dejjem sibt min jaqtagħli qalbi' Iżda kemm ilu fil-politika, ġieli kien hemm xi ħadd li pprova jaqtagħlu qalbu minħabba l-fatt li hu nieqes mill-vista? "Dejjem. Mhux fil-politika biss imma f 'ħajti kollha," kien pront iwieġeb. Madanakollu, il-filosofija ta' Cutajar terġa' tidħol fis-seħħ u ftit li xejn jagħti kas kummenti bħal dawn. "Jiena tip ta' bniedem li jekk tgħidli li ma nistax nagħmel xi ħaġa jiena se nisfidak u ħa nagħmel minn kollox biex nagħmilha," kompla jgħidilna. "Dak huwa l-karattru tiegħi… aktar milli nagħti risposta lil xi ħadd, nagħti risposta lili nnifsi. Jekk xi ħadd se jara fija limitu, jiena se nara kif se ndur ma' dak il-limitu jew naqbżu." Fil-fatt, stqarr magħna, kif sena wara li tilef il-vista, ftit kienu dawk li emmnu fih, forsi aktar u aktar għax huwa Għawdxi u dak iż-żmien, ir-riżorsi f 'Għawdex kienu ħafna inqas minn dawk f 'Malta. Minkejja dan huwa għażel li jibqa' jmur l-iskola qisu qatt ma kien xejn u għajnuna sab ħafna wkoll, partikolarment mill-għalliema. Iżda l-messaġġ ta' ħafna nies kien: "issa tlift il-vista u ntilef kollox. Sib xi xogħol ħafif, forsi mal-Gvern. Dik kienet il-mentalità dak iż-żmien," saħaq Cutajar. "Jiena kelli aspirazzjonijiet oħra. Kelli ħafna pjanijiet biex nibqa' nistudja. Irribellajt u rribellajt bil-kbir." 'Jiena rrid inkun kapaċi nasal bl- abbilitajiet tiegħi' Tkellimna wkoll dwar il-possibilitajiet li għandhom il-persuni b'diżabilità. Nitkellmu ħafna fuq in-nisa u l-importanza li jimxu 'l quddiem u saħansitra qed nitkellmu fuq kwoti u mekkaniżmi għal aktar nisa fil- Parlament. Għalfejn ma nitkellmux bl-istess mod fuq persuni b'diżabilità, kif nistgħu nassiguraw li aktar persuni b'diżabilità jilħqu wkoll pożizzjonijiet importanti? Cutajar kien skjett u mill-ewwel wera x-xettiċiżmu tiegħu fuq kwoti, għax fi kliemu, hu jemmen aktar fl-abbilitajiet tal-bniedem. "Li ngħid: 'jiena qiegħed fuq din il-mejda għax nieqes mid-dawl,' ma naqbilx magħha. Jiena rrid inkun kapaċi nasal bl-abbiltajiet tiegħi," insista Cutajar. Staqsejnieh jekk hemmx biżżejjed għajnuna għall-persuni b'diżabilità li jkunu jixtiequ jidħlu għall-politika. "L-għajnuna qatt mhija biżżejjed iżda inti trid tagħraf tuża dik l-għajnuna bl- aħjar mod," saħaq Cutajar. "Fadal ħafna x'jista' jsir. Imma jekk inħares lura minn meta tlift il-vista, sar ħafna." 'Aktar milli nuqqas ta' għajnuna hawn nuqqas ta' ħsieb' Kien hawn li saħaq li aktar milli nuqqas ta' għajnuna jew ta' fondi, jeżisti aktar nuqqas ta' ħsieb. "Ħa nuża eżempju li nsib jien ma' wiċċi kull filgħodu. Li int ħriġt borża taż-żibel u tfajtha kif ġie ġie fuq il-bankina huwa xi ftit ta' egoiżmu. Possibbli ma taħsibx ftit li dik il- bankina jrid jużaha xi ħadd? Diġà l-bankini tagħna huma prekarji. Hija ironija li f 'dan il-pajjiż aktar sigur timxi fit-triq milli fuq il-bankina," insista d-Deputat Cutajar. Madanakollu saħaq li għajnuna lil dawk il-persuni b'diżabilità li jixtiequ jidħlu fil-politika hija importanti, għax fi kliemu, il-politika fiha nnifisha, diġà tfisser ambjent kompetittiv u min dieħel fiha b'diżabilità, l-isfida se tkun aktar iebsa. Ma jdejqux il-fatt li ma kienx l-għażla naturali tal-Eżekuttiv? Wara li sirna nafu aħjar lil Kevin Cutajar, qlibna d-diskors biex nitkellmu 'Ma nħossnix parti minn fazzjoni jew oħra… iena nitkellem ma' kulħadd fil-Partit Nazzjonalista. Il-fiduċja tiegħi dejjem urejtha Nhar it-Tnejn li għadda Kevin Cutajar ħa l-ġurament bħala Deputat Parlamentari. L-ILLUM tiltaqa' miegħu u tistaqsih u ssir tafu aktar. X'wasslu biex daħal fil-politika? Il-fatt li nieqes mid-dawl iżommu lura? Kien hemm min qatagħlu qalbu? U l-Partit Nazzjonalista? Ma weġġgħux il-fatt li ma kienx l-għażla naturali tal-Eżekuttiv? Delia għandu jirriżenja? X'se jsir mill-PN? " ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi Kevin Cutajar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019